ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 28
Kompli qim lil Ġeħova meta l-attivitajiet kollha tagħna jkunu projbiti
“Aħna ma nistgħux nieqfu nitkellmu dwar dak li rajna u smajna.”—ATTI 4:19, 20.
GĦANJA 122 Ibqgħu sodi, titħarrkux!
ĦARSA BIL-QUDDIEM *
1-2. (a) Projbizzjoni fuq il-qima tagħna għala m’għandhiex tkun taʼ sorpriża għalina? (b) X’se nikkunsidraw f’dan l-artiklu?
FL-2018, iktar minn 223,000 pubblikatur tal-aħbar tajba għexu f’pajjiżi fejn l-attivitajiet spiritwali kollha tagħna kienu projbiti jew kien hemm restrizzjonijiet ħorox fuq xi ftit minnhom. Dan mhux taʼ sorpriża. Kif tgħallimna mill-artiklu taʼ qabel, il-Kristjani veri jistennew li jiġu persegwitati. (2 Tim. 3:12) Ngħixu fejn ngħixu, il-gvernijiet jistgħu f’daqqa waħda u mingħajr twissija jipprojbixxu l-qima lil Alla tagħna kollu mħabba, Ġeħova.
2 Jekk il-gvern tal-pajjiż fejn toqgħod jiddeċiedi li jipprojbixxi l-qima taʼ Ġeħova, int tistaʼ tistaqsi lilek innifsek: ‘Il-persekuzzjoni tfisser li tlifna l-approvazzjoni t’Alla? Se twaqqafna projbizzjoni milli nqimu lil Ġeħova? Għandi mmur noqgħod pajjiż ieħor fejn nistaʼ nqim lil Alla bil-libertà?’ F’dan l-artiklu se niddiskutu dawn il-mistoqsijiet. Ukoll se nikkunsidraw kif nistgħu nkomplu nqimu lil Ġeħova meta nkunu taħt projbizzjoni u liema nases għandna nevitaw.
IL-PERSEKUZZJONI TFISSER LI TLIFNA L-APPROVAZZJONI T’ALLA?
3. Skont it-2 Korintin 11:23-27, x’persekuzzjoni għadda minnha l-appostlu leali Pawlu, u x’nitgħallmu mill-eżempju tiegħu?
3 Jekk gvern jipprojbixxi l-qima tagħna, aħna forsi naslu għall-konklużjoni żbaljata li m’għandniex il-barka t’Alla. Imma ftakar, il-persekuzzjoni ma tfissirx li Ġeħova mhux kuntent bina. Ejja nieħdu l-eżempju tal-appostlu Pawlu. Hu żgur li kellu l-approvazzjoni t’Alla. Hu kellu l-privileġġ 2 Korintin 11:23-27.) Mill-esperjenza tiegħu nitgħallmu li Ġeħova jippermetti li l-qaddejja leali tiegħu jkunu persegwitati.
li jikteb 14-il ittra tal-Iskrittura Griega Kristjana, u kien appostlu tal-ġnus. Madankollu, hu għadda minn persekuzzjoni ħarxa. (Aqra t-4. Id-dinja għala tobgħodna?
4 Ġesù spjega għala għandna nistennew l-oppożizzjoni. Hu qal li se nkunu mibgħudin għax m’aħniex parti mid-dinja. (Ġw. 15:18, 19) Il-persekuzzjoni ma tfissirx li m’għandniex il-barka taʼ Ġeħova. Minflok, din turi li qed nagħmlu dak li hu sew!
SE TWAQQAFNA L-PROJBIZZJONI MILLI NQIMU LIL ĠEĦOVA?
5. Jistgħu sempliċi bnedmin iwaqqfu kompletament il-qima lil Ġeħova? Spjega.
5 Sempliċi bnedmin li jopponuna ma jistgħux iwaqqfu kompletament il-qima lil Alla li jistaʼ kollox, Ġeħova. Ħafna provaw imma ma rnexxilhomx. Ikkunsidra x’ġara matul it-Tieni Gwerra Dinjija. F’dak iż-żmien, gvernijiet f’ħafna pajjiżi ppersegwitaw bl-aħrax lill-poplu t’Alla. Xogħolna kien projbit mhux biss mill-partit Nazista fil-Ġermanja imma wkoll mill-gvernijiet fl-Awstralja, il-Kanada, u pajjiżi oħra. Madankollu, innota x’ġara. Meta bdiet il-gwerra, fl-1939, kien hemm 72,475 pubblikatur madwar id-dinja. Sa ma spiċċat il-gwerra fl-1945, bil-barka taʼ Ġeħova kien hemm 156,299 pubblikatur. In-numru taʼ pubblikaturi kien kiber iktar mid-doppju!
6. Liema effetti pożittivi jistaʼ jkun hemm meta nkunu persegwitati? Agħti eżempju.
6 Meta tinqalaʼ l-persekuzzjoni, huwa naturali li nħossuna xi ftit beżgħanin. Imma l-persekuzzjoni għandha wkoll effetti pożittivi. Din tistaʼ timmotivana nkunu iktar determinati fis-servizz taʼ Ġeħova. Pereżempju, koppja b’tifel żgħir kienet toqgħod f’pajjiż fejn il-gvern iddeċieda li jipprojbixxi l-qima tagħna. Minflok ma beżgħu u għamlu inqas għal Ġeħova, huma bdew jaqdu bħala pijunieri regolari. Il-mara saħansitra telqet mix-xogħol li kellha b’paga għolja biex tagħmel dan. Ir-raġel qal li l-projbizzjoni qajmet il-kurżità taʼ ħafna nies dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova. B’hekk, hu sabha eħfef li jibda studji tal-Bibbja. Il-projbizzjoni kellha effett pożittiv ieħor.
Anzjan fl-istess pajjiż ikkummenta li ħafna li kienu waqfu jaqdu lil Ġeħova bdew jattendu l-laqgħat u reġgħu bdew jippritkaw.7. (a) X’nitgħallmu minn Levitiku 26:36, 37? (b) Int x’se tagħmel jekk inkunu taħt projbizzjoni?
7 Meta l-għedewwa tagħna jipprojbixxu l-qima tagħna, huma jittamaw li jġegħluna nibżgħu naqdu lil Ġeħova. Flimkien mal-projbizzjoni, huma forsi jgħidu gideb dwarna, jibagħtu uffiċjali biex ifittxulna fi djarna, jiħduna l-qorti b’forza, jew saħansitra jitfgħu l-ħabs lil xi ftit minna. Huma jittamaw li nitwerwru għax irnexxielhom jitfgħu numru żgħir minna l-ħabs. Jekk nibdew nibżgħu minnhom u minn dak li forsi jagħmlulna, aħna nistgħu nnaqqsu jew saħansitra nwaqqfu s-servizz tagħna lil Ġeħova. Aħna ma rridux insiru bħal dawk deskritti f’Levitiku 26:36, 37. (Aqra.) Aħna mhux se nħallu l-biżaʼ ġġegħelna nnaqqsu jew inwaqqfu l-attivitajiet spiritwali tagħna. Aħna nafdaw kompletament f’Ġeħova u mhux se nippanikkjaw. (Is. 28:16) Aħna nfittxu għall-gwida taʼ Ġeħova permezz tat-talb. Peress li Alla tagħna qed jgħinna, aħna nafu li lanqas l-iktar gvern uman b’saħħtu ma jistaʼ jwaqqafna milli nqimu lil Alla tagħna lealment.—Ebr. 13:6.
GĦANDI MMUR NOQGĦOD PAJJIŻ IEĦOR?
8-9. (a) Liema deċiżjoni personali għandu bżonn jieħu kull kap taʼ familja jew kull individwu? (b) X’se jgħinek tieħu deċiżjoni għaqlija?
8 Jekk il-gvern fejn toqgħod jipprojbixxi l-qima tagħna, int forsi taħseb jekk għandekx tmur toqgħod f’pajjiż fejn tistaʼ taqdi lil Ġeħova bil-libertà. Din hi deċiżjoni personali li ħadd ma jistaʼ jieħu għalik. Qabel ma tiddeċiedi x’tagħmel, tistaʼ tistudja dak li għamlu l-Kristjani fl-ewwel seklu meta kienu persegwitati. Wara li l-għedewwa ħaġġru lil Stiefnu għall-mewt, id-dixxipli f’Ġerusalemm xterdu mal-Lhudija u s-Samarija u baqgħu sejrin sal-Feniċja, Ċipru, u Antjokja. (Mt. 10:23; Atti 8:1; 11:19) Ukoll tistaʼ tistudja dak li għamel Pawlu meta kien hemm perjodu ieħor taʼ persekuzzjoni. Hu ddeċieda li jibqaʼ fil-postijiet fejn in-nies opponew ix-xogħol tal-ippritkar avolja dan setaʼ kien perikoluż għalih. Dan għamlu għax ried jipprietka l-aħbar tajba u jsaħħaħ lil ħutu fi bliet li kienu għaddejjin minn persekuzzjoni ħarxa.—Atti 14:19-23.
9 X’nitgħallmu minn dawn ir-rakkonti? Kull kap taʼ familja għandu jieħu deċiżjoni personali dwar li jmur joqgħod pajjiż ieħor. Qabel ma jiddeċiedi, hu għandu jitlob u jaħseb bir-reqqa dwar iċ-ċirkustanzi taʼ familtu u l-effetti pożittivi u negattivi li jistaʼ jkun hemm fuqhom. F’dan l-aspett, kull Kristjan irid “iġorr it-tagħbija tiegħu.” (Gal. 6:5) M’għandniex niġġudikaw lil oħrajn għad-deċiżjoni li jieħdu.
KIF SE NQIMU LIL ĠEĦOVA META NKUNU TAĦT PROJBIZZJONI?
10. L-uffiċċju tal-fergħa u l-anzjani liema struzzjonijiet se jagħtuna?
10 Int kif tistaʼ tkompli tqim lil Ġeħova waqt li nkunu taħt projbizzjoni? L-uffiċċju tal-fergħa se jagħti lill-anzjani tal-kongregazzjoni tiegħek struzzjonijiet u suġġerimenti prattiċi dwar kif nirċievu ikel spiritwali, kif niltaqgħu flimkien għal-laqgħat, u kif nippritkaw. Jekk l-uffiċċju tal-fergħa ma jkunx jistaʼ jikkuntattja lill-anzjani, l-anzjani min-naħa tagħhom se jgħinu lilek u lil dawk kollha fil-kongregazzjoni Mt. 28:19, 20; Atti 5:29; Ebr. 10:24, 25.
biex tibqgħu tqimu lil Ġeħova. Huma se jiggwidawna fi qbil mad-direzzjoni li hemm fil-Bibbja u fil-pubblikazzjonijiet tagħna.—11. (a) Għala tistaʼ tkun ċert li dejjem se jkollok dak kollu li teħtieġ biex iżżomm il-fidi tiegħek b’saħħitha? (b) X’tistaʼ tagħmel biex tipproteġi l-Bibbja u l-pubblikazzjonijiet tiegħek?
11 Ġeħova wiegħed li l-qaddejja tiegħu se jkollhom dak kollu li jeħtieġu biex iżommu l-fidi tagħhom b’saħħitha. (Is. 65:13, 14; Lq. 12:42-44) Allura tistaʼ tkun ċert li l-organizzazzjoni tiegħu se tagħmel kulma tistaʼ biex tipprovdi l-inkuraġġiment spiritwali li teħtieġ. Imma hemm xi ħaġa li tistaʼ tagħmel int ukoll. Meta jkun hemm projbizzjoni, sib post tajjeb biex taħbi l-Bibbja u pubblikazzjonijiet oħrajn li jistaʼ jkollok. Ara li ma tħallix materjal prezzjuż bħal dan—printjat u elettroniku—f’post fejn jistaʼ jinstab faċilment. Kull wieħed minna għandu jagħmel kulma jistaʼ biex iżomm il-fidi tiegħu b’saħħitha.
12. L-anzjani kif jistgħu jorganizzaw laqgħat b’mod li ma jiġix innotat?
12 X’se jiġri mil-laqgħat tagħna? L-anzjani se jorganizzawhom b’mod li ma jiġix innotat minn dawk li jopponuna. Huma forsi jagħtuk struzzjoni biex tiltaqaʼ fi gruppi żgħar, u x’aktarx ibiddlu taʼ spiss il-ħinijiet tal-laqgħa u l-post fejn tiltaqgħu. Int tistaʼ tgħin biex tipproteġi lil ħutek billi titkellem b’leħen baxx meta tkun sejjer għal-laqgħat jew ħiereġ minnhom. Forsi jkun hemm bżonn ukoll li tilbes b’mod iktar każwali biex ma tiġbidx attenzjoni.
13. X’nistgħu nitgħallmu minn ħutna fl-Eks Unjoni Sovjetika?
13 Dwar ix-xogħol tal-ippritkar, iċ-ċirkustanzi se jvarjaw minn post għall-ieħor. Imma aħna nħobbu lil Ġeħova u nieħdu gost ngħidu lil oħrajn dwar Saltnatu, allura se nsibu mod kif nippritkaw. (Lq. 8:1; Atti 4:29) Meta kkummentat fuq l-ippritkar tax-Xhieda taʼ Ġeħova fl-Eks Unjoni Sovjetika, il-kittieba tal-istorja Emily B. Baran qalet: “Meta l-gvern ordna lix-Xhieda taʼ Ġeħova biex ma jippritkawx, huma bdew jitkellmu mal-ġirien, il-kollegi, u l-ħbieb tagħhom. Meta ntbagħtu l-ħabs minħabba dan, ix-Xhieda ppritkaw lil ħabsin oħrajn.” Minkejja l-projbizzjoni, ħutna ma waqfux jippritkaw. Jalla jkollok l-istess determinazzjoni jekk xi darba l-ippritkar ikun projbit f’pajjiżek!
NASES LI GĦANDNA NEVITAW
14. Liema nassa se jgħinna nevitaw Salm 39:1?
14 Oqgħod attent x’tgħid lil oħrajn. Meta nkunu taħt projbizzjoni, għandna nirrikonoxxu meta hu ‘ż-żmien li noqogħdu kwieti.’ (Ekk. 3:7) Aħna għandna nipproteġu informazzjoni li għandha tibqaʼ sigrieta, bħall-ismijiet taʼ ħutna, il-postijiet fejn niltaqgħu, kif isir l-ippritkar, u kif nirċievu l-ikel spiritwali. Aħna mhux se nikxfu dawn l-affarijiet maʼ nies li jaħdmu għall-gvern jew maʼ ħbieb u qraba li jgħixu fl-istess pajjiż jew pajjiżi oħrajn. Jekk naqgħu f’din in-nassa, inkunu qed nitfgħu lil ħutna fil-periklu.—Aqra Salm 39:1.
15. Satana x’se jipprova jagħmlilna, u kif nistgħu nevitaw in-nassa tiegħu?
15 Tħallix problemi żgħar jifirduna. Satana jaf li jekk ikun hemm firda f’dar, din ma tkunx tistaʼ tibqaʼ wieqfa. (Mk. 3:24, 25) Hu kontinwament se jipprova joħloq firdiet fostna. B’dal-mod, jittama li nibdew niġġieldu bejnietna minflok kontrih.
16. Oħtna Gertrud Poetzinger x’eżempju tajjeb ħallitilna?
16 Anke Kristjani maturi għandhom bżonn joqogħdu attenti li ma jaqgħux f’din in-nassa. Ikkunsidra l-eżempju taʼ żewġ aħwa nisa midlukin, Gertrud Poetzinger u Elfriede Löhr. Huma kienu ġew mitfugħin il-ħabs m’aħwa nisa Kristjani oħrajn f’kamp tal-konċentrament tan-Nazi. Gertrud bdiet tgħir meta Elfriede tat taħditiet inkuraġġanti lill-aħwa nisa oħrajn fil-kamp. Iktar tard, Gertrud stħat bil-mod taʼ kif aġixxiet u talbet mill-qalb lil Ġeħova biex jgħinha. Hi kitbet, “Għandna nitgħallmu naċċettaw il-fatt li oħrajn għandhom abbiltajiet aħjar minn tagħna jew għandhom iktar responsabbiltajiet minna.” Hi kif għelbet l-għira tagħha? Gertrud iffokat fuq il-kwalitajiet tajbin u l-personalità dħulija taʼ Elfriede. B’dal-mod, reġgħet kisbet ir-relazzjoni tajba tagħha maʼ Elfriede. It-tnejn salvaw mill-kamp tal-konċentrament u qdew lil Ġeħova lealment sa tmiem ħajjithom fuq l-art. Jekk naħdmu iebes biex negħlbu d-differenzi li jkollna maʼ ħutna, mhu se nħallu xejn jifridna.—Kol. 3:13, 14.
17. Għala m’għandniex inkunu prużuntużi?
17 Tkunx prużuntuż. Jekk insegwu d-direzzjoni li nirċievu minn aħwa responsabbli u fdati, aħna se nevitaw il-problemi. (1 Pt. 5:5) Pereżempju, f’pajjiż fejn ix-xogħol hu projbit, l-aħwa rġiel responsabbli kienu taw direzzjoni biex il-pubblikaturi ma jqassmux letteratura pprintjata fil-ministeru. Minkejja dan, ħu pijunier f’dak il-pajjiż ħass li kien jaf aħjar minn hekk u xorta qassam il-letteratura. B’liema riżultat? Ftit wara li hu u xi oħrajn spiċċaw mix-xhieda informali, huma ġew interrogati mill-pulizija. Milli jidher, uffiċjali tal-gvern kienu segwewhom u rnexxielhom isibu l-letteratura li kienu qassmu l-aħwa. X’nitgħallmu minn din l-esperjenza? Jeħtieġ li nsegwu d-direzzjoni li ningħataw anke jekk inħossu li nafu aħjar minn hekk. Ġeħova dejjem iberikna meta nikkoperaw mal-aħwa rġiel li hu ħatar biex imexxu fostna.—Ebr. 13:7, 17.
18. Għala m’għandniex nagħmlu regoli bla bżonn?
18 Tagħmilx regoli bla bżonn. Jekk l-anzjani jagħmlu regoli bla bżonn, dan se jagħmel l-affarijiet diffiċli għal oħrajn. Ħuna Juraj Kaminský ftakar x’ġara matul il-projbizzjoni fl-Eks Ċekoslovakkja: “Wara li ħafna anzjani ġew arrestati, xi wħud minn dawk li kien għad fadal biex jieħdu t-tmexxija fil-kongregazzjonijiet u s-circuits bdew jagħmlu r-regoli tagħhom stess għall-pubblikaturi u jgħidulhom x’għandhom u x’m’għandhomx jagħmlu.” Ġeħova ma taniex l-awtorità biex nieħdu deċiżjonijiet personali għal oħrajn. Min jagħmel regoli bla bżonn ma jkunx qed jipproteġi s-sigurtà taʼ ħutu imma jkun qed jipprova jsir is-sid tal-fidi taʼ ħutu.—2 Kor. 1:24.
QATT TIEQAF TQIM LIL ĠEĦOVA
19. Skont it-2 Kronaki 32:7, 8, għala nistgħu nkunu kuraġġużi minkejja dak li jistaʼ jagħmel Satana?
19 L-avversarju prinċipali tagħna, Satana x-Xitan, mhux se jieqaf jipprova jippersegwita lill-qaddejja leali taʼ Ġeħova. (1 Pt. 5:8; Riv. 2:10) Satana u dawk li jappoġġjawh se jipprovaw jipprojbixxu l-qima tagħna lil Ġeħova. Imma aħna qatt mhu se nieqfu naqdu lil Ġeħova, avolja nkunu qed nibżgħu. (Dt. 7:21) Ġeħova qiegħed magħna, u hu se jkompli jappoġġjana anke jekk xogħolna jkun projbit.—Aqra t-2 Kronaki 32:7, 8.
20. X’int determinat li tagħmel?
20 Jalla nkunu determinati bħal ħutna fl-ewwel seklu, li qalu lill-mexxejja taʼ żmienhom: “Jekk hux sewwa f’għajnejn Alla li nisimgħu minnkom iktar milli minn Alla, iġġudikaw intom. Imma aħna ma nistgħux nieqfu nitkellmu dwar dak li rajna u smajna.”—Atti 4:19, 20.
GĦANJA 73 Għinna nxandru bil-qlubija
^ par. 5 X’għandna nagħmlu jekk il-gvern jipprojbixxi l-qima tagħna lil Ġeħova? Dan l-artiklu se jipprovdi suġġerimenti prattiċi dwar x’għandna u x’m’għandniex nagħmlu biex b’hekk qatt ma nieqfu nqimu lil Alla tagħna!
^ par. 59 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: L-istampi kollha juru Xhieda li jaqdu f’pajjiżi fejn hemm restrizzjoni fuq xogħolna. F’din l-istampa grupp żgħir jiltaqgħu għal laqgħa f’kamra fejn ħu jerfaʼ l-affarijiet.
^ par. 61 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Oħt Kristjana (fuq ix-xellug) qed titkellem maʼ mara u tfittex opportunità biex titkellem dwar Ġeħova.
^ par. 63 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Ħu interrogat mill-pulizija jirrifjuta li jikxef informazzjoni dwar il-kongregazzjoni tiegħu.