ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 31
Qed Tistenna Int “il-Belt li Għandha Sisien taʼ Veru”?
“Kien qed jistenna l-belt li għandha sisien taʼ veru, li l-bennej tagħha u dak li għamilha hu Alla.”—EBR. 11:10.
GĦANJA 22 Bil-lest is-Saltna hi—Ħa tiġi!
ĦARSA BIL-QUDDIEM *
1. Ħafna wħud x’sagrifiċċji għamlu, u għala għamluhom?
MILJUNI t’aħwa qed jagħmlu sagrifiċċji. Ħafna minnhom iddeċidew li ma jiżżewġux. Koppji miżżewġin iddeċidew li għalissa ma jkollhomx tfal. Xi familji żammew ħajjithom sempliċi. Kollha kemm huma għamlu dawn id-deċiżjonijiet għal raġuni importanti—huma jagħmlu l-aħjar li jistgħu biex jaqdu lil Ġeħova. Huma kuntenti u ċerti li Ġeħova se jieħu ħsieb dak li għandhom bżonn. Ħa jiddispjaċihom? Le! Għala nistgħu nkunu ċerti? Raġuni waħda hi li Ġeħova bierek lil Abraham, “il-missier taʼ dawk kollha li jkollhom il-fidi.”—Rum. 4:11.
2. (a) Skont Ebrej 11:8-10, 16, Abraham għala kien lest li jitlaq il-belt taʼ Ur? (b) X’se niddiskutu f’dan l-artiklu?
2 Abraham kien lest li jitlaq il-ħajja komda li kellu fil-belt taʼ Ur. Għala? Għax kien “qed jistenna l-belt li għandha sisien taʼ veru.” (Aqra Ebrej 11:8-10, 16.) X’inhi dik il-belt? Xi sfidi ffaċċja Abraham waqt li stenna biex tinbena dik il-belt? Kif nistgħu nkunu bħal Abraham u dawk taʼ żmienna li qed jimitawh?
X’INHI “L-BELT LI GĦANDHA SISIEN TAʼ VERU”?
3. X’inhi l-belt li Abraham kien qed jistenna?
3 Il-belt li Abraham kien qed jistenna hi s-Saltna t’Alla. Din is-Saltna hi magħmula minn Ġesù Kristu u 144,000 Kristjan midluk. Pawlu rrefera għas-Saltna bħala “l-belt taʼ l-Alla l-ħaj, Ġerusalemm tas-sema.” (Ebr. 12:22; Riv. 5:8-10; 14:1) Ġesù għallem lid-dixxipli tiegħu biex jitolbu għal din is-Saltna, biex issir ir-rieda t’Alla fuq l-art bħalma hi fis-sema.—Mt. 6:10.
4. Skont Ġenesi 17:1, 2, 6, x’kien jaf Abraham dwar il-belt, jew is-Saltna, li Alla wiegħed?
4 Abraham kien jaf kif is-Saltna t’Alla kienet se tkun organizzata? Le. Għal ħafna żmien, dawn id-dettalji kienu “sigriet sagru.” (Efes. 1:8-10; Kol. 1:26, 27) Imma Abraham kien jaf li xi wħud min-nisel tiegħu kellhom ikunu slaten, għax Ġeħova hekk wiegħdu. (Aqra Ġenesi 17:1, 2, 6.) Abraham tant kellu fidi soda fil-wegħdi taʼ Ġeħova li kien qisu ra l-Messija b’għajnejh, li kellu jkun is-Sultan tas-Saltna t’Alla. U għalhekk li Ġesù qal lil-Lhud fi żmienu: “Missierkom Abraham feraħ ħafna bil-prospett li jara l-jum tiegħi, u rah u feraħ.” (Ġw. 8:56) Bla dubju, Abraham kien jaf li xi wħud min-nisel tiegħu kienu se jkunu parti mis-Saltna. Din is-Saltna ġiet stabbilita minn Ġeħova, u Abraham kien lest jistenna lil Ġeħova biex iwettaq il-wegħda tiegħu.
5. Kif nafu li Abraham kien qed jistenna l-belt stabbilita minn Alla?
5 Abraham kif wera li kien qed jistenna l-belt, jew is-Saltna, li ġiet stabbilita minn Alla? L-ewwel, Abraham ma ngħaqad mal-ebda saltna fuq l-art. Hu vjaġġa minn post għal ieħor, qatt ma kellu dar permanenti, u qatt ma appoġġja xi sultan uman. Barra minn hekk, Abraham ma pprovax ikollu saltna għalih. Minflok, baqaʼ jobdi lil Ġeħova u stenna biex Ġeħova jwettaq il-wegħda tiegħu. Billi għamel dan, Abraham wera fidi tal-għaġeb f’Ġeħova. Ejja naraw xi sfidi ffaċċja u x’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju tiegħu.
ABRAHAM XI SFIDI FFAĊĊJA?
6. X’tip taʼ belt kienet Ur?
6 Abraham telaq il-belt taʼ Ur, li kienet protetta u komda, u li n-nies tagħha kienu edukati u sinjuri. Din il-belt kienet protetta minn swar u kanal fond tal-ilma fuq tliet naħat. In-nies kienu bravi kemm fil-kitba kif ukoll fil-matematika. U milli
jidher il-belt kienet ċentru tan-negozju, għax ħafna dokumenti tan-negozju nstabu fiha. Id-djar kienu magħmulin minn briks, miksijin, u miżbugħin bojod. Xi ftit minn dawn id-djar kellhom 13 jew 14-il kamra, u bitħa fin-nofs.7. Abraham għala kellu jafda f’Ġeħova biex jieħu ħsieb lilu u l-familja tiegħu?
7 Abraham kellu jafda f’Ġeħova biex jieħu ħsieb lilu u l-familja tiegħu. Għala? Ftakar li Abraham u Sara telqu d-dar komda u protetta li kellhom fil-belt taʼ Ur u marru jgħixu fit-tined fix-xagħri taʼ Kangħan. Issa hu u l-familja tiegħu ma kinux għadhom protetti mis-swar u l-kanal fond tal-ilma. Għalhekk, ma kellhomx protezzjoni u l-għedewwa tagħhom setgħu jattakkawhom faċilment.
8. Abraham xi ġralu?
8 Minkejja li Abraham għamel dak li ried Alla, darba waħda ma kellux biżżejjed ikel biex jitmaʼ l-familja tiegħu. Fl-art fejn Ġeħova kien bagħtu, waqaʼ ġuħ kbir. Il-ġuħ tant kien kbir li Abraham iddeċieda jitlaq mal-familja tiegħu għal xi żmien l-Eġittu. Waqt li Abraham kien fl-Eġittu, il-Fargħun li kien il-mexxej tal-pajjiż ħadlu l-mara. Immaġina kemm ħassu inkwetat Abraham sakemm Ġeħova ġiegħel lill-Fargħun biex jagħtih lura lil Sara.—Ġen. 12:10-19.
9. Xi problemi kellu Abraham fil-familja tiegħu?
9 Fil-familja taʼ Abraham, kien hemm problemi serji wkoll. Il-maħbuba martu, Sara, ma setax ikollha tfal. Minħabba f’hekk, kienu diżappuntati għal ħafna snin. Iktar tard, Sara tat il-qaddejja tagħha, Ħagar, lil Abraham biex ikollha t-tfal għalihom. Imma meta Ħagar ħarġet tqila b’Ismagħel, hi ma baqgħetx tirrispetta lil Sara. Is-sitwazzjoni tant kienet diffiċli, li Sara keċċiet lil Ħagar mid-dar.—Ġen. 16:1-6.
10. X’kienu s-sitwazzjonijiet taʼ Ismagħel u taʼ Iżakk li setgħu jagħmluha diffiċli għal Abraham biex jafda f’Ġeħova?
10 Fl-aħħar Sara ħarġet tqila u lil Abraham wilditlu tifel li semmieh Iżakk. Abraham kien iħobb kemm lil Ismagħel kif ukoll lil Iżakk. Imma minħabba li Ismagħel tratta ħażin lil Iżakk, Abraham kellu jkeċċi lil Ismagħel u lil Ħagar. (Ġen. 21:9-14) Iktar tard, Ġeħova talab lil Abraham biex joffri lil Iżakk bħala sagrifiċċju. (Ġen. 22:1, 2; Ebr. 11:17-19) Fiż-żewġ każijiet, Abraham kellu jafda f’Ġeħova li l-affarijiet kienu se jmorru tajjeb għat-tfal tiegħu.
11. Abraham għala kellu jkun paċenzjuż hekk kif jistrieħ fuq Ġeħova?
11 Matul dan iż-żmien, Abraham kellu jitgħallem ikun paċenzjuż hekk kif jistrieħ fuq Ġeħova. Hu x’aktarx kellu ’l fuq minn 70 sena meta flimkien mal-familja tiegħu telaq minn Ur. (Ġen. 11:31, 32; 12:1-4) U għal madwar mitt sena, hu għex fit-tined u vjaġġa fl-art taʼ Kangħan. Abraham miet meta kellu 175 sena. (Ġen. 25:7) Imma hu ma rax lil Ġeħova jwettaq il-wegħda li jagħti l-art lid-dixxendenti tiegħu. U ma kienx għadu ħaj biex jara l-belt, is-Saltna t’Alla mwaqqfa. Minkejja dan, Abraham miet “xiħ u sodisfatt.” (Ġen. 25:8) Għalkemm kellu jiffaċċja ħafna sfidi, Abraham kellu fidi soda u kien kuntent jistenna lil Ġeħova. Għala kien kapaċi jissaporti? Għaliex matul ħajtu Ġeħova pproteġieh u ttrattah bħala ħabib.—Ġen. 15:1; Is. 41:8; Ġak. 2:22, 23.
12. Aħna llum x’qed nistennew, u x’se nikkunsidraw?
Riv. 12:7-10) Imma qed nistennew biex tmexxi wkoll fuq l-art. Waqt li qed nistennew, aħna qed niffaċċjaw ħafna sitwazzjonijiet simili bħal dawk li ffaċċjaw Abraham u Sara. Il-qaddejja taʼ Ġeħova huma kapaċi jimitaw l-eżempju taʼ Abraham? Il-bijografiji ppubblikati f’It-Torri tal-Għassa juru li, bħal Abraham u Sara, ħafna llum urew il-fidi u l-paċenzja. Ejja nikkunsidraw xi ftit minn dawn l-esperjenzi u naraw x’nistgħu nitgħallmu.
12 Bħal Abraham, aħna qed nistennew il-belt li għandha pedament sod. Imma aħna mhux qed nistennewha tinbena. Fl-1914, is-Saltna t’Alla twaqqfet u din diġà qed tmexxi fis-sema. (UĦUD LI IMITAW L-EŻEMPJU TAʼ ABRAHAM
13. X’titgħallem mill-eżempju taʼ Ħuna Walden?
13 Kun lest li tagħmel sagrifiċċji. Jekk irridu li l-belt, is-Saltna t’Alla, tkun l-iktar ħaġa importanti f’ħajjietna, irridu nkunu bħal Abraham li kien lest jagħmel sagrifiċċji biex jogħġob lil Alla. (Mt. 6:33; Mk. 10:28-30) Innota l-eżempju taʼ ħu jismu Bill Walden. * Fl-1942, Bill kien se jiggradwa bħala perit minn università fl-Istati Uniti meta beda jistudja max-Xhieda taʼ Ġeħova. Wieħed mill-professuri taʼ Bill irranġa biex malli jiggradwa jkollu xogħol, imma hu ma aċċettax. Bill spjegalu li kien iddeċieda li jaqdi lil Alla minflok jaċċetta xogħol b’paga għolja. Ftit wara dan, il-gvern ordna lil Bill biex jingħaqad mal-armata. B’rispett irrifjuta u weħel multa taʼ 10,000 dollaru (€9,130) u ħames snin ħabs. Wara tliet snin ġie meħlus. Hu ġie mistieden biex jattendi l-Iskola taʼ Gilegħad u qeda bħala missjunarju fl-Afrika. Imbagħad, Bill iżżewweġ lil Eva u flimkien qdew fl-Afrika fejn kellhom jagħmlu ħafna sagrifiċċji. Wara xi snin, huma reġgħu lura l-Istati Uniti biex jieħdu ħsieb lil ommu. Bill jgħid hekk dwar ħajtu: “Meta niftakar fil-privileġġ tal-għaġeb li stajt niġi użat minn Ġeħova għal iktar minn 70 sena, jaqbiżli d-dmugħ. Spiss nirringrazzjah talli ggwidani biex nagħmel is-servizz tiegħu l-karriera tiegħi.” Tistaʼ int tagħmel is-servizz full-time l-karriera tiegħek?
14-15. X’titgħallem mill-esperjenza taʼ Ħuna u Oħtna Apostolidis?
14 Tistenniex li ħajtek se tkun bla problemi. Mill-eżempju taʼ Abraham nitgħallmu li dawk kollha li jaqdu lil Ġeħova xorta se jiffaċċjaw il-problemi f’ħajjithom. (Ġak. 1:2; 1 Pt. 5:9) Dan ġara lil Ħuna Aristotelis Apostolidis. * Hu tgħammed fl-1946 fil-Greċja u fl-1952 tgħarras lil oħt jisimha Eleni, li kellha l-istess miri tiegħu. Imma Eleni mardet u saret taf li kellha tumur f’moħħha. Wara li neħħewlha t-tumur huma żżewġu, imma ftit snin wara, it-tumur reġaʼ ħareġ. It-tobba reġgħu operawha, imma parti minn ġisimha baqaʼ paralizzat u ma baqgħetx titkellem sew. Minkejja l-marda tagħha u l-persekuzzjoni mill-gvern taʼ dak iż-żmien, hi baqgħet oħt żeluża.
15 Aristotelis ħa ħsieb lil martu għal 30 sena. Matul dak iż-żmien, hu qeda bħala anzjan, ħadem mal-kumitati tal-konvenzjoni, u għen biex tinbena Sala tal-Assemblea. Imbagħad fl-1987, waqt li Eleni kienet qed tipprietka, weġġgħet serjament. Hi damet f’koma tliet snin, imbagħad mietet. Aristotelis spjega kif dawn l-esperjenzi effettwawh. Hu qal: “F’ħajti kelli ħafna problemi, xi wħud minnhom ġraw f’daqqa u ma kontx qed nistenniehom. Għalhekk, kelli bżonn inkun determinat biex nibqaʼ nissaporti u ma nħalli xejn jiskuraġġini. Ġeħova dejjem tani s-saħħa li kelli bżonn biex negħleb dawn il-problemi.” (Salm 94:18, 19) Ġeħova verament iħobb lill-qaddejja tiegħu għax qed jagħmlu dak kollu li jistgħu għalih minkejja li qed jgħaddu mill-problemi.
16. Liema parir tajjeb ta Ħuna Knorr lill-mara tiegħu?
* Qabel ma miet ir-raġel tagħha, Nathan, qal xi ħaġa li għenitha tissaporti u tibqaʼ pożittiva. Hi tgħid: “Nathan fakkarni f’dan: ‘Wara l-mewt, it-tama tagħna tkun ċerta, u m’għandniex għalfejn inbatu iktar.’ Imbagħad inkuraġġieni billi qalli: ‘Ħares ’il quddiem, għax il-premju tiegħek hemm qiegħed.’ . . . Hu kompla jgħidli: ‘Żomm ruħek okkupata—ipprova uża ħajtek billi tagħmel xi ħaġa għal ħaddieħor. Dan se jgħinek issib il-ferħ fil-ħajja.’” Kemm hu parir tajjeb li nibqgħu okkupati billi nagħmlu affarijiet għal oħrajn u nifirħu bit-tama li għandna!—Rum. 12:12.
16 Nibqgħu ffokati fuq il-futur. Abraham baqaʼ ffokat fuq il-premju li Ġeħova kien se jagħtih, u dan għenu jissaporti l-problemi tiegħu. Oħtna Audrey Hyde baqgħet pożittiva minħabba t-tama tagħha għall-futur, minkejja li l-ewwel raġel tagħha, Nathan H. Knorr, miet bil-kanċer, u t-tieni raġel tagħha, Glenn Hyde, marad bl-Alzheimers.17. (a) Liema raġunijiet tajbin għandna biex niffokaw fuq il-futur? (b) Li napplikaw il-parir taʼ Mikea 7:7, kif se jgħinna ngawdu l-barkiet tal-futur?
17 Illum, iktar minn qatt qabel, għandna għal xiex niffokaw fuq il-futur. L-affarijiet li qed jiġru fid-dinja juru biċ-ċar li qed ngħixu fl-aħħar parti tal-aħħar jiem taʼ din is-sistema. Daqt se naraw is-Saltna t’Alla tmexxi fuq l-art. Waħda mill-ħafna affarijiet li se jagħmluna ferħanin hija li se nerġgħu naraw il-maħbubin tagħna fl-irxoxt. Dak iż-żmien, Ġeħova se jippremja lil Abraham għall-fidi u l-paċenzja li wera billi jirxoxta lilu u l-familja tiegħu. Se tkun hemm int biex tilqagħhom? Tistaʼ jekk, bħal Abraham, tkun lest tagħmel sagrifiċċji għas-Saltna t’Alla, iżżomm il-fidi minkejja l-problemi, u titgħallem tistenna bil-paċenzja lil Ġeħova.—Aqra Mikea 7:7.
GĦANJA 74 Kanta magħna l-għanja tas-Saltna!
^ par. 5 Waqt li nistennew il-wegħdi taʼ Ġeħova biex jitwettqu, nistgħu nitilfu l-paċenzja u anki l-fidi tagħna. X’nistgħu nitgħallmu minn Abraham li se jgħinna nistennew bil-paċenzja t-twettiq tal-wegħdi taʼ Ġeħova? Qaddejja leali taʼ Ġeħova fi żmienna, x’eżempji tajbin ħallewlna?
^ par. 13 Il-bijografija taʼ Ħuna Walden hija ppubblikata fil-ħarġa taʼ It-Torri tal-Għassa tal-1 taʼ Diċembru 2013, pp. 8-10.
^ par. 14 Il-bijografija taʼ Ħuna Apostolidis hija ppubblikata fil-ħarġa taʼ It-Torri tal-Għassa tal-1 taʼ Frar 2002, pp. 24-28.
^ par. 16 Il-bijografija taʼ Oħtna Hyde hija ppubblikata fil-ħarġa taʼ It-Torri tal-Għassa tal-1 taʼ Lulju 2004, pp. 23-29.
^ par. 56 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Koppja anzjana tkompli taqdi lil Ġeħova minkejja l-isfidi. Huma jżommu l-fidi tagħhom b’saħħitha billi jiffokaw fuq il-wegħdi taʼ Ġeħova.