Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Ma Jistgħux Iwieġbu x-Xjentisti

X’Ma Jistgħux Iwieġbu x-Xjentisti

Ix-​xjentisti studjaw kważi kull ħaġa li jafu fl-​univers. Imma xorta hemm ħafna mistoqsijiet importanti li ma jistgħux iwieġbu.

Ix-​xjentisti jafu minn fejn bdew l-​univers u l-​ħajja li hemm fih? Le. Xi nies jaħsbu li x-​xjentisti li jistudjaw l-​univers jafu minn fejn ġie. Imma Marcelo Gleiser, professur tal-​astronomija f’Dartmouth College, jaħseb differenti. Hu ma jemminx b’Alla imma xorta jgħid: “Għadna lanqas biss bdejna nifhmu minn fejn ġie l-​univers.”

Artiklu fil-​magazine Science News jgħid xi ħaġa simili dwar kif bdiet il-​ħajja. Dan qal: “Jistaʼ jkun impossibbli li nkunu nafu eżatt kif bdiet il-​ħajja fid-​dinja. Ħafna mill-​ġebel u l-​fossili li jistgħu juruna x’ġara fil-​bidu tad-​dinja ilhom li nqerdu.” Allura, nistgħu naraw li x-​xjentisti għadhom ma jistgħux iwieġbu l-​mistoqsija: Kif beda l-​univers u l-​ħajja li hemm fih?

Forsi ġieli ħsibt, ‘Jekk fid-​dinja kollox ġie ddisinjat, min iddisinjah?’ Imbagħad jaf issaqsi, ‘Jekk jeżisti Ħallieq intelliġenti u jimpurtah minna, għala jħalli lin-​nies li ħalaq ibatu? Għala hawn ħafna reliġjonijiet differenti? Hu għala jħalli lin-​nies li jħobbuh jagħmlu ħafna affarijiet ħżiena?’

Ix-​xjenza ma tistax twieġeb dawn il-​mistoqsijiet. Imma dan ma jfissirx li ma tistax issib tweġibiet li jagħmlu sens. Ħafna sabu dawn it-​tweġibiet fil-​Bibbja.

Xi xjentisti ddeċidew li jistudjaw il-​Bibbja. Jekk tixtieq tara għala jemmnu f’Ħallieq, mur fuq jw.org u fittex “fehmiet dwar l-​oriġini tal-​ħajja.”