“Għandi tama f’Alla”
“L-aħħar Adam sar spirtu li jagħti l-ħajja.”—1 KORINTIN 15:45.
1-3. (a) X’għandna ninkludu bħala parti mit-twemmin prinċipali tagħna? (b) L-irxoxt għala hu daqshekk importanti? (Ara l-ewwel stampa.)
KIEKU xi ħadd jistaqsik x’inhu t-tagħlim prinċipali tat-twemmin tiegħek, int x’tgħidlu? Bla dubju tgħid li temmen li Ġeħova hu l-Ħallieq u l-wieħed li tana l-ħajja. Probabbilment issemmi wkoll li temmen f’Ġesù Kristu, li miet bħala fidwa. U żgur titkellem dwar il-Ġenna fuq l-art li se jkun hawn fil-futur, fejn in-nies t’Alla se jgħixu għal dejjem. Imma kieku ssemmi int l-irxoxt bħala wieħed mill-iktar twemmin li tgħożż?
2 Għandna raġunijiet tajbin għaliex ninkludu l-irxoxt bħala parti mit-twemmin prinċipali tagħna, anki jekk nittamaw li nibqgħu ħajjin wara t-tribulazzjoni l-kbira u ngħixu fuq l-art għal dejjem. L-appostlu Pawlu wera għala l-irxoxt hu daqshekk importanti. Hu qal: “Tabilħaqq, jekk m’hemmx irxoxt tal-mejtin, lanqas Kristu ma ġie mqajjem.” Li kieku Ġesù ma kienx ġie rxoxtat, 1 Korintin 15:12-19.) Madankollu, aħna nafu li Ġesù ġie rxoxtat. Peress li nemmnu li rxoxta, m’aħniex bħas-Sadduċej Lhud, li ċaħdu bil-kbir li l-mejtin jistgħu jerġgħu jgħixu. Anki meta oħrajn iwaqqgħuna għaċ-ċajt, il-fidi tagħna li Alla jistaʼ jirxoxta l-mejtin tibqaʼ b’saħħitha.—Marku 12:18; Atti 4:2, 3; 17:32; 23:6-8.
ma setax ikun qed imexxi bħala Sultan fis-sema, u l-ippritkar tagħna kien ikun għalxejn. (Aqra l-3 Pawlu qal li t-tagħlim tal-“irxoxt tal-mejtin” kien parti mid-“duttrina elementari dwar il-Kristu.” (Ebrej 6:1, 2) Hu enfasizza l-irxoxt bħala xi ħaġa li kellu l-fidi fiha. (Atti 24:10, 15, 24, 25) Għalkemm l-irxoxt hu duttrina elementari u wieħed mill-affarijiet bażiċi li nitgħallmu mill-Kelma t’Alla, xorta waħda rridu nistudjaw sew dwaru. (Ebrej 5:12) Għala?
4. Liema mistoqsijiet jistgħu jqumu dwar l-irxoxt?
4 Meta n-nies jibdew jistudjaw il-Bibbja, normalment huma jaqraw ir-rakkonti taʼ rxoxt li ġraw fil-passat, bħall-irxoxt taʼ Lazzru. Huma jitgħallmu wkoll li Abraham, Ġob, u Danjel kienu ċerti li fil-futur il-mejtin kienu se jerġgħu jgħixu. Imma int x’tgħid jekk xi ħadd jistaqsik biex turih mill-Bibbja għala nistgħu nafdaw wegħdi taʼ rxoxt li saru mijiet taʼ snin ilu? U l-Bibbja tgħid meta se jseħħ l-irxoxt fil-futur? It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet se jsaħħu l-fidi tagħna.
IRXOXT IMBASSAR MIJIET TAʼ SNIN QABEL
5. X’se niddiskutu issa?
5 Forsi jkun faċli għalina li nimmaġinaw lil xi ħadd jerġaʼ jingħata l-ħajja eżatt wara li jkun miet. (Ġwanni 11:11; Atti 20:9, 10) Imma nistgħu aħna nafdaw wegħda li xi ħadd jiġi rxoxtat fil-futur, wara li jgħaddu s-snin, jew saħansitra mijiet taʼ snin? Nistgħu aħna nemmnuha għalkemm saret dwar xi ħadd li miet ħafna żmien ilu jew xi ħadd li għadu kif miet? Fil-fatt int diġà temmen fi rxoxt li sar mijiet taʼ snin wara li ġie mwiegħed. Liema rxoxt hu dan? U x’għandu x’jaqsam mat-tama li għandek għal irxoxt fil-futur?
6. Ġesù kif kien involut fit-twettiq taʼ Salm 118?
6 Ejja niddiskutu rxoxt li ġie mbassar minn ħafna snin qabel billi nużaw Salm 118, li setaʼ nkiteb minn David. Dan is-Salm jinkludi l-kliem: “O Ġeħova, salvana, jekk jogħġbok!” u “Ħa jkun imbierek Dak li ġej f’isem Ġeħova.” In-nies ikkwotaw din il-profezija dwar il-Messija meta Ġesù daħal Ġerusalemm riekeb fuq felu fid-9 taʼ Nisan, ftit ġranet qabel mewtu. (Salm 118:25, 26; Mattew 21:7-9) Imma Salm 118 kif irrefera għal irxoxt li kien se jiġri ħafna snin wara fil-futur? Innota x’qal iktar dan is-salm: “Il-ġebla li twarrbet mill-bennejja saret il-ġebla tax-xewka taʼ fuqnett.”—Salm 118:22.
7. Il-Lhud kif warrbuh lil Ġesù?
7 “Il-bennejja” li warrbu l-Messija Luqa 23:18-23) Iva, huma kienu wkoll responsabbli għall-mewt taʼ Ġesù.
kienu l-mexxejja Lhud. Huma mhux biss injoraw lil Ġesù jew irrifjutaw li jaċċettawh bħala l-Kristu. Ħafna Lhud warrbuh billi insistew li Pilatu jagħtih is-sentenza għall-mewt. (8. Ġesù kif setaʼ jsir “il-ġebla tax-xewka taʼ fuqnett”?
8 Jekk Ġesù ġie mwarrab u maqtul, kif setaʼ jsir “il-ġebla tax-xewka taʼ fuqnett”? Dan setaʼ jseħħ biss jekk jiġi rxoxtat. Ġesù għamel dan il-fatt ċar meta qal storja dwar sid taʼ għalqa li bagħat xi messaġġiera lill-bdiewa li kienu jaħdmu għalih. Il-bdiewa ttrattawhom ħażin lil dawn il-messaġġiera. Eventwalment, is-sid bagħat lil ibnu stess bit-tama li l-bdiewa jisimgħu minnu. Imma huma qatluh. Wara li Ġesù qal din l-istorja, hu kkwota l-profezija f’Salm 118:22. (Luqa 20:9-17) L-appostlu Pietru uża l-istess vers meta tkellem mal-‘ħakkiema u x-xjuħ u l-iskribi’ Lhud li nġabru flimkien f’Ġerusalemm. Hu tkellem dwar “Ġesù Kristu n-Nazzarenu, li intom sammartuh maʼ zokk imma li Alla qajmu mill-imwiet.” Imbagħad hu qal: “Din hi ‘l-ġebla li intom il-bennejja ma stmajtuhiex u li saret il-ġebla tax-xewka taʼ fuqnett.’”—Atti 3:15; 4:5-11; 1 Pietru 2:5-7.
9. Liema ġrajja tal-għaġeb ġiet imbassra f’Salm 118:22?
9 Biċ-ċar, il-profezija f’Salm 118:22 bassret irxoxt li kien se jseħħ mijiet taʼ snin wara. Il-Messija kien se jiġi mwarrab u maqtul. Imma hu kien se jiġi rxoxtat u jsir il-ġebla tax-xewka taʼ fuq nett. Ladarba ġie rxoxtat, Ġesù sar l-uniku wieħed li ismu “ngħata lill-bnedmin u li bih nistgħu niġu salvati.”—Atti 4:12; Efesin 1:20.
10. (a) Salm 16:10 x’bassar? (b) Għaliex nistgħu nkunu ċerti li Salm 16:10 ma rreferiex għal David?
10 Ejja nikkunsidraw vers ieħor li tkellem dwar irxoxt. Dan ġie mwettaq iktar minn elf sena wara. Dal-fatt għandu jagħtina fiduċja li rxoxt jistaʼ jseħħ ħafna wara li jkun ġie mbassar jew imwiegħed. F’Salm 16 naqraw il-kliem taʼ David: “Int ma tħallix lil ruħi fil-Qabar. Ma tħallix lil-leali tiegħek jara l-ħofra.” (Salm 16:10) David ma kienx qed jipprova jgħid li hu qatt ma kien se jmut u jkun fil-Qabar. Il-Kelma t’Alla tgħid b’mod ċar ħafna li David xjaħ u miet u “mtedd maʼ missirijietu u ndifen fil-Belt taʼ David.” (1 Slaten 2:1, 10) Allura għal min qed jirreferi dal-vers?
11. Pietru meta spjega Salm 16:10?
11 Iktar minn elf sena wara li David kiteb dan il-kliem, Pietru spjega għal min kien qed jirreferi Salm 16:10. Ftit ġimgħat wara li Ġesù miet u ġie rxoxtat, Pietru tkellem maʼ eluf taʼ Lhud u proseliti. (Aqra Atti 2:29-32.) Hu fakkarhom li David kien miet u ndifen. U l-Bibbja ma tgħidx li xi ħadd minnhom ma qabilx maʼ Pietru meta żied jgħid li David “ra minn qabel u tkellem dwar l-irxoxt” tal-Messija.
12. Salm 16:10 kif ġie mwettaq, u dan x’jikkonferma dwar il-wegħda tal-irxoxt?
12 Pietru saħħaħ il-punt tiegħu billi kkwota l-kliem taʼ David f’Salm 110:1. (Aqra Atti 2:33-36.) Ir-raġunar taʼ Pietru mill-Iskrittura għen lill-folla kbira tkun konvinta li Ġesù kien “kemm Mulej u kemm Kristu.” In-nies irrikonoxxew li Salm 16:10 ġie mwettaq meta Ġesù ġie rxoxtat mill-mewt. Iktar tard, l-appostlu Pawlu uża l-istess evidenza meta kellem lil xi Lhud fil-belt taʼ Antjokja fil-Pisidja. Din l-evidenza impressjonathom ħafna, u riedu jkunu jafu iktar. (Aqra Atti 13:32-37, 42.) Din għandha tikkonvinċi lilna wkoll li dawn il-profeziji Bibliċi dwar irxoxt fil-futur kienu taʼ min joqgħod fuqhom allavolja ġew imwettqin mijiet taʼ snin wara.
L-IRXOXT META SE JSEĦĦ?
13. Liema mistoqsijiet għandna mnejn nistaqsu dwar l-irxoxt?
13 Hu taʼ inkuraġġiment li nkunu nafu li rxoxt jistaʼ jseħħ ħafna mijiet taʼ snin wara li jkun ġie mbassar. Imma xi wħud forsi jistaqsu: ‘Ifisser dan li se jkolli nistenna żmien twil biex nara l-maħbub jew maħbuba tiegħi? L-irxoxt meta se jseħħ?’ Ħeqq, Ġesù kien qalilhom lill-appostli tiegħu li kien hemm affarijiet li huma ma kinux jafu u li ma setgħux ikunu jafuhom. Hemm dettalji dwar “iż-żminijiet jew l-istaġuni li l-Missier biss għandu l-awtorità fuqhom.” (Atti 1:6, 7; Ġwanni 16:12) Madankollu, dan ma jfissirx li m’għandniex informazzjoni dwar meta se jseħħ l-irxoxt.
14. L-irxoxt taʼ Ġesù kif kien differenti minn oħrajn li ġraw qabel?
14 L-iktar irxoxt importanti mniżżel fil-Bibbja hu dak taʼ Ġesù. Kieku hu ma ġiex irxoxtat mill-mewt, ħadd minna ma kien ikollu t-tama li jerġaʼ jara l-maħbubin mejtin tiegħu. Nies li ġew irxoxtati qabel Ġesù, bħal dawk irxoxtati minn Elija u Eliżew, m’għexux għal dejjem. Huma reġgħu mietu u saru trab fil-qabar. Imma Ġesù “ġie mqajjem mill-imwiet.” Hu “ma jmutx iktar; il-mewt m’għadhiex tiddominah.” Hu jgħix fis-sema “għal dejjem taʼ dejjem.”—Rumani 6:9; Rivelazzjoni 1:5, 18; Kolossin 1:18; 1 Pietru 3:18.
15. Ġesù għala jissejjaħ “l-ewwel frott”?
15 L-irxoxt taʼ Ġesù għas-sema bħala persuna spirtu kien l-ewwel u l-iktar Atti 26:23) Madankollu, hu mhuwiex l-uniku wieħed li rxoxta għas-sema. Ġesù wiegħed li l-appostli leali tiegħu kienu se jmexxu miegħu hemmhekk. (Luqa 22:28-30) Imma huma kienu se jirċievu dal-premju biss wara li jkunu mietu. Imbagħad, bħal Ġesù, huma kienu se jiġu rxoxtati b’ġisem spirtu. Pawlu kiteb li “Kristu ġie mqajjem mill-imwiet, l-ewwel frott fost dawk li raqdu fil-mewt.” Imbagħad, Pawlu qal li kien se jkun hemm oħrajn li kienu se jiġu rxoxtati u jmorru s-sema: “Kull wieħed skond kif imissu: Kristu l-ewwel frott; wara, dawk li huma tal-Kristu matul il-preżenza tiegħu.”—1 Korintin 15:20, 23.
irxoxt importanti taʼ dat-tip. (16. Xi ħjiel għandna dwar meta se jseħħ l-irxoxt fis-sema?
16 Il-kliem taʼ Pawlu jagħtina ħjiel dwar meta se jseħħ l-irxoxt fis-sema. Dan se jseħħ matul il-preżenza taʼ Kristu. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova ilhom jagħtu prova mill-Bibbja li l-“preżenza” taʼ Kristu bdiet fl-1914. Aħna għadna qed ngħixu matul il-“preżenza” tiegħu, u t-tmiem taʼ dis-sistema mill-agħar hu qrib ħafna.
17, 18. X’se jiġri lil xi midlukin matul il-preżenza taʼ Kristu?
17 Il-Bibbja tispjega iktar dwar l-irxoxt fis-sema: “Ma rridukomx ma tkunux tafu dwar dawk li huma reqdin fil-mewt . . . Għax jekk il-fidi tagħna hi li Ġesù miet u reġaʼ qam, hekk ukoll dawk li raqdu fil-mewt . . . Alla se jġibhom miegħu . . . Aħna l-ħajjin li nibqgħu sal-preżenza tal-Mulej żgur li m’aħniex se niġu qabel dawk li raqdu fil-mewt; għax il-Mulej stess jinżel mis-sema b’sejħa taʼ kmand, . . . u l-mejtin f’unjoni maʼ Kristu jqumu l-ewwel. Wara dan, aħna l-ħajjin li nkunu għadna hawnhekk nittieħdu fis-sħab magħhom biex niltaqgħu mal-Mulej fl-ajru; u b’hekk inkunu dejjem mal-Mulej.”—1 Tessalonikin 4:13-17.
18 L-ewwel irxoxt għas-sema kien se jseħħ xi żmien wara li bdiet il-preżenza taʼ Kristu. Uħud midlukin li jkunu fuq l-art matul it-tribulazzjoni l-kbira se ‘jittieħdu fis-sħab.’ Xi jfisser dan? Dawk li ‘jittieħdu’ mhux se ‘jorqdu fil-mewt,’ jiġifieri, mhux se jdumu mejtin għal żmien twil. Minflok, meta jmutu, huma ‘lkoll se jitbiddlu, f’mument, f’ħakka t’għajn, matul l-aħħar trumbetta.’—1 Korintin 15:51, 52; Mattew 24:31.
19. X’inhu l-“irxoxt aħjar”?
19 Illum, il-biċċa l-kbira tal-Kristjani leali mhumiex midlukin u mhumiex magħżulin biex imexxu maʼ Kristu fis-sema. Minflok, huma qed iħarsu ’l quddiem għal “jum Ġeħova,” meta hu se jtemm din id-dinja mill-agħar. Ħadd ma jaf eżattament meta ġej dan it-tmiem, imma l-evidenza turi li hu qrib. (1 Tessalonikin 5:1-3) Meta tiġi d-dinja l-ġdida t’Alla, se jkun hemm tip differenti taʼ rxoxt. F’dak iż-żmien, in-nies se jiġu rxoxtati għall-ħajja fuq l-art u se jkollhom it-tama li jsiru perfetti u qatt ma jerġgħu jmutu. Dan se jkun “irxoxt aħjar” minn taʼ dawk li ġew irxoxtati fil-passat imma li mbagħad reġgħu mietu xi żmien wara.—Ebrej 11:35.
20. Għala nistgħu nafdaw li l-irxoxt se jkun organizzat?
20 Il-Bibbja tgħid li dawk li jmorru s-sema jiġu rxoxtati “kull wieħed skond kif imissu.” (1 Korintin 15:23) Allura nistgħu nafdaw li anki l-irxoxt fuq l-art se jseħħ f’ordni, jew ikun organizzat. Dan jistaʼ jġegħelna nistaqsu: Dawk li m’ilhomx li mietu se jiġu rxoxtati ftit wara li tibda t-Tmexxija taʼ Elf Sena taʼ Kristu u jintlaqgħu lura mill-maħbubin tagħhom li jafuhom? Se jiġu lura qabel oħrajn l-irġiel leali mill-passat li kienu mexxejja tas-sengħa biex jgħinu ħalli jorganizzaw lin-nies t’Alla fid-dinja l-ġdida? X’se jiġri min-nies li qatt ma qdew lil Ġeħova? Meta u fejn se jiġu rxoxtati? Hemm ħafna mistoqsijiet li nistgħu nistaqsu. Imma m’għandniex għalfejn noqogħdu ninkwetaw dwar dawn l-affarijiet issa. Ikun aħjar li sempliċiment nistennew u naraw. Nistgħu nafdaw li se jkun eċitanti li naraw kif Ġeħova se jieħu ħsieb dawn l-affarijiet.
21. X’inhi t-tama tiegħek?
21 Sadattant, aħna għandna nsaħħu l-fidi tagħna f’Ġeħova. Permezz taʼ Ġesù, Hu wegħedna li l-mejtin qegħdin fil-memorja Tiegħu u li huma se jerġgħu jgħixu. (Ġwanni 5:28, 29; 11:23) Biex jagħti prova oħra li Ġeħova se jirxoxta l-mejtin, Ġesù darba qal li Abraham, Iżakk, u Ġakobb huma “kollha ħajjin għalih.” (Luqa 20:37, 38) Biċ-ċar, għandna ħafna raġunijiet tajbin għala ngħidu bħalma qal l-appostlu Pawlu: “Għandi tama f’Alla . . . li se jkun hemm irxoxt.”—Atti 24:15.