Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ħoss għal Oħrajn

Ħoss għal Oħrajn

Il-Problema

Jekk niffokaw iżżejjed fuq kemm oħrajn huma differenti minna, aħna nistgħu nikkonkludu li differenzi bħal dawn huma difetti. U fir-​realtà nkunu qed inqisuhom li huma inferjuri minna. Ladarba jibda jkollna din il-​ħarsa negattiva lejn oħrajn, se jkun iktar diffiċli biex nuru l-​empatija. Bin-​nuqqas taʼ empatija tagħna nkunu qed nuru li għandna problema ikbar—il-​preġudizzju.

Prinċipju mill-​Bibbja

“Ifirħu maʼ min jifraħ; ibku maʼ min jibki.”—RUMANI 12:15.

Xi jfisser? Dan il-​prinċipju jistaʼ jinġabar fi ftit kliem—uri l-​empatija. L-​empatija hi l-​abbiltà li tpoġġi lilek innifsek minflok ħaddieħor u tħoss dak li jħoss hu.

Li Nħossu għal Oħrajn Kif Se Jgħinna?

Meta nħossu għal oħrajn, se nindunaw kemm għandna affarijiet komuni bejnietna. Se nirrealizzaw li l-​persuna tistaʼ tħossha u tirreaġixxi bħalma nagħmlu aħna. Li nħossu għal oħrajn jgħinna naraw kemm il-​bnedmin huma kollha bħal xulxin. Jekk infittxu għal modi kif nies oħrajn huma bħalna, l-​opinjoni tagħna dwarhom se titjieb.

Li nħossu għal oħrajn se jgħinna nirrispettawhom. Anne-​Marie, mis-​Senegal, darba kienet tistmerr lil nies li ħafna kienu jqisuhom taʼ klassi baxxa. Hi tispjega kif l-​empatija għenitha: “Meta rajt kemm dawn in-​nies batew, ħsibt kif kont inħossni jien kieku kont minflokhom. Dan ġegħelni nirrealizza li m’iniex superjuri għal dawn in-​nies. M’għamilt xejn biex inkun aħjar minnhom.” Għalhekk, jekk nipprovaw nifhmu d-​diffikultajiet li għandhom oħrajn, m’aħniex se nikkritikawhom.

Dak li Tistaʼ Tagħmel

Jekk inti tqis lil grupp taʼ nies b’mod negattiv, ipprova ifhem b’liema modi inti simili għalihom. Pereżempju, immaġina kif iħossuhom meta

Li nħossu għal oħrajn jgħinna naraw kemm il-​bnedmin huma kollha bħal xulxin

  • jieklu mal-​familja

  • jispiċċaw ġurnata xogħol

  • iqattgħu l-​ħin mal-​ħbieb

  • jisimgħu l-​mużika favorita tagħhom

Imbagħad ipprova immaġina lilek innifsek fis-​sitwazzjoni tagħhom. Saqsi lilek innifsek:

  • ‘Kif nirreaġixxi kieku xi ħadd iġegħelni nħossni li ma niswa għalxejn?’

  • ‘Kif inħossni kieku oħrajn jiġġudikawni mingħajr ma jafuni?’

  • ‘Kieku jien parti mill-​grupp tagħhom, kif nixtieq li oħrajn jittrattawni?’