Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Milford Sound

PAJJIŻI U POPLI

Żjara fi New Zealand

Żjara fi New Zealand

X’AKTARX li kien madwar 800 sena ilu li t-​tribujiet Maori vvjaġġaw eluf taʼ kilometri taʼ oċean u ssetiljaw fi New Zealand. Hemmhekk huma sabu art totalment differenti mill-​gżejjer tropikali tal-​Polineżja li kienu ħallew warajhom. Dan kien pajjiż muntanjuż u bi blokok tas-​silġ, b’nixxigħat tal-​ilma sħun u borra. Kien hemm razza oħra li ssetiljaw hemmhekk madwar ħames sekli wara, imma din id-​darba ġew minn post iktar ’il bogħod, mill-​Ewropa. Illum, in-​nies minn New Zealand jirrikonoxxu kemm it-​tradizzjonijiet li oriġinaw mill-​Anglo-​Sassonu u kemm dawk li oriġinaw mill-​Polineżja. Kważi 90 fil-​mija tal-​popolazzjoni jgħixu fil-​bliet. Il-​belt taʼ Wellington hi magħrufa bħala li hi l-​iktar belt kapitali fid-​dinja li qiegħda lejn in-​Nofsinhar.

Għadajjar tat-tajn ibaqbqu fil-Gżira taʼ Fuq

Minkejja li New Zealand hu pajjiż kemxejn iżolat, kull sena jżuruh iktar minn tliet miljun turist. Din mhux sorpriża meta tqis li fih xeni mill-​isbaħ differenti u spettakolari.

Is-siġra bil-weraq kulur il-fidda li tistaʼ tikber iktar minn 10 metri

Sal-1948 kien maħsub li t-takahe, għasfur li ma jtirx, kien estint

Il-​pajjiż taʼ New Zealand hu kburi li għandu diversi annimali u pjanti fl-​abitat naturali tagħhom u li għandu iktar speċi t’għasafar li ma jtirux minn kwalunkwe post ieħor fid-​dinja. Hemmhekk jgħix ukoll it-​tuatara, rettili li jixbah lil gremxula u li jistaʼ jgħix sa 100 sena! Il-​mammali li huma proprja tal-​pajjiż huma biss ftit speċi taʼ friefet il-​lejl u mammali marini kbar bħal baleni u dniefel.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova ilhom attivi fi New Zealand għal kważi 120 sena. Huma jgħallmu l-​Bibbja f’minn tal-​inqas 19-​il lingwa. Dawn jinkludu bin-​Niuean, bir-​Rarotongan, bis-​Samoan, u bit-​Tongan, li huma lingwi Polineżjani.

Xi Maori qed jiżfnu bi lbies tradizzjonali