Imita l-ġustizzja u l-ħniena taʼ Ġeħova
“Iġġudikaw bil-ġustizzja vera; u pprattikaw il-ħniniet u l-qalb tajba bl-imħabba [jew, l-imħabba leali] maʼ xulxin.”—ŻAKKARIJA 7:9.
1, 2. (a) Ġesù kif ħassu dwar il-Liġi t’Alla? (b) L-iskribi u l-Fariżej kif applikawha ħażin il-Liġi?
ĠESÙ ħabbha l-Liġi Mosajka. Dan mhux taʼ sorpriża għalina, għax il-Liġi kienet ġejja mingħand Missieru, Ġeħova, l-iktar Persuna importanti fil-ħajja taʼ Ġesù. F’Salm 40:8, il-Bibbja bassret l-imħabba kbira taʼ Ġesù għal-liġi t’Alla: “Jien tgħaxxaqt nagħmel ir-rieda tiegħek, O Alla tiegħi, u l-liġi tiegħek qiegħda fil-ġewwieni tiegħi.” B’dak li qal u għamel, Ġesù ta prova li l-Liġi t’Alla kienet perfetta, taʼ benefiċċju, u żgur li kellha titwettaq.—Mattew 5:17-19.
2 Ġesù żgur li ħassu mdejjaq meta ra l-iskribi u l-Fariżej japplikaw il-liġi taʼ Missieru b’mod ħażin billi jagħmluha tidher mhux raġunevoli. Hu qalilhom: “[Intom] tagħtu l-għexur tan-nagħniegħ u l-bużbież u l-kemmun.” Dan ifisser li huma kienu attenti ħafna li jobdu l-iċken dettalji tal-Liġi. Allura x’kienet il-problema? Ġesù spjega: “Imma injorajtu l-affarijiet li huma iktar importanti fil-Liġi, jiġifieri, il-ġustizzja u l-ħniena u l-fedeltà.” (Mattew 23:23) Il-Fariżej ma rawx x’kienet tfisser il-Liġi, u ħasbu li kienu aħjar minn oħrajn. Imma Ġesù fehem x’kien il-mottiv wara l-Liġi u x’kien juri kull kmandament dwar Ġeħova.
3. X’se niddiskutu f’dan l-artiklu?
3 Bħala Kristjani, mhux mistenni minna li nobdu l-Liġi Mosajka. (Rumani 7:6) Allura Ġeħova għala inkluda l-Liġi fil-Kelma tiegħu, il-Bibbja? Hu jridna nifhmu u napplikaw “l-affarijiet li huma iktar importanti,” fi kliem ieħor, il-prinċipji wara l-Liġi. Pereżempju, liema prinċipji nitgħallmu mill-arranġament tal-bliet tar-refuġju? Fl-artiklu taʼ qabel rajna x’nistgħu nitgħallmu minn dak li kellu jagħmel il-maħrub. F’dan l-artiklu, se naraw x’nistgħu nitgħallmu mill-bliet tar-refuġju dwar Ġeħova u kif aħna nistgħu nimitaw il-kwalitajiet tiegħu. Se nwieġbu tliet mistoqsijiet: Il-bliet tar-refuġju kif juruna li Ġeħova hu ħanin? Dawn x’jgħallmuna dwar kif Alla jqis il-ħajja? U kif juru l-ġustizzja perfetta tiegħu? F’kull każ, ipprova ara kif int tistaʼ timita lil Missierek tas-sema.—Aqra Efesin 5:1.
IL-POST FEJN KIENU L-BLIET TAR-REFUĠJU WERA L-ĦNIENA T’ALLA
4, 5. (a) Il-bliet tar-refuġju kif intgħamlu faċli biex jintlaħqu u għala? (b) Dan x’jgħallimna dwar Ġeħova?
4 Ġeħova għamel arranġament biex is-sitt ibliet tar-refuġju jkunu jistgħu jinstabu faċilment. Hu qal lill-Iżraelin biex jagħżlu tlett ibliet fuq kull naħa tal-Ġordan. Għala? Ħalli l-maħrub ikun jistaʼ jasal malajr u faċilment lejn waħda minn dawn il-bliet. (Numri 35:11-14) It-toroq li jagħtu għalihom kienu jinżammu f’kundizzjoni tajba. (Dewteronomju 19:3) Skont il-kitba dwar it-tradizzjoni Lhudija, matul it-triq kien hemm tabelli biex jgħinu l-maħrubin isibu l-bliet. Peress li f’Iżrael kien hemm il-bliet tar-refuġju, Iżraeli li jkun qatel lil xi ħadd b’mod aċċidentali ma kellux għalfejn ifittex protezzjoni f’art barranija, fejn setgħet tiġih it-tentazzjoni biex iqim allat foloz.
5 Aħseb dwar dan: Ġeħova kien ikkmanda li l-qattiela kellhom jinqatlu. Imma hu għamel ċert li xi ħadd li jkun qatel persuna oħra b’mod aċċidentali setaʼ jintwera ħniena, mogħdrija, Efesin 2:4.
u jingħata protezzjoni. Studjuż tal-Bibbja qal: “L-arranġament intgħamel ċar, sempliċi, u faċli kemm jistaʼ jkun.” Ġeħova mhux imħallef kattiv li joqgħod ifittex modi biex jikkastiga lill-qaddejja tiegħu. Minflok, hu “għani fil-ħniena.”—6. Il-Fariżej imitawha l-ħniena taʼ Ġeħova? Spjega.
6 Iżda l-Fariżej ma kinux lesti juru ħniena m’oħrajn. Pereżempju, il-kitba dwar it-tradizzjoni Lhudija tgħid li l-Fariżej irrifjutaw li jaħfru lil xi ħadd li jkun għamel l-istess żball iktar minn tliet darbiet. Biex juri kemm l-attitudni tagħhom kienet żbaljata, Ġesù uża tixbiha taʼ Fariżew li kien qed jitlob ħdejn kollettur tat-taxxi. Il-Fariżew qal: “O Alla, nirringrazzjak li m’iniex bħall-bqija tal-bnedmin, imbroljuni, ma jagħmlux is-sewwa, adulteri, jew saħansitra bħal dan il-kollettur tat-taxxi.” X’kien il-punt taʼ Ġesù? Il-Fariżej “kienu jqisu lil ħaddieħor bħala li m’hu xejn,” u ma ħasbux li kellhom bżonn juru ħniena.—Luqa 18:9-14.
7, 8. (a) Kif tistaʼ timita l-ħniena taʼ Ġeħova? (b) Għala għandna nkunu umli sabiex naħfru lil oħrajn?
7 Imita lil Ġeħova, u mhux lill-Fariżej. Uri ħniena u mogħdrija. (Aqra Kolossin 3:13.) Agħmilha faċli għal oħrajn biex jitolbuk maħfra. (Luqa 17:3, 4) Staqsi lilek innifsek: ‘Naħfer lil oħrajn malajr u faċilment, anke jekk ikunu naqsuni ħafna drabi? Ħerqan jien biex nagħmel paċi maʼ xi ħadd li jkun naqasni jew weġġagħni?’
8 Sabiex naħfru, għandna nkunu umli. Il-Fariżej ħasbu li kienu aħjar minn kulħadd, allura ma kinux lesti li jaħfru. Imma bħala Kristjani, b’umiltà aħna ‘nqisu lill-oħrajn superjuriʼ għalina u naħfrulhom mill-qalb. (Filippin 2:3) Nistgħu nistaqsu lilna nfusna, ‘Qiegħed jien nimita lil Ġeħova u nuri umiltà? Jekk inkunu umli, se jkun iktar faċli għal oħrajn biex jitolbuna maħfra u iktar faċli għalina biex naħfrulhom. Kun ħafif biex turi ħniena u tiħux għalik malajr.—Ekkleżjasti 7:8, 9.
IRRISPETTA L-ĦAJJA U “EBDA ĦTIJA TAD-DEMM MA JKOLLOK FUQEK”
9. Ġeħova kif għen lill-Iżraelin jifhmu li l-ħajja hi sagra?
9 L-iskop prinċipali tal-bliet tar-refuġju kien biex jipproteġi l-Iżraelin milli jkunu ħatja tad-demm. (Dewteronomju 19:10) Ġeħova jħobbha l-ħajja, u hu jobgħod l-“idejn li qed ixerrdu demm innoċenti.” (Proverbji 6:16, 17) Bħala Alla ġust u qaddis, ma setax jinjora qtil anke jekk dan kien b’aċċident. Huwa veru li min ikun qatel lil xi ħadd b’mod aċċidentali setaʼ jintwera ħniena. Imma l-ewwel hu kellu jispjega s-sitwazzjoni tiegħu lix-xjuħ. Jekk ix-xjuħ jiġġudikaw li l-mewt kienet b’aċċident, mela l-maħrub kellu jibqaʼ fil-belt tar-refuġju sa ma jmut il-qassis il-kbir. Dan setaʼ jfisser li l-maħrub kellu jibqaʼ fil-belt tar-refuġju għall-kumplament taʼ ħajtu. Dan l-arranġament għamilha ċara għall-Iżraelin kollha li l-ħajja hi sagra. Biex jonoraw il-Wieħed li jagħti l-ħajja, huma kellhom jagħmlu kulma setgħu sabiex jevitaw li jpoġġu l-ħajja t’oħrajn fil-periklu.
10. Skont Ġesù, l-iskribi u l-Fariżej kif urew li ma qisuhiex taʼ valur il-ħajja t’oħrajn?
10 Għall-kuntrarju taʼ Ġeħova, l-iskribi u l-Fariżej urew li ma qisuhiex taʼ valur il-ħajja t’oħrajn. Ġesù qalilhom: “Intom . . . ħadtu l-muftieħ taʼ l-għarfien; intom stess ma dħaltux, u lil min kien dieħel fixkiltuh!” (Luqa 11:52) X’ried ifisser Ġesù? L-iskribi u l-Fariżej suppost kellhom jispjegaw il-Kelma t’Alla lin-nies u jgħinuhom jiksbu l-ħajja taʼ dejjem. Minflok, huma waqqfu lin-nies milli jsegwu lil Ġesù, “l-Aġent Ewlieni tal-ħajja.” (Atti 3:15) B’dan il-mod, kienu qed iwasslu n-nies għall-qerda. L-iskribi u l-Fariżej kienu kburin u egoisti, u ma kienx jimpurtahom mill-ħajja tan-nies. Kemm kienu kattivi u bla qalb!
11. (a) L-appostlu Pawlu kif wera li qies il-ħajja kif iqisha Ġeħova? (b) X’se jgħinna nimitaw iż-żelu taʼ Pawlu għall-ministeru?
11 Kif nistgħu nimitaw lil Ġeħova u nevitaw li nsiru bħall-iskribi u l-Fariżej? Nagħmlu dan meta nirrispettaw u ngħożżu l-ħajja. L-appostlu Pawlu hekk għamel, billi pprietka l-aħbar tajba dwar is-Saltna lil kemm jistaʼ jkun nies. Huwa għalhekk li setaʼ jgħid: “Jien nadif mid-demm tal-bnedmin kollha.” (Aqra Atti 20:26, 27.) Imma kien Pawlu qed jipprietka sempliċement għax ma riedx iħossu ħati jew għax Ġeħova qallu li kellu jagħmel dan? Le. Pawlu ħabbhom lin-nies. Hu qies il-ħajja tagħhom prezzjuża u riedhom jiksbu l-ħajja taʼ dejjem. (1 Korintin 9:19-23) Anke aħna għandna nqisu l-ħajja kif iqisha Ġeħova. Hu jrid li kulħadd jindem ħalli jkun jistaʼ jgħix. (2 Pietru 3:9) Sabiex nimitaw lil Ġeħova, għandna bżonn inħobbu lin-nies. Il-ħniena se timmotivana nippritkaw b’żelu u se tagħtina l-ferħ hekk kif nagħmlu dan.
12. Is-sigurtà għala hi importanti għall-poplu t’Alla?
12 Sabiex inqisu l-ħajja kif iqisha Ġeħova, hemm bżonn ukoll li jkollna l-attitudni t-tajba dwar is-sigurtà. Meta nsuqu u naħdmu dejjem għandna noqogħdu attenti, anke meta ngħinu fil-bini u fil-manutenzjoni tal-postijiet taʼ qima jew meta nivvjaġġaw għal-laqgħat. In-nies, is-sigurtà, u s-saħħa dejjem huma iktar importanti milli tiffranka l-ħin jew il-flus. Alla tagħna dejjem jagħmel dak li hu sew, u aħna rridu nkunu bħalu. L-anzjani b’mod speċjali għandhom bżonn jaħsbu dwar is-sigurtà, kemm tagħhom kif ukoll t’oħrajn. (Proverbji 22:3) Jekk anzjan ifakkrek dwar ir-regoli tas-sigurtà, ismaʼ minnu. (Galatin 6:1) Qis il-ħajja kif iqisha Ġeħova, u “ebda ħtija tad-demm ma jkollok fuqek.”
IĠĠUDIKAW “SKOND DAWN IL-ĠUDIZZJI”
13, 14. Ix-xjuħ Iżraelin kif setgħu jimitaw il-ġustizzja taʼ Ġeħova?
13 Ġeħova kkmanda lix-xjuħ Iżraelin biex jimitaw il-ġustizzja tiegħu. L-ewwel, ix-xjuħ kellhom bżonn jikkonfermaw il-fatti kollha. Imbagħad, qabel ma jiddeċiedu jekk jurux ħniena jew le, huma kellhom jikkunsidraw bir-reqqa l-mottiv, l-attitudni tal-qattiel, u l-azzjonijiet tal-passat tiegħu. Ix-xjuħ kellhom jiskopru jekk il-maħrub kienx jobgħod lill-vittma u kellux l-iskop li joqtlu. (Aqra Numri 35:20-24.) Jekk kien hemm ix-xhieda, minn tal-inqas kien hemm bżonn tnejn qabel ma qattiel setaʼ jiġi kkundannat għall-mewt.—Numri 35:30.
14 Wara li jiskopru xi jkun ġara eżattament, ix-xjuħ kellhom jaħsbu dwar il-persuna nfisha, u mhux biss fuq dak li tkun għamlet. Ix-xjuħ kienu jeħtieġu d-dehen ħalli ma jarawx biss dak li hu ovvju imma jaraw ir-raġunijiet għal dak li jkun ġara. Iktar minn kull ħaġa oħra, kienu jeħtieġu l-ispirtu taʼ Ġeħova biex jgħinhom jimitaw id-dehen, il-ħniena, u l-ġustizzja tiegħu.—Eżodu 34:6, 7.
15. Il-mod kif Ġesù kien iqis lill-midinbin kif kien differenti minn dak tal-Fariżej?
15 Il-Fariżej ma kinux jiġġudikaw bil-ħniena. Huma kienu jiffokaw fuq dak li jkun għamel il-midneb iktar milli fuq x’tip taʼ persuna kien. Meta xi Fariżej raw lil Ġesù jiekol fid-dar taʼ Mattew, huma staqsew lid-dixxipli: “L-għalliem tagħkom għala jiekol mal-kolletturi tat-taxxi u l-midinbin?” Ġesù wieġeb: “Nies f’saħħithom m’għandhomx bżonn tabib, imma l-morda iva. Morru, mela, u tgħallmu xi jfisser dan, ‘Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju.’ Għax jien ma ġejtx insejjaħ lin-nies sewwa imma lill-midinbin.” (Mattew 9:9-13) Kien Ġesù qed jiskuża lill-midinbin? Lanqas xejn. Hu riedhom jindmu. Dan kien parti importanti mill-messaġġ li pprietka. (Mattew 4:17) Ġesù rrealizza li minn tal-inqas ftit mill-“kolletturi tat-taxxi u l-midinbin” riedu jinbidlu. Huma ma kinux id-dar taʼ Mattew sempliċement biex jieklu. Kienu hemm għax bdew imorru wara Ġesù. (Marku 2:15) Sfortunatament, il-biċċa l-kbira mill-Fariżej ma qisux in-nies kif qieshom Ġesù. Huma ma kinux jemmnu li n-nies setgħu jinbidlu, u qisuhom bħala midinbin bla tama. Kemm kienu differenti minn Ġeħova, li hu ġust u ħanin!
16. Kumitat ġudizzjali x’għandu jipprova jifhem?
16 Illum, l-anzjani għandhom jimitaw lil Ġeħova, li “jħobb il-ġustizzja.” (Salm 37:28) L-ewwel jeħtieġ li ‘jistħarrġu bir-reqqa’ ħalli jikkonfermaw jekk ikunx sar dnub. Jekk ikun sar, huma mbagħad jieħdu ħsieb il-każ skont il-gwida tal-Bibbja. (Dewteronomju 13:12-14) Meta jaqdu f’kumitat ġudizzjali, huma għandhom joqogħdu attenti ħafna ħalli jiddeterminaw jekk il-persuna li għamlet dnub serju hijiex niedma jew le. Dan mhux dejjem ikun faċli. L-indiema tinvolvi kif il-midneb iqis dak li jkun għamel u x’hemm f’qalbu. (Rivelazzjoni 3:3) Midneb għandu jkun niedem sabiex jintwera l-ħniena. *—Ara n-nota taʼ taħt.
17, 18. L-anzjani kif jistgħu jkunu jafu jekk xi ħadd huwiex niedem verament? (Ara l-ewwel stampa.)
1 Slaten 3:9) It-tieni, uża l-Kelma t’Alla u l-pubblikazzjonijiet mill-ilsir leali u għaqli biex jgħinuk tara d-differenza bejn “is-swied taʼ qalb tad-dinja” u “s-swied taʼ qalb fi qbil mar-rieda t’Alla,” jiġifieri, indiema sinċiera. (2 Korintin 7:10, 11) Ara kif il-Bibbja tiddeskrivi lil dawk li kienu niedma u lil dawk li ma kinux, u eżamina kif ħassewhom, kif ħasbuha, u kif aġixxew.
17 Peress li Ġeħova u Ġesù jistgħu jaqraw il-qlub, huma jafu eżattament dak li persuna qed taħseb u tħoss. Imma l-anzjani ma jistgħux jaqraw il-qlub. Allura, jekk int anzjan kif tistaʼ tkun taf jekk xi ħadd huwiex niedem verament? L-ewwel, itlob għall-għerf u l-kapaċità biex tagħraf bejn it-tajjeb u l-ħażin. (18 It-tielet, aħseb dwar il-persuna, u mhux biss dwar dak li tkun għamlet. Trid tikkunsidra l-background, il-mottivi, u l-isfidi jew il-limitazzjonijiet tal-persuna li għamlet il-ħażin. Il-Bibbja bassret li Ġesù, il-kap tal-kongregazzjoni Kristjana, “mhux se jiġġudika biss fuq dak li jara b’għajnejh, lanqas ma jwiddeb sempliċement skond dak li jismaʼ b’widnejh. U bis-sewwa jiġġudika lill-batuti, u b’mod rett jagħti twiddib għan-nom tal-ġwejdin taʼ l-art.” (Isaija 11:3, 4) Anzjani, Ġesù ħatarkom biex tieħdu ħsieb il-kongregazzjoni tiegħu, u hu se jgħinkom tiġġudikaw b’ġustizzja u ħniena. (Mattew 18:18-20) Aħna grati ferm li għandna anzjani li jieħdu ħsiebna! Ukoll, huma jgħinuna nuru ġustizzja u ħniena maʼ xulxin.
19. X’tagħlima tippjana li tapplika mill-bliet tar-refuġju?
19 Il-Liġi Mosajka fiha “l-qafas taʼ l-għarfien u tal-verità.” Din tgħallimna dwar Ġeħova u l-prinċipji tiegħu. (Rumani 2:20) Il-bliet tar-refuġju deskritti fil-Liġi jgħallmu lill-anzjani kif ‘jiġġudikaw bil-ġustizzja vera,’ u jgħallmu lilna lkoll biex nuru ‘l-ħniena u l-qalb tajba bl-imħabba [jew, l-imħabba leali] maʼ xulxin.’ (Żakkarija 7:9) Għalkemm mhux mistenni minna li nsegwu l-Liġi, Ġeħova ma nbidilx. Il-ġustizzja u l-ħniena xorta għadhom importanti ħafna għalih. Huwa privileġġ li nqimu Alla bħal dan. Ejja nimitaw il-kwalitajiet sbieħ tiegħu u nsibu sigurtà u protezzjoni fih!
^ par. 16 Ara “Mistoqsijiet mill-qarrejja” fit-Torri tal-Għassa tal-15 taʼ Settembru 2006, paġna 30.