“Ħa ma jintelqux idejk”
“Ħa ma jintelqux idejk.”—SOFONIJA 3:16.
1, 2. (a) Ħafna nies illum liema tipi taʼ problemi għandhom, u x’inhu r-riżultat? (b) Isaija 41:10, 13 liema tama żgura jagħti?
OĦT li hi pijuniera regulari u miżżewġa anzjan tgħid: “Għalkemm kelli u għad għandi rutina spiritwali tajba, jien ilni niġġieled mal-ansjetà għal ħafna snin. Ma tħallinix norqod, teffettwali saħħti u l-mod taʼ kif nittratta lil oħrajn. Xi kultant, din iġġegħelni nkun irrid inċedi.”
2 Tistaʼ tifhem kif qed tħossha din l-oħt? B’dispjaċir, minħabba li qed ngħixu fid-dinja mill-agħar taʼ Satana, nesperjenzaw pressjoni kbira ħafna. U bħal ankra li żżomm dgħajsa milli tiċċaqlaq, l-ansjetà tistaʼ ġġegħelna nħossuna mtaqqlin jew skuraġġiti. (Proverbji 12:25) Għala għandek mnejn tħossok ansjuż? Forsi tinsab imdejjaq minħabba l-mewt taʼ xi ħadd maħbub jew qed tħabbat wiċċek maʼ marda serja jew persekuzzjoni. Jew tistaʼ tkun qed issibha diffiċli ħafna biex tieħu ħsieb il-familja tiegħek minħabba li l-ekonomija hi batuta ħafna. Hekk kif jgħaddi ż-żmien, stress emozzjonali jistaʼ jġiegħel lis-saħħa tiegħek tiddgħajjef u saħansitra jtelliflek il-ferħ. Minkejja dan, int tistaʼ tkun ċert li Alla lest biex jgħinek.—Aqra Isaija 41:10, 13.
3, 4. (a) Il-Bibbja kif tuża l-kelma “id”? (b) X’jistaʼ jġiegħel lil idejna jintelqu?
1 Samwel 23:16; Esdra 6:22) Tistaʼ tfisser ukoll li hu pożittiv u li hu għandu tama għall-futur.
3 Il-Bibbja spiss tuża partijiet tal-ġisem biex tiddeskrivi l-kwalitajiet differenti jew l-azzjonijiet taʼ persuna. L-id, pereżempju, hi msemmija mijiet taʼ drabi. Meta l-Bibbja tgħid li idejn xi ħadd issaħħew, tistaʼ tfisser li ġie inkuraġġit, hu b’saħħtu iktar, u lest biex jieħu azzjoni. (4 Drabi oħra, il-Bibbja tiddeskrivi persuna li tħalli jdejha jintelqu. Dan jirreferi għal persuna skuraġġita jew li tilfet it-tama. (2 Kronaki 15:7; Ebrej 12:12) Meta tkun għaddej minn stress jew tkun eżawrit jew tħoss li r-relazzjoni tiegħek maʼ Ġeħova qed issir iktar dgħajfa, għandu mnejn tkun trid iċċedi. Fejn tistaʼ ssib inkuraġġiment? Kif tistaʼ tkun immotivat u msaħħaħ biex tissaporti u jkollok il-ferħ?
“ID ĠEĦOVA MA QSARITX DAQSTANT LI MA TISTAX ISSALVA”
5. (a) Kif nistgħu nħossuna meta jkollna l-problemi, imma x’għandna niftakru? (b) X’se niddiskutu?
5 Aqra Sofonija 3:16, 17. Meta jkollna l-problemi, ma rridux nibżgħu u nsiru skuraġġiti, jew inħallu jdejna jintelqu. Missierna kollu mħabba, Ġeħova, jistidinna biex nitfgħu fuqu l-ansjetajiet kollha tagħna. (1 Pietru 5:7) Ġeħova jieħu ħsiebna bħalma ħa ħsieb lill-ġens tal-Iżrael. Hu qalilhom li idu “ma qsaritx daqstant li ma tistax issalva.” Hu dejjem lest li jsalva lill-qaddejja leali tiegħu. (Isaija 59:1) F’dan l-artiklu se niddiskutu tliet eżempji Bibliċi li jispikkaw. Dawn juru x-xewqa u l-abbiltà li għandu Ġeħova biex isaħħaħ lill-poplu tiegħu ħalli jagħmlu r-rieda tiegħu minkejja diffikultajiet kbar. Ejja naraw kif dawn l-eżempji jistgħu jsaħħu lilek.
6, 7. X’nistgħu nitgħallmu mir-rebħa li kellhom l-Iżraelin kontra l-Għamalekin?
6 Ftit wara li ġew meħlusa mill-jasar fl-Eġittu, l-Iżraelin ġew attakkati mill-Għamalekin. Mosè qal lil Ġożwè, raġel kuraġġuż, biex imexxi lill-Iżraelin għall-battalja. Imbagħad, Mosè ħa lil Aron u Ħur lejn għolja fil-viċin. Minn hemm, setgħu jaraw il-kamp tal-battalja. Kienu dawn it-tlett irġiel qed jaħarbu mill-battalja għax beżgħu? Żgur li le!
7 Mosè kien qed jimxi fuq pjan li għen lill-Iżraelin jirbħu l-battalja kontra l-Għamalekin. F’idejh hu żamm il-ħatar tal-Alla l-veru u għolliehom ’il fuq lejn is-sema. Meta Mosè għamel hekk, Ġeħova ta l-qawwa lill-Iżraelin biex jiġġieldu kontra l-Għamalekin. Madankollu, meta jdejn Mosè tqalu u bdew jintelqu ’l isfel, l-Għamalekin bdew jirbħu. Minnufih, Aron u Ħur aġixxew biex jgħinu lil Mosè. “Ħadu ġebla u poġġewha taħtu, u hu qagħad bil-qiegħda fuqha; u Aron u Ħur żammewlu idejh ’il fuq, wieħed din in-naħa u l-ieħor in-naħa l-oħra, u b’hekk idejh baqgħu sodi sakemm niżlet ix-xemx.” Iva, bis-saħħa tal-id setgħana taʼ Ġeħova, l-Iżraelin rebħu l-battalja.—Eżodu 17:8-13.
8. (a) Asa x’għamel meta l-Etjopjani heddew lill-Ġuda? (b) Kif nistgħu nimitaw lil Asa?
8 Fi żmien is-Sultan Asa, Ġeħova kien Mattew 19:26) Alla uża l-qawwa kbira tiegħu u “għeleb lill-Etjopjani quddiem Asa.” “Qalb Asa baqgħet sħiħa maʼ Ġeħova tul jiemu kollha.”—2 Kronaki 14:8-13; 1 Slaten 15:14.
lest ukoll li juża l-id setgħana Tiegħu sabiex jgħin lill-poplu Tiegħu. Ħafna armati huma msemmija fil-Bibbja, imma l-ikbar waħda kienet dik taʼ Żeraħ l-Etjopjan. Din kienet magħmula minn 1,000,000 suldat t’esperjenza. L-armata Etjopjana kienet ikbar mill-armata t’Asa kważi d-doppju. Kien Asa ansjuż, beżgħan, jew skuraġġit? Intelqu jdejh ’l isfel? Le! Immedjatament, Asa talab lil Ġeħova għall-għajnuna. Minn ħarsa militari, għandu mnejn kienet tidher impossibbli li tirbaħ il-battalja kontra l-Etjopjani. “Imma għal Alla kollox hu possibbli.” (9. (a) X’ma waqqafx lil Neħemija milli jerġaʼ jibni s-swar taʼ Ġerusalemm? (b) Ġeħova kif wieġeb għat-talba taʼ Neħemija?
9 X’sab Neħemija meta mar Ġerusalemm? Hu ra li l-għedewwa minn artijiet barranin tant kienu qed jheddu lil-Lhud li dawn waqfu jibnu s-swar taʼ Ġerusalemm. Il-belt ma kinitx protetta, u l-Lhud kienu skuraġġiti. Kif ħassu Neħemija? Kien hu skuraġġit ukoll, u ħalla jdejh jintelqu ’l isfel? Le! Bħal Mosè, Asa, u qaddejja leali oħra taʼ Ġeħova, Neħemija dejjem straħ fuq Ġeħova. F’din is-sitwazzjoni wkoll, Neħemija talab lil Ġeħova għall-għajnuna, u Ġeħova wieġbu. Alla uża “l-qawwa kbira” tiegħu u “l-id b’saħħitha” tiegħu biex isaħħaħ lil-Lhud. (Aqra Neħemija 1:10; 2:17-20; 6:9.) Temmen int li Ġeħova juża “l-qawwa kbira” tiegħu u “l-id b’saħħitha” tiegħu biex isaħħaħ lill-qaddejja tiegħu llum?
ĠEĦOVA SE JSAĦĦAĦLEK IDEJK
10, 11. (a) Satana kif qed jipprova jġegħelna nħallu jdejna jintelqu ’l isfel? (b) X’qiegħed juża Ġeħova biex isaħħaħna u jagħtina l-qawwa? (ċ) Inti kif ibbenefikajt mill-istruzzjonijiet taʼ Ġeħova?
10 Nistgħu nibqgħu ċerti li x-Xitan qatt mhu se jħalli jdejh jintelqu ’l isfel. Hu se jkompli jattakkana, billi jipprova jwaqqaf l-attivitajiet Kristjani tagħna. Hu juża l-gideb u t-theddid mill-gvernijiet, mexxejja reliġjużi, u apostati. X’inhi l-mira tiegħu? Hu jridna nieqfu nippritkaw l-aħbar tajba tas-Saltna. Imma Ġeħova hu kapaċi u lest li jgħinna, u hu jagħtina l-ispirtu qaddis tiegħu biex isaħħaħna. (1 Kronaki 29:12) Huwa importanti ħafna li nitolbu għall-ispirtu t’Alla ħalli nkunu nistgħu niġġieldu kontra Satana u d-dinja mill-agħar tiegħu. (Salm 18:39; 1 Korintin 10:13) Ukoll, aħna grati tal-għajnuna li nirċievu mill-Kelma t’Alla. Aħseb ukoll dwar kemm nitgħallmu mill-pubblikazzjonijiet tagħna kull xahar. Il-kliem taʼ Żakkarija 8:9, 13 (aqra) intqal waqt li t-tempju f’Ġerusalemm kien qed jerġaʼ jinbena. Però, dan il-kliem jistaʼ jgħin lilna llum.
Huwa importanti ħafna li nitolbu għall-ispirtu t’Alla ħalli nkunu nistgħu niġġieldu kontra Satana u d-dinja mill-agħar tiegħu
11 Ġeħova jsaħħaħna wkoll permezz tal-istruzzjonijiet li nirċievu fil-laqgħat, fl-assembleat, u fil-konvenzjonijiet, kif ukoll fl-iskejjel teokratiċi Kristjani tagħna. Dawn l-istruzzjonijiet jistgħu jgħinuna naqdu lil Alla b’mottivi tajbin, biex nagħmlu miri spiritwali, u biex inwettqu l-ħafna responsabbiltajiet Kristjani li għandna. (Salm 119:32) Tinsab ħerqan int biex tissaħħaħ mill-istruzzjonijiet taʼ Ġeħova?
12. X’għandna nagħmlu biex nibqgħu b’saħħitna?
12 Ġeħova għen lill-poplu tiegħu biex jegħlbu lill-Għamalekin u lill-Etjopjani. Hu ta s-saħħa lil Neħemija u lil-Lhud biex ilestu s-swar taʼ Ġerusalemm. B’mod simili, Ġeħova se jagħtina s-saħħa biex inkomplu fix-xogħol tal-ippritkar minkejja l-ansjetajiet tagħna u minkejja l-oppożizzjoni u n-nuqqas taʼ interess li juru n-nies. (1 Pietru 5:10) Ġeħova mhux se jneħħilna l-problemi tagħna b’mod mirakoluż. Minflok, aħna rridu nagħmlu l-parti tagħna. Kif? Irridu naqraw il-Kelma t’Alla kuljum, nippreparaw u nattendu għal-laqgħat kull ġimgħa, inkomplu nagħmlu l-istudju persunali u l-qima bħala familja, u nistrieħu fuq Ġeħova fit-talb. Jalla qatt ma nħallu xejn ifixkilna mill-affarijiet li Ġeħova pprovda biex isaħħaħna u jinkuraġġina. Jekk tħoss li jdejk intelqu ’l isfel f’xi aspetti minn dawn, itlob għall-għajnuna taʼ Ġeħova. Imbagħad, ara kif l-ispirtu t’Alla ‘qed jaħdem fik [jew jagħtik l-enerġija] kemm biex ikollok ir-rieda u kemm biex taġixxi.’ (Filippin 2:13) Imma, tistaʼ int issaħħaħ idejn ħaddieħor?
SAĦĦAĦ L-IDEJN LI JISTGĦU JKUNU MERĦIJIN
13, 14. (a) Ħu kif kien imsaħħaħ wara l-mewt taʼ martu? (b) Kif nistgħu nsaħħu lil oħrajn?
13 Ġeħova jagħtina fratellanza globali taʼ aħwa rġiel u nisa li jimpurtahom minna u li jistgħu jinkuraġġuna. L-appostlu Pawlu kiteb: “Iddrittaw [jew saħħu] l-idejn merħijin u l-irkopptejn dgħajfin, u ibqgħu ddrittaw il-mogħdijiet għal saqajkom.” (Ebrej 12:12, 13) Ħafna mill-Kristjani tal-bidu ngħataw din it-tip t’għajnuna minn ħuthom irġiel u nisa. L-istess hu llum. Ikkunsidra dan l-eżempju. Wara li ħu tilef lil martu fil-mewt u ssaporta sitwazzjonijiet oħra taʼ wġigħ, hu qal: “Tgħallimt li ma nistgħux nagħżlu l-provi tagħna, la ż-żmien meta jseħħu u lanqas kemm-il darba jseħħu. It-talb u l-istudju persunali kienu bħal ġakketta tas-salvataġġ li żammitni milli negħreq. U l-appoġġ li tawni ħuti spiritwali ġabli ħafna faraġ. Irrealizzajt kemm hu importanti li niżviluppa relazzjoni persunali tajba maʼ Ġeħova qabel ma jinqalgħu sitwazzjonijiet diffiċli.”
14 Aron u Ħur għenu biex isaħħu jdejn Mosè billi żammewhomlu ’l fuq waqt il-battalja kontra l-Għamalekin. Illum, aħna wkoll nistgħu nħarsu lejn modi kif nappoġġjaw u ngħinu oħrajn. Xi wħud minn ħutna jsofru minħabba li għandhom iż-żmien, problemi taʼ saħħa, jew persekuzzjoni mill-familja tagħhom. 1 Tessalonikin 3:1-3; 5:11, 14) Fittex modi fejn tistaʼ turi interess ġenwin f’oħrajn fis-Sala tas-Saltna, fil-ministeru, waqt xi ikla flimkien, jew meta titkellem fuq it-telefown.
Oħrajn isofru minħabba li jħossuhom waħedhom jew minħabba telfa taʼ xi ħadd maħbub. Nistgħu nsaħħu wkoll liż-żgħażagħ, li sikwit ikollhom pressjoni biex jagħmlu l-ħażen jew biex ifittxu suċċess fid-dinja. (15. X’effett jistaʼ jkollu l-kliem pożittiv fuq ħutna rġiel u nisa?
15 Wara r-rebħa impressjonanti t’Asa kontra l-armata kbira tal-Etjopjani, il-profeta Għażarija inkuraġġixxa lilu u l-poplu tiegħu billi qal: “U intom kunu kuraġġużi, u tħallux idejkom jintelqu, għax se tiġu premjati għall-għemejjel tagħkom.” (2 Kronaki 15:7) Dan immotiva lil Asa biex jagħmel ħafna bidliet ħalli jerġaʼ jsaħħaħ il-qima pura. B’mod simili, il-kliem pożittiv tiegħek jistaʼ jinkuraġġixxi oħrajn u jgħinhom ikomplu jaqdu lil Ġeħova. (Proverbji 15:23) Qatt m’għandek tinsa kemm jissaħħu ħutek meta tagħti kummenti inkuraġġanti waqt il-laqgħat.
Neħemija ma qagħadx b’idejh marbuta waqt li oħrajn għamlu x-xogħol. Hu stess għen biex jerġgħu jinbnew is-swar taʼ Ġerusalemm
16. (a) L-anzjani kif jistgħu jimitaw lil Neħemija? (b) Agħti eżempji taʼ kif aħwa rġiel u nisa għenuk personalment.
16 Bl-għajnuna taʼ Ġeħova, Neħemija u l-Lhud saħħew idejhom. Huma lestew is-swar taʼ Ġerusalemm fi 52 ġurnata Neħemija 2:18; 6:15, 16) Neħemija ma qagħadx b’idejh marbuta waqt li oħrajn għamlu x-xogħol. Hu stess għen biex jerġgħu jinbnew is-swar taʼ Ġerusalemm. (Neħemija 5:16) Bl-istess mod, ħafna anzjani jimitaw lil Neħemija meta jgħinu fi proġetti taʼ kostruzzjoni jew meta jnaddfu u jieħdu ħsieb is-Sala tas-Saltna. Dawn l-irġiel kollhom imħabba wkoll isaħħu l-aħwa li huma “ansjużi” billi jżuruhom u billi jaħdmu magħhom fil-ministeru.—Aqra Isaija 35:3, 4.
biss! (“ĦA MA JINTELQUX IDEJK”
17, 18. Minn xiex nistgħu nkunu ċerti meta jkollna l-problemi jew inħossuna ansjużi?
17 Meta naħdmu flimkien maʼ ħutna rġiel u nisa, dan isaħħaħ l-unità taʼ bejnietna. Dan jgħinna wkoll biex nibnu ħbiberiji dejjiema u biex insaħħu l-fiduċja tagħna fil-barkiet li s-Saltna t’Alla dalwaqt se ġġib. Meta nsaħħu l-idejn t’oħrajn, inkunu qed ngħinuhom biex jissaportu sitwazzjonijiet diffiċli u biex jibqaʼ jkollhom tama pożittiva għall-futur. Minbarra dan, meta ngħinu lil oħrajn, dan isaħħaħ idejna wkoll u jgħinna biex niffokaw fuq il-futur.
18 Meta naħsbu dwar kif Ġeħova għen u pproteġa lill-qaddejja leali tiegħu fil-passat, il-fidi u l-fiduċja tagħna fih jissaħħu. Għalhekk, meta jkollok il-problemi u tħossok ansjuż, “ħa ma jintelqux idejk”! Tistaʼ tkun ċert li jekk titlob lil Ġeħova għall-għajnuna, l-id setgħana tiegħu se ssaħħek u tiggwidak lejn il-barkiet tas-Saltna fil-futur qarib.—Salm 73:23, 24.