ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 19
Xejn Ma Jistaʼ Jfixkel lil Dawk li Huma Sinċiera
“Paċi abbundanti jkollhom dawk li jħobbu l-liġi tiegħek, u għalihom m’hemm ebda tfixkil.”—SALM 119:165.
GĦANJA 122 Ibqgħu sodi, titħarrkux!
ĦARSA BIL-QUDDIEM *
1-2. Kittieb x’qal, u f’dan l-artiklu x’se nikkunsidraw?
ILLUM miljuni taʼ nies jgħidu li jemmnu f’Ġesù, imma ma jagħmlux l-affarijiet li jgħallem hu. (2 Tim. 4:3, 4) Fil-fatt, kittieb darba qal: “Kieku kellu jkun hawn raġel ieħor magħna u jgħid l-affarijiet kif qalhom Ġesù . . . , konna se nagħmlulu bħalma għamlu lil Ġesù elfejn sena ilu? . . . It-tweġiba tkun iva.”
2 Meta Ġesù kien fuq l-art ħafna nies semgħuh jgħallem u rawh jagħmel il-mirakli, imma huma m’emmnux li kien il-Messija. Għala? Fl-artiklu taʼ qabel dan iddiskutejna erbaʼ raġunijiet għala n-nies fi żmien Ġesù tfixklu b’dak li qal u għamel. Ejja nikkunsidraw erbaʼ raġunijiet oħra. Hekk kif naraw dawn l-erbaʼ raġunijiet, se naraw għala n-nies illum ma jaċċettawx lis-segwaċi taʼ Ġesù u kif aħna m’għandna nħallu xejn iwaqqafna milli nkomplu naqdu lil Ġeħova.
(1) ĠESÙ MA WERIEX PREFERENZI
3. Xi wħud b’liema affarijiet li għamel Ġesù tfixklu?
3 Meta Ġesù kien fuq l-art qattaʼ l-ħin maʼ kulħadd. Hu kiel maʼ dawk li kienu sinjuri u li kellhom il-poter, imma qattaʼ l-ħin ukoll maʼ dawk li kienu foqra u li kellhom il-problemi. Barra minn hekk, hu kien juri ħniena maʼ dawk li oħrajn kienu jqisuhom “midinbin.” Dan fixkel lil dawk li kienu kburin. Huma staqsew lid-dixxipli tiegħu: “Għala tieklu u tixorbu mal-kolletturi tat-taxxi u l-midinbin?” Imbagħad Ġesù wiġibhom: “Dawk li huma f’saħħithom Lq. 5:29-32.
m’għandhomx bżonn tabib, imma dawk li huma morda iva. Ma ġejtx insejjaħ lin-nies sewwa imma lill-midinbin għall-indiema.”—4. Skont il-profeta Isaija, il-Lhud x’kellhom ikunu jafu dwar il-Messija?
4 L-Iskrittura x’tgħid? Ħafna snin qabel ġie l-Messija, il-profeta Isaija bassar li n-nies ma kinux se jaċċettawh. Isaija kiteb: “Kien mistmerr u skartat min-nies . . . U bħallikieku dorna biex ma nħarsux lejn wiċċu. Hu kien mistmerr u aħna ma stmajniehx.” (Is. 53:3) Il-profezija bassret li l-Messija kellu jkun “skartat min-nies.” Għalhekk, il-Lhud fi żmien Ġesù kellhom ikunu jafu li n-nies ma kinux se jaċċettawh.
5. Ħafna nies illum kif iqisu lis-segwaċi taʼ Ġesù?
5 Qegħdin naraw l-istess problema llum? Iva. Ħafna mexxejja reliġjużi jieħdu pjaċir meta mal-knisja tagħhom jingħaqdu nies li għandhom il-poter, nies sinjuri, u nies li jidhru bravi. U huma jaċċettaw lil dawn in-nies minkejja li jagħmlu affarijiet li Alla jobgħod. Imma dawn il-mexxejja reliġjużi, lix-Xhieda taʼ Ġeħova ma jirrispettawhomx minkejja li jgħixu fi qbil mal-livelli t’Alla. Dan jaqbel mal-kliem tal-appostlu Pawlu meta qal li Alla jagħżel “lil dawk li huma mmaqdrin.” (1 Kor. 1:26-29) Imma, għal Ġeħova l-qaddejja leali tiegħu huma prezzjużi.
6. Kif nistgħu nimitaw dak li qal Ġesù f’Mattew 11:25, 26?
6 Kif nistgħu nevitaw li nitfixklu? (Aqra Mattew 11:25, 26.) Tħallix il-mod kif in-nies iqisu lix-Xhieda taʼ Ġeħova jinfluwenzak. Ftakar li Ġeħova juża biss lin-nies umli biex jagħmlu x-xogħol tiegħu. (Salm 138:6) U aħseb dwar kemm għamel xogħol billi uża lil dawn in-nies li d-dinja tqishom nies komuni.
(2) ĠESÙ KIXEF TAGĦLIM FALZ
7. Ġesù għala sejjaħ lill-Fariżej ipokriti u huma kif aġixxew?
7 B’kuraġġ Ġesù qal lill-mexxejja reliġjużi taʼ żmienu li huma ma kinux qed jgħallmu lin-nies kif għandhom iqimu lil Ġeħova. Pereżempju, Ġesù wera kemm il-Fariżej kienu ipokriti għax huma kienu aktar iffokati fuq kif għandhom jaħslu jdejhom milli fuq kif jieħdu ħsieb lill-ġenituri tagħhom. (Mt. 15:1-11) Id-dixxipli taʼ Ġesù jistaʼ jkun li kienu sorpriżi bil-kliem li qal. Fil-fatt huma staqsewh: “Taf li l-Fariżej tfixklu b’dak li għedt?” Ġesù wiġibhom: “Kull xitla li ma ħawwilx Missieri tas-sema titqaċċat mill-għeruq. Ħalluhom. Dawk gwidi għomja. Għalhekk, jekk agħma jmexxi lil agħma, it-tnejn jaqgħu f’ħofra.” (Mt. 15:12-14) Minkejja li l-mexxejja reliġjużi kienu rrabjati maʼ Ġesù minħabba dak li qal, hu ma waqafx jgħid il-verità.
8. Ġesù kif wera li Alla ma jaċċettax it-tagħlim reliġjuż kollu?
8 Ġesù wera wkoll li ċertu tagħlim reliġjuż kien falz. Hu qal li Alla ma kienx se jaċċetta t-tagħlim reliġjuż kollu. Infatti, Ġesù qal li ħafna nies se jkunu qegħdin fi triq spazjuża li twassal għall-qerda. Mill-banda l-oħra, ftit se jkunu dawk fi triq imħarbta li twassal għall-ħajja taʼ dejjem. (Mt. 7:13, 14) Hu għamilha ċara li xi nies se jgħidu li jqimu lil Alla imma ma jkunx vera. Ġesù wissiena: “Ħarsu ruħkom mill-profeti foloz li jiġu għandkom lebsin taʼ nagħaġ, imma minn ġewwa huma lpup imġewħin. Mill-frott tagħhom tagħrfuhom.”—Mt. 7:15-20.
9. Ġesù liema tagħlim reliġjuż wera li kien falz?
Salm 69:9; Ġw. 2:14-17) Dan iż-żelu ġiegħel lil Ġesù biex jikxef it-tagħlim reliġjuż falz u d-drawwiet tagħhom. Pereżempju, il-Fariżej kienu jemmnu li r-ruħ ma tmutx, imma Ġesù għallem li meta xi ħadd imut ikun bħallikieku raqad. (Ġw. 11:11) Is-Sadduċej ma kinux jemmnu fl-irxoxt, imma Ġesù qajjem lill-ħabib tiegħu Lazzru. (Ġw. 11:43, 44; Atti 23:8) Il-Fariżej kienu jgħallmu li Alla jiddeċiedi dak li jiġrilna jew dak li nagħmlu fil-ħajja tagħna, imma Ġesù għallem li Alla jħallina fil-libertà biex nagħżlu aħna jekk irridux naqduh.—Mt. 11:28.
9 L-Iskrittura x’tgħid? Il-profeziji tal-Bibbja dwar il-Messija bassru li hu kellu jkollu ħafna żelu għad-dar taʼ Ġeħova. (10. Illum għala ħafna nies ma jaċċettawniex?
10 Qegħdin naraw l-istess problema llum? Iva. Meta nużaw il-Bibbja biex nuru li xi tagħlim reliġjuż huwa falz, ħafna nies ma jaċċettawniex. Il-mexxejja reliġjużi jgħallmu li Alla jikkastiga lin-nies fl-infern. Huma jużaw dan it-tagħlim falz biex jikkontrollaw lin-nies. Bħala qaddejja taʼ Ġeħova, li nqimu Alla kollu mħabba, nuru lin-nies li dan it-tagħlim hu falz. Il-mexxejja reliġjużi jgħallmu wkoll li r-ruħ ma tmutx. Aħna nuru lin-nies li dan it-tagħlim mhux fil-Bibbja għax kieku ħadd m’għandu bżonn jiġi rxoxtat. U minkejja li ħafna reliġjonijiet jgħallmu li kulħadd għandu d-destin tiegħu, aħna ngħallmu li dan mhux minnu u n-nies jistgħu jagħżlu huma jekk jaqdux lil Alla. Il-mexxejja reliġjużi kif iħossuhom meta aħna ngħidu li qed jgħallmu tagħlim falz? Spiss, huma jirrabjaw magħna u jiħduha kontrina!
11. Skont il-kliem li qal Ġesù fi Ġwanni 8:45-47, Alla x’jitolbu lill-poplu tiegħu?
11 Kif nistgħu nevitaw li nitfixklu? Jekk inħobbu l-verità se nemmnu u nobdu dak li jgħidilna Alla. (Aqra Ġwanni 8:45-47.) Għall-kuntrarju taʼ Satana, aħna qatt mhu se nitilqu l-verità. Aħna qatt mhu se nagħmlu xi ħaġa li tmur kontra dak li nemmnu. (Ġw. 8:44) Alla jitlob lill-poplu tiegħu biex ‘jistmerr dak li hu ħażin u jżomm sod maʼ dak li hu tajjeb’ eżatt bħalma għamel Ġesù.—Rum. 12:9; Ebr. 1:9.
(3) ĠESÙ KIEN IPPERSEGWITAT
12. Il-mod kif miet Ġesù, għala fixkel lil ħafna Lhud?
12 X’kienet raġuni oħra għala l-Lhud m’aċċettawx lil Ġesù? Pawlu qal: “Aħna nippridkaw lil Kristu msammar maʼ zokk, [dan] tfixkil għal-Lhud.” (1 Kor. 1:23) Għala l-mod kif miet Ġesù fixkel lil ħafna Lhud? Għax għalihom la Ġesù miet fuq iz-zokk tat-tortura kien kriminal u midneb. B’hekk m’emmnux li kien il-Messija.—Dt. 21:22, 23.
13. Dawk li tfixklu minħabba Ġesù x’ma ndunawx?
13 Il-Lhud li tfixklu minħabba l-mewt taʼ Ġesù ma ndunawx li hu kien innoċenti, li kien akkużat b’mod falz, u li ġie trattat b’mod inġust. Dawk li taw is-sentenza lil Ġesù ma kienx jimpurtahom mill-ġustizzja. L-imħallfin tal-qorti suprema Lhudija ltaqgħu taʼ malajr u m’għamlux dak li kienet titlob il-liġi. (Lq. 22:54; Ġw. 18:24) L-imħallfin kienu korrotti u huma ppruvaw ukoll ifittxu xhieda falza kontra Ġesù sabiex jagħtuh il-mewt. Imma huma ma rnexxilhomx, u għalhekk li l-qassis il-kbir beda jipprova jġiegħel lil Ġesù jgħid xi ħaġa ħażina biex b’hekk ikunu jistgħu jakkużawh. Din kienet kontra l-liġi. (Mt. 26:59; Mk. 14:55-64) U wara li Ġesù ġie rxoxtat, dawk l-imħallfin korrotti, lis-suldati li kienu qed jieħdu ħsieb il-qabar taʼ Ġesù tawhom “biċċiet tal-fidda” biex jigdbu u jgħidu li d-dixxipli taʼ Ġesù marru billejl u serqu l-ġisem tiegħu.—Mt. 28:11-15.
14. L-Iskrittura x’bassret dwar il-mewt tal-Messija?
14 L-Iskrittura x’tgħid? Għalkemm ħafna Lhud fi żmien Ġesù ma kinux jafu li l-Messija l-ewwel kellu jmut, innotaw x’bassret l-Iskrittura: “Hu ferraʼ ruħu sal-mewt, u kien magħdud maʼ dawk li Is. 53:12) Għalhekk il-Lhud ma kellhomx għalfejn jitfixklu meta qatlu lil Ġesù bħala midneb.
jiksru l-liġi; u hu nnifsu ġarr id-dnub taʼ ħafna nies, u qabeż għal dawk li jiksru l-liġi.” (15. Liema akkużi kontra x-Xhieda taʼ Ġeħova fixklu lil xi wħud?
15 Qegħdin naraw l-istess problema llum? Iva! Ġesù ġie akkużat b’mod falz u qatgħuhielu għall-mewt, u llum ix-Xhieda taʼ Ġeħova qed jesperjenzaw inġustizzji simili. Pereżempju, fl-Istati Uniti, bejn l-1930 u l-1950, kien hemm ħafna każijiet fil-qorti biex aħna nkunu nistgħu nkomplu naqdu lil Ġeħova bil-libertà. Xi mħallfin urew biċ-ċar li kienu kontrina. Fi Quebec, il-Kanada, il-Knisja u l-Gvern ħadmu flimkien biex iwaqqfu x-xogħol tagħna. Ħafna pubblikaturi spiċċaw fil-ħabs għax tkellmu man-nies dwar is-Saltna t’Alla. Fil-Ġermanja, il-gvern Nazist qatel ħafna żgħażagħ leali. U fi snin riċenti, ħutna fir-Russja tressqu l-qorti u ġew mitfugħin fil-ħabs għax tkellmu dwar il-Bibbja, xi ħaġa li għall-awtoritajiet hi “attività estremista.” U t-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa bir-Russu ma tistax tintuża għax qalu li fiha “informazzjoni estremista” minħabba li fiha l-isem Ġeħova.
16. Kif juri l-1 Ġwanni 4:1, għala m’għandniex inħallu stejjer foloz dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova jfixkluna?
16 Kif nistgħu nevitaw li nitfixklu? Kun af il-fatti kollha. Fil-Prietka taʼ fuq il-Muntanja, Ġesù wissa lil dawk li kienu qed jisimgħuh li xi wħud ‘bil-gideb kienu se jgħidu kull xorta taʼ ħażen kontrihom.’ (Mt. 5:11) Dan il-gideb jiġi minn Satana. Hu jinfluwenza lin-nies biex ixerrdu gideb li jweġġaʼ kontra dawk li jħobbu l-verità. (Riv. 12:9, 10) Aħna ma rridux nisimgħu dan il-gideb. Qatt m’għandna nħallu dan il-gideb iwaqqafna milli nkomplu naqdu lil Ġeħova jew idgħajjef il-fidi tagħna.—Aqra l-1 Ġwanni 4:1.
(4) ĠESÙ ĠIE TRADUT U ABBANDUNAT
17. L-affarijiet li ġraw qabel il-mewt taʼ Ġesù kif setgħu fixklu lil xi wħud?
17 Ftit qabel Ġesù miet wieħed mill-appostli tiegħu ttradieh. Appostlu ieħor qal li ma jafux tliet darbiet u l-appostli kollha abbandunawh f’dak il-lejl qabel miet. (Mt. 26:14-16, 47, 56, 75) Ġesù ma kienx sorpriż b’dan, u hu qal li dawn l-affarijiet kellhom jiġru. (Ġw. 6:64; 13:21, 26, 38; 16:32) Meta xi wħud raw dawn l-affarijiet, jistaʼ jkun li tfixklu u b’hekk ma ridux ikunu dixxipli taʼ Ġesù. Xi wħud forsi qalu, ‘Jekk dan hu l-mod kif jaġixxu, jien ma rridx inkun wieħed minnhom!’
18. Liema profeziji twettqu bl-affarijiet li ġraw lil Ġesù qabel miet?
18 L-Iskrittura x’tgħid? Mijiet taʼ snin qabel Ġesù ġie fuq l-art, Ġeħova permezz tal-Kelma tiegħu bassar li l-Messija kellu jkun tradut għal 30 biċċa tal-fidda. (Żak. 11:12, 13) Dak li kellu jittradih kien se jkun wieħed mill-ħbieb tal-qalb tiegħu. (Salm 41:9) Il-profeta Żakkarija kiteb ukoll: “Idrob lir-ragħaj, u ħa jitferrxu dawk tal-merħla.” (Żak. 13:7) Nies sinċiera mhux se jitfixklu minħabba dawn l-affarijiet, minflok se jsaħħu l-fidi tagħhom għax jaraw li l-profeziji twettqu permezz taʼ Ġesù.
19. Dawk li huma sinċiera x’jafu?
19 Qegħdin naraw l-istess problema llum? Iva. F’dawn l-aħħar snin, uħud Mt. 24:24; 2 Pt. 2:18-22.
mix-Xhieda telqu l-verità, saru apostati, u ppruvaw ifixklu lil oħrajn. Huma qalu rapporti negattivi u gideb dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova permezz tal-gazzetti, ir-radju, it-televixin, u l-Internet. Imma dawk li huma sinċiera mhux se jitfixklu. Minflok, se jsaħħu l-fidi tagħhom għax il-Bibbja bassret li dawn l-affarijiet kellhom jiġru.—20. Xi rridu nagħmlu biex ma nitfixklux minħabba dawk li telqu l-verità? (2 Timotju 4:4, 5)
20 Kif nistgħu nevitaw li nitfixklu? Għandna bżonn inżommu l-fidi tagħna b’saħħitha billi nistudjaw b’mod regolari, nitolbu l-ħin kollu, u nibqgħu żelużi fix-xogħol taʼ Ġeħova. (Aqra t-2 Timotju 4:4, 5.) Jekk ikollna l-fidi, mhux se nibżgħu meta nisimgħu rapporti negattivi dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova. (Is. 28:16) L-imħabba tagħna għal Ġeħova, il-Bibbja, u ħutna se tgħinna biex ma nitfixklux minħabba dawk li telqu l-verità.
21. Minkejja li llum ħafna nies ma jaċċettawx il-messaġġ tagħna, minn xiex nistgħu nkunu ċerti?
21 Fi żmien Ġesù ħafna tfixklu u għalhekk m’aċċettawhx. Però, ħafna oħrajn emmnu fih. Fosthom kien hemm minn tal-inqas membru tas-Sinedriju Lhudi u “folla kbira taʼ qassisin.” (Atti 6:7; Mt. 27:57-60; Mk. 15:43) Bl-istess mod illum, miljuni taʼ nies qed jemmnu f’Ġesù. Għala? Għax huma jafu u jħobbu l-veritajiet li hemm fil-Bibbja. Il-Kelma t’Alla tgħid: “Paċi abbundanti jkollhom dawk li jħobbu l-liġi tiegħek, u għalihom m’hemm ebda tfixkil.”—Salm 119:165.
GĦANJA 124 Dejjem leali
^ par. 5 Fl-artiklu taʼ qabel dan iddiskutejna erbaʼ raġunijiet għala n-nies fi żmien Ġesù m’aċċettawhx u għala llum ma jaċċettawx lis-segwaċi tiegħu. F’dan l-artiklu se nikkunsidraw erbaʼ raġunijiet oħra. Se naraw ukoll kif in-nies li jħobbu lil Ġeħova ma jħallu xejn ifixkilhom.
^ par. 60 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Ġesù qed jiekol maʼ Mattew u kolletturi tat-taxxi.
^ par. 62 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Ġesù jkeċċi lill-bejjiegħa mit-tempju.
^ par. 64 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Ġesù kellu jġorr iz-zokk tat-tortura.
^ par. 66 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Ġuda jittradixxi lil Ġesù billi jagħtih bewsa.