Kif Tistaʼ Tkun Taf?
“L-univers jistaʼ joħloq lilu nnifsu u fil-fatt hekk ġara.” —Stephen Hawking u Leonard Mlodinow, xjentisti tal-physics, 2010.
“Alla ħalaq is-smewwiet u l-art.”—Il-Bibbja, Ġenesi 1:1.
Ħalaq Alla l-univers u l-ħajja li hemm fih jew ġew mix-xejn? Dak li qalu ż-żewġ xjentisti fil-bidu tal-artiklu u l-ewwel vers fil-Bibbja huma żewġ tweġibiet differenti ħafna. Hemm ħafna nies li jemmnu dawn l-ideat. Imma ħafna nies oħra m’humiex ċerti. In-nies iħobbu jiddiskutu l-opinjoni tagħhom fuq dan is-suġġett fil-kotba u fuq it-televixin.
L-iskola forsi tgħallimt li m’hemmx Alla u li l-univers u l-ħajja ġew mix-xejn. Imma t-teachers, urewk evidenza li Alla ma jeżistix? Jaf smajt lin-nies tar-reliġjon jgħallmu li hemm Alla. Imma wrewk evidenza għal dak li qalu? Jew qalulek biex temmen f’Alla mingħajr ma tħares lejn evidenza?
Forsi ġieli qgħadt taħseb dwarha u tħoss li ħadd ma jistaʼ jkun ċert jekk jeżistix Ħallieq. U forsi taħseb jekk teffettwalekx ħajtek li tkun taf it-tweġiba.
Din il-ħarġa taʼ Stenbaħ! se turi xi evidenza li kkonvinċiet lil ħafna li jeżisti Ħallieq. Imbagħad se tiddiskuti għala hu importanti li tkun taf minn fejn ġiet il-ħajja fuq l-art.