X’Nistgħu Nitgħallmu minn Affarijiet Ħajjin
Madwarna hemm ħafna affarijiet li jikbru, jiċċaqalqu, u jiżdiedu. Dawn jagħmlu l-pjaneta tagħna isbaħ. Illum in-nies jafu iżjed fuq dawn l-affarijiet iktar minn qatt qabel. Dawn l-affarijiet x’juruna dwar minn fejn bdiet il-ħajja? Aħseb dwar dan li ġej.
L-affarijiet ħajjin juru li ġew iddisinjati. L-affarijiet ħajjin huma magħmulin miċ-ċelluli. Kull ċellula trid tagħmel ħafna affarijiet ikkumplikati biex il-ħaġa ħajja tibqaʼ tgħix u tiżdied. Dan jiġri anke f’affarijiet li jidhru żgħar u sempliċi. Pereżempju, kull ċellula fil-ħmira, li tintuża biex tagħmel il-ħobż, hi xi ħaġa żgħira ħafna u ħajja. Meta tqabbel iċ-ċellula tal-ħmira maċ-ċellula taʼ bniedem, tistaʼ tidher li hi sempliċi. Imma hi kkumplikata ħafna. Fin-nofs taʼ kull ċellula, hemm id-DNA. Kull ċellula għandha mod kif tbiddel is-sustanzi f’enerġija ħalli tibqaʼ tgħix. Jekk ma jkunx hemm enerġija, iċ-ċellula tibda taħdem bil-mod sakemm tieqaf, bħallikieku torqod. Għalhekk il-ħmira tistaʼ żżommha fil-kċina għal żmien twil, u meta tiġi biex tagħmel il-ħobż terġaʼ tibda taħdem.
Ix-xjentisti ilhom ħafna snin jistudjaw iċ-ċelluli tal-ħmira biex jifhmu iżjed iċ-ċelluli tan-nies. Però għad hemm ħafna affarijiet li ma jifhmux. Ross King, professur f’Chalmers University of Technology fl-Iżvezja, jgħid: “Lanqas hawn biżżejjed xjentisti biex jagħmlu l-esperimenti ħalli nifhmu kif taħdem il-ħmira.”
Meta taħseb dwar kemm hi kkumplikata ċellula żgħira bħal tal-ħmira, taħseb li ġiet iddisinjata minn xi ħadd? Taħseb li din iċ-ċellula setgħet ġiet mix-xejn?
Kull ħaġa ħajja fiha DNA. Id-DNA hi magħmula mill-molecules li jisimhom nucleotides. Kull ċellula fiha 3.2 biljun nucleotide. Dawn in-nucleotides qegħdin f’disinn partikolari biex jgħidu liċ-ċellula kif tagħmel l-enzymes u l-proteini.
Ix-xjentisti jgħidu li ċ-ċans li dawn in-nucleotides jingħaqdu flimkien weħidhom biex jagħmlu DNA hu taʼ 1 f’10150 (1 b’150 zero warajh). Tant ma jistax jiġri li huwa kważi impossibbli.
L-esperimenti tax-xjentisti juru li l-ħajja ma tistax tiġi minn xi ħaġa li mhux ħajja.
M’hawnx ħajja bħal dik tal-bnedmin. Aħna l-bnedmin magħmulin li nistgħu nieħdu pjaċir bil-ħajja. Il-bnedmin biss huma magħmulin b’dal-mod. Il-bnedmin huma kreattivi, jikkomunikaw maʼ xulxin, u jesprimu lilhom infushom aħjar minn kull ħaġa ħajja oħra. Aħna nieħdu pjaċir intiegħmu, inxommu, nisimgħu, u naraw kuluri differenti. U aħna nippjanaw x’se nagħmlu fil-futur u nfittxu għala qed ngħixu.
Taħseb li dawn l-affarijiet evolvew fina għax għandna bżonnhom biex nibqgħu ħajjin? Jew juru li l-ħajja hi rigal mingħand Ħallieq li jħobbna?