X’Nitgħallmu mill-Univers
Ix-xjentisti li jistudjaw l-univers dejjem jistagħġbu bih. Allura dejjem jivvintaw apparat ġdid biex jistudjawh aħjar. Huma x’sabu?
L-univers organizzat. Artiklu fil-magazine Astronomy jgħid: “Il-galassji huma organizzati b’mod partikolari u mhux mifruxin kif ġie ġie.” Kif? Ix-xjentisti jemmnu li dan jiġri minħabba forza li ma tidhirx li jgħidulha dark matter. Din il-forza qiegħda biex iżżomm il-galassji kollha f’posthom.
L-univers kif inhu daqshekk organizzat? Jistaʼ jkun li dan kollu ġie waħdu? Allan Sandage kien wieħed mill-aħjar xjentisti tal-astronomija f’dawn l-aħħar mitt sena. Hu kien jemmen f’Alla.
Hu qal: “Diffiċli għalija biex nemmen li dan kollu ġie mix-xejn. Bilfors li hemm xi ħaġa li organizzat kollox.”
L-univers qiegħed eżatt biex ikun hemm il-ħajja. Aħseb fuq il-mod kif ix-xemx tibqaʼ taqbad. Kieku x-xemx kienet tinħaraq iżjed bil-mod, ma kinitx tiġi fformata. Imma kieku kienet tinħaraq iżjed malajr, ix-xemx kieku ilha li sparixxiet.
Hemm ħafna forzi fl-univers li qegħdin eżatt biex il-ħajja teżisti fih. Kittieb tax-xjenza jismu Anil Ananthaswamy jgħid li kieku forza waħda kienet differenti, “l-istilel, il-pjaneti, u l-galassji ma kinux jiġu fformati. Kieku impossibbli li jkun hemm il-ħajja fl-univers.”
L-univers fih post tajjeb biex in-nies jgħixu fih. L-art fiha l-atmosfera u l-ammont eżatt t’ilma li għandna bżonn biex ngħixu. U għandha qamar b’daqs perfett biex iżomm id-dinja f’postha. Il-magazine National Geographic jgħid li “din id-dinja u l-affarijiet li jgħixu fiha jagħmlu din il-pjaneta l-unika waħda li x-xjentisti sabu li n-nies jistgħu jgħixu fiha.” a
Kittieb qal li s-solar system tagħna qiegħda ’l bogħod minn stilel oħra fil-galassja. Imma għalhekk nistgħu ngħixu fid-dinja. Kieku konna ngħixu viċin taʼ stilel oħra, fin-nofs tal-galassja jew fit-tarf, kien ikun hemm wisq radiation. Imma d-dinja qiegħda f’post fil-galassja li hu tajjeb biex ngħixu fih.
Minn dak li studja dwar l-univers u kif jaħdem, ix-xjentist Paul Davies jgħid: “Ma nistax nemmen li aħna bdejna neżistu f’dan l-univers b’kumbinazzjoni jew bi żball. Nemmen li hemm raġuni.” Davies ma jgħallimx li Alla ħalaq l-univers u n-nies, imma int x’taħseb? L-univers u d-dinja jidhru li ġew iddisinjati biex inkunu nistgħu ngħixu fihom. Allura la jidhru hekk, jistaʼ jkun li ddisinjahom xi ħadd?
a L-artiklu ma kienx qed jgħid li Alla ħalaq id-dinja u n-nies. Minflok, kien qed jitkellem fuq kemm id-dinja hi tajba biex in-nies jgħixu fiha.