Aħdem fuq ir-rażan
‘Il-frott taʼ l-ispirtu hu . . . r-rażan.’—GALATIN 5:22, 23.
1, 2. (a) In-nuqqas taʼ rażan għal xiex jistaʼ jwassal? (b) Għaliex hemm bżonn niddiskutu s-suġġett tar-rażan?
IR-RAŻAN hu kwalità li Alla Ġeħova jistaʼ jgħinna naħdmu fuqha. (Galatin 5:22, 23) Ġeħova għandu rażan perfett. Madankollu, aħna m’għandniex għax imperfetti. Fil-fatt, in-nuqqas taʼ rażan huwa l-kaġun tal-ħafna problemi li għandhom in-nies illum. Dan jistaʼ jwassal għal li persuna tittratieni biex tagħmel affarijiet importanti jew għal li ma tmurx tajjeb fl-iskola jew fuq ix-xogħol. In-nuqqas taʼ rażan jistaʼ jwassal ukoll għal abbuż verbali, sokor, vjolenza, divorzju, dejn bla bżonn, vizzji, żmien il-ħabs, uġigħ emozzjonali, mard trasmess sesswalment, u tqala mhix mixtieqa.—Salm 34:11-14.
2 Nies li ma jikkontrollawx lilhom infushom joħolqu problemi għalihom u għal oħrajn. U hekk kif jgħaddi ż-żmien, jidher ċar li n-nies għandhom inqas u inqas kontroll fuqhom infushom. Madankollu, dan m’għandux jissorprendina għax il-Kelma t’Alla bassret li n-nuqqas taʼ rażan kellu jkun evidenza waħda li aħna qed ngħixu “fl-aħħar jiem.”—2 Timotju 3:1-3.
3. Għala neħtieġu r-rażan?
Ġenesi 3:6) Bħalhom, illum ħafna nies għandhom problemi kbar għax ma jikkontrollawx lilhom infushom.
3 Għala neħtieġu r-rażan? Hemm żewġ raġunijiet importanti. L-ewwel, nies li kapaċi jikkontrollaw is-sentimenti u l-emozzjonijiet tagħhom ġeneralment ikollhom inqas problemi. Huwa wkoll iktar faċli għalihom li jkollhom relazzjonijiet b’saħħithom u li jevitaw li jħossuhom irrabjati, ansjużi, jew dipressi. It-tieni, sabiex nibqgħu ħbieb m’Alla, għandna bżonn nirreżistu t-tentazzjoni u nikkontrollaw xewqat ħżiena. Adam u Eva ma rnexxilhomx jagħmluh dan. (4. X’għandu jkun taʼ inkuraġġiment għal kull min qed jissielet biex jikkontrolla x-xewqat ħżiena tiegħu?
4 Ġeħova jifhem li aħna imperfetti u li hu diffiċli għalina li jkollna r-rażan. Imma hu jrid jgħinna nikkontrollaw ix-xewqat ħżiena tagħna. (1 Slaten 8:46-50) Bħala Ħabib li jħobb, hu b’qalb tajba jinkuraġġixxi lil dawk li kultant isibuha diffiċli biex jikkontrollaw is-sentimenti u x-xewqat tagħhom. F’dan l-artiklu, se nitgħallmu mill-eżempju tar-rażan li għandu Ġeħova. Aħna se niddiskutu wkoll eżempji mill-Bibbja, kemm tajbin kif ukoll ħżiena, u neżaminaw suġġerimenti prattiċi li jistgħu jgħinuna.
ĠEĦOVA JAGĦTINA L-EŻEMPJU
5, 6. Ġeħova liema eżempju taʼ rażan jagħtina?
5 Ir-rażan taʼ Ġeħova hu perfett għaliex Hu perfett b’kull mod. (Dewteronomju 32:4) Madankollu, aħna imperfetti. Iżda xorta waħda għandna bżonn neżaminaw l-eżempju tiegħu tar-rażan sabiex inkunu nistgħu nimitawh aħjar. Dan se jgħinna nkunu nafu kif nirreaġixxu bil-mod it-tajjeb meta jiġru affarijiet li jistgħu jiddiżappuntawna. X’inhuma xi eżempji tar-rażan li għandu Ġeħova?
Ir-rażan taʼ Ġeħova hu perfett għaliex Hu perfett b’kull mod
6 Aħseb dwar ir-reazzjoni taʼ Ġeħova meta Satana rribella fl-Għeden. X’aktarx, l-istqarrija tax-Xitan ġiegħlet lill-qaddejja leali kollha taʼ Ġeħova fis-sema biex iħossuhom ixxokkjati, irrabjati, u mimlijin disprezz. Forsi tħossok l-istess meta taħseb dwar it-tbatija kollha li kkaġuna Satana. Imma Ġeħova ma rreaġixxiex b’mod esaġerat. Hu wieġeb proprju bil-mod xieraq. Ġeħova ma rrabjax malajr u kien ġust f’li jittratta mar-ribelljoni taʼ Satana. (Eżodu 34:6; Ġob 2:2-6) Għala? Ġeħova ħalla ż-żmien jgħaddi għax ma jridx li xi ħadd jinqered imma “jixtieq li kulħadd jasal għall-indiema.”—2 Pietru 3:9.
7. X’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju taʼ Ġeħova?
7 L-eżempju taʼ Ġeħova jgħallimna li għandna bżonn naħsbu bil-għaqal qabel nitkellmu u mhux nirreaġixxu fil-pront. Allura meta jkollok bżonn tieħu deċiżjoni importanti, ħu l-ħin biex taħseb. Itlob għall-għerf biex tgħid jew tagħmel il-ħaġa t-tajba. (Salm 141:3) Meta nkunu rrabjati jew mifxulin, ikun faċli ħafna biex nagħmluhom bi kbar. Huwa għalhekk li ħafna ddispjaċiehom li qalu jew għamlu affarijiet mingħajr ma ħasbu!—Proverbji 14:29; 15:28; 19:2.
EŻEMPJI TAJBIN U ĦŻIENA FOST IL-QADDEJJA T’ALLA
8. (a) Fejn nistgħu nsibu eżempji tajbin taʼ rażan? (b) X’għen lil Ġużeppi jirreżisti t-tentazzjoni meta mart Potifar ipprovat twaqqgħu fid-dnub? (Ara l-ewwel stampa.)
8 Liema eżempji Bibliċi jenfasizzaw il-valur tar-rażan? Xi ħadd li għandek mnejn taħseb fih hu Ġużeppi, bin Ġakobb. Hu rreżista t-tentazzjoni meta kien qed jaqdi fid-dar taʼ Potifar, il-kap tal-gwardji tal-Fargħun. Mart Potifar inġibdet lejn Ġużeppi għaliex kien “sabiħ fis-sura u sabiħ fid-dehra,” u pprovat twaqqgħu fid-dnub diversi drabi. X’għen lil Ġużeppi jirreżisti t-tentazzjoni? Probabbilment, hu ħa l-ħin biex jaħseb sew minn qabel dwar x’kien se jiġri jekk iċedi għaliha. Imbagħad, meta qabditu minn ħwejġu, Ġużeppi ħarab minnha. Hu qal: “Kif nistaʼ jien nagħmel dan il-ħażen hekk kbir u nidneb kontra Alla?”—Ġenesi 39:6, 9; aqra Proverbji 1:10.
Itlob lil Ġeħova jagħtik l-għerf u r-rażan biex tirreżisti t-tentazzjoni
9. Kif tistaʼ tipprepara lilek innifsek biex tirreżisti t-tentazzjonijiet?
9 X’nitgħallmu mill-eżempju taʼ Ġużeppi? Jekk niġu ttantati biex niksru waħda mil-liġijiet t’Alla, jeħtieġ li nirreżistu t-tentazzjoni. Qabel ma xi wħud saru Xhieda taʼ Ġeħova, huma ssieltu maʼ ikel u xorb żejjed, tipjip, abbuż tad-drogi, immoralità sesswali, jew problemi oħra. Anke wara li jitgħammdu, kultant għandhom mnejn jiġu ttantati b’dawn l-affarijiet. Jekk dan jiġri lilek, ieqaf u aħseb kif se jkun taʼ ħsara għar-relazzjoni tiegħek maʼ Ġeħova kieku ċċedi għat-tentazzjoni. Int tistaʼ tipprova tara liema sitwazzjonijiet jistgħu jkunu taʼ tentazzjoni għalik u mbagħad iddeċiedi kif tistaʼ tevitahom. (Salm 26:4, 5; Proverbji 22:3) Jekk qatt tiġi pprovat b’dan il-mod, itlob lil Ġeħova jagħtik l-għerf u r-rażan biex tirreżisti t-tentazzjoni.
10, 11. (a) X’jiġri lil ħafna żgħażagħ fl-iskola? (b) X’jistaʼ jgħin lil Kristjani żgħażagħ jirreżistu t-tentazzjoni biex jiksru l-liġijiet t’Alla?
10 Xi ħaġa simili għal dak li ġara lil Ġużeppi tiġri lil ħafna Kristjani żgħażagħ illum. Eżempju wieħed hu taʼ Kimberly. L-istudenti tal-klassi tagħha spiss kienu jiftaħru dwar li jkollhom x’jaqsmu sesswalment maʼ xi ħadd fi tmiem il-ġimgħa. Kimberly ma kienx ikollha stejjer bħal dawn x’tirrakkonta. Hi tammetti illi li tkun differenti kultant ġegħelha tħossha “abbandunata u waħedha” u li l-istudenti tal-klassi tagħha ħasbu li kienet stupida għax ma kinitx toħroġ mal-ġuvintur. Imma Kimberly kienet attwalment għaqlija li ma tagħmilx dan. Hi kienet taf li t-tentazzjoni biex ikollok x’taqsam sesswalment maʼ xi ħadd tistaʼ tkun veru qawwija meta tkun żagħżugħ. (2 Timotju 2:22) Studenti oħrajn ħafna drabi kienu jistaqsu jekk kinitx għadha verġni. Dan taha l-opportunità biex tispjega għala għażlet li ma jkollhiex relazzjonijiet sesswali. Aħna kburin bi Kristjani żgħażagħ li huma determinati li jirreżistu l-pressjoni biex jieħdu sehem fl-immoralità sesswali, u Ġeħova hu kburi bihom ukoll!
11 Il-Bibbja tagħtina wkoll eżempji taʼ nies li ma rreżistewx it-tentazzjoni tal-immoralità sesswali. U turi r-riżultati ħżiena taʼ meta ma nikkontrollawx lilna nfusna. Jekk issib lilek innifsek f’sitwazzjoni bħal taʼ Kimberly, aħseb dwar ir-raġel iblah deskritt fi Proverbji kapitlu 7. Aħseb ukoll dwar Amnon u r-riżultati tal-biżaʼ tal-imġiba tiegħu. (2 Samwel 13:1, 2, 10-15, 28-32) Il-ġenituri jistgħu jgħinu lil uliedhom jiżviluppaw ir-rażan u l-għerf billi jiddiskutu dawn l-eżempji fil-qima bħala familja.
12. (a) Ġużeppi kif ikkontrolla dak li kien qed iħoss għal ħutu? (b) F’liema sitwazzjonijiet jeħtieġ li nikkontrollaw is-sentimenti tagħna?
12 F’okkażjoni oħra, Ġużeppi reġaʼ tana eżempju tajjeb taʼ rażan. Dan kien meta ħutu marru l-Eġittu biex jixtru l-ikel. Sabiex jifhem x’kienu qed jaħsbu verament, Ġużeppi ma qalilhomx li kien ħuhom. U meta s-sentimenti tiegħu saru b’saħħithom ħafna, hu telaq minn ħdejn ħutu biex ikun jistaʼ jibki fil-privat. (Ġenesi 43:30, 31; 45:1) Jekk ħu jew oħt tagħmel xi ħaġa li taħsdek, li timita l-eżempju taʼ rażan taʼ Ġużeppi se jgħinek tevita li tgħid jew tagħmel xi ħaġa li iktar tard jiddispjaċik li għamiltha. (Proverbji 16:32; 17:27) Jew forsi għandek qraba li huma maqtugħin mis-sħubija. Jekk dan hu l-każ, se jkollok bżonn tikkontrolla s-sentimenti tiegħek biex tevita kuntatt bla bżonn magħhom. Dan jistaʼ jkun diffiċli. Imma se jkun iżjed faċli jekk tiftakar li tkun qed timita l-eżempju taʼ Ġeħova u tagħmel dak li jikkmandak.
Ħadd m’għandu jkun kunfidenti żżejjed, billi jaħseb li qatt mhu se jċedi għat-tentazzjoni
13. X’lezzjonijiet nistgħu nitgħallmu mill-ġrajjiet fil-ħajja tas-Sultan David?
13 Aħna nibbenefikaw ukoll mill-eżempju tas-Sultan David. Meta Sawl u Simgħi pprovokawh, David ma rrabjax jew uża l-qawwa tiegħu kontrihom. (1 Samwel 26:9-11; 2 Samwel 16:5-10) Madankollu, David mhux dejjem kellu kontroll fuqu nnifsu. Dan nafuh minn dak li naqraw dwar id-dnub tiegħu maʼ Bat-seba u r-reazzjoni tiegħu għar-regħba taʼ Nabal. (1 Samwel 25:10-13; 2 Samwel 11:2-4) Aħna nistgħu nitgħallmu lezzjonijiet taʼ siwi mingħand David. L-ewwel, indokraturi fost il-poplu t’Alla jeħtieġu b’mod speċjali r-rażan biex ma jużawx ħażin l-awtorità tagħhom. It-tieni, ħadd m’għandu jkun kunfidenti żżejjed, billi jaħseb li qatt mhu se jċedi għat-tentazzjoni.—1 Korintin 10:12.
AFFARIJIET PRATTIĊI LI TISTAʼ TAGĦMEL
14. X’esperjenza kellu wieħed ħu, u r-reazzjonijiet tagħna għala huma importanti f’sitwazzjonijiet simili?
14 X’tistaʼ tagħmel biex ittejjeb ir-rażan 2 Korintin 6:3, 4.
tiegħek? Ikkunsidra x’ġara lil Luigi. Vettura laqtet il-karozza tiegħu fuq wara. Għalkemm kien is-sewwieq l-ieħor li kkaġuna l-aċċident, hu beda jgħajjat maʼ Luigi u pprova jaqlaʼ ġlieda. Luigi talab lil Ġeħova biex jibqaʼ kalm u pprova jikkalma lis-sewwieq l-ieħor. Imma r-raġel kompla jgħajjat. Anke f’din is-sitwazzjoni antipatka, Luigi ma tilifx it-tempra. Ġimgħa wara, Luigi mar jagħmel żjara lura lil waħda mara. Żewġha kien is-sewwieq l-ieħor! Dan ir-raġel inkiser u talab skuża għall-imġiba ħażina tiegħu. Hu offra li jikkuntattja lill-kumpanija tal-insurance taʼ Luigi biex b’hekk Luigi setaʼ jsewwi l-karozza iktar malajr. Ir-raġel ingħaqad magħhom fid-diskussjoni tal-Bibbja u għoġbitu ħafna. B’hekk, Luigi rrealizza kemm kien importanti li baqaʼ kalm wara l-aċċident u kemm setaʼ kkaġuna ħsara li kieku rrabja.—Aqra t-15, 16. Studju tal-Bibbja kif jistaʼ jgħin lilek u lil familtek tiżviluppaw ir-rażan?
15 Studju tal-Bibbja regolari u siewi Ġożwè 1:8) Imma l-istudju tal-Bibbja kif jistaʼ jgħinek tiżviluppa, jew taħdem fuq, ir-rażan?
jistaʼ jgħin lill-Kristjani jiżviluppaw ir-rażan. Ftakar x’qal Alla lil Ġożwè: “Dan il-ktieb tal-liġi m’għandux jitbiegħed minn fommok, u trid taqrah u timmedita fuqu lejl u nhar, sabiex tkun tistaʼ tieħu ħsieb tagħmel skond kulma hemm miktub fih; għax imbagħad se tirnexxi fi triqtek u mbagħad se taġixxi bl-għerf.” (Studju tal-Bibbja regolari jistaʼ jgħinek tiżviluppa r-rażan
16 Aħna tgħallimna li l-Bibbja fiha eżempji li juru l-benefiċċji meta jkollna r-rażan u l-konsegwenzi meta ma jkollniex. Ġeħova ra li dawn l-eżempji jinkitbu għal raġuni. (Rumani 15:4) Se nkunu għaqlin li naqraw, nistudjaw, u naħsbu sew dwarhom. Ipprova ifhem kif jistgħu jkunu taʼ ġid għalik u għall-familja tiegħek. Itlob lil Ġeħova jgħinek biex tapplika l-pariri mill-Kelma tiegħu. Jekk tirrealizza li m’għandekx biżżejjed rażan f’xi ħaġa, ammetti. Imbagħad itlob dwarha, u aħdem bis-sħiħ biex tara kif tistaʼ titjieb. (Ġakbu 1:5) Agħmel riċerka fil-pubblikazzjonijiet tagħna sabiex issib pariri prattiċi li jistgħu jgħinuk.
17. B’liema modi jistgħu l-ġenituri jgħinu lil uliedhom jiżviluppaw ir-rażan?
17 Kif tistaʼ tgħin lil uliedek jiżviluppaw ir-rażan? Il-ġenituri jafu li wliedhom ma twildux b’din il-kwalità. Allura għandhom bżonn jgħallmuhom kwalitajiet tajbin bl-eżempju tagħhom. (Efesin 6:4) Jekk tara li t-tfal tiegħek ma jikkontrollawx lilhom infushom, staqsi lilek innifsek jekk intix tagħtihom eżempju tajjeb. Int tistaʼ tkun taʼ eżempju għalihom billi tkun regulari fil-ministeru tal-għalqa, billi tattendi l-laqgħat, u billi tikkonduċi l-qima bħala familja. U tibżax tgħid le lit-tfal tiegħek meta jkun hemm bżonn! Ġeħova poġġa limiti għal Adam u Eva. Dawn il-limiti setgħu għenuhom jitgħallmu r-rispett lejn l-awtorità taʼ Ġeħova. Bl-istess mod, meta l-ġenituri jiddixxiplinaw lil uliedhom u jagħtuhom eżempju tajjeb, uliedhom se jirrispettaw l-awtorità tal-ġenituri, u dan se jgħin lit-tfal jitgħallmu jikkontrollaw lilhom infushom. L-imħabba għall-awtorità t’Alla u r-rispett għal-livelli tiegħu huma fost l-iktar affarijiet prezzjużi li tistaʼ tgħin lit-tfal tiegħek ikollhom.—Aqra Proverbji 1:5, 7, 8.
18. Għala hemm bżonn li nagħżlu lil ħbiebna bil-għaqal?
18 Kemm jekk aħna ġenituri u kemm jekk le, ilkoll kemm aħna għandna nagħżlu lil ħbiebna bil-għaqal. Jekk ħbiebek iħobbu lil Ġeħova, se jinkuraġġuk tagħmel miri bis-sens u tevita l-inkwiet. (Proverbji 13:20) L-eżempju tajjeb tagħhom se jqanqlek biex timita r-rażan tagħhom. U bla dubju, l-imġiba tajba tiegħek se tinkuraġġihom ukoll. Ir-rażan li se niksbu se jgħinna jkollna l-approvazzjoni t’Alla, ingawdu ħajjitna, u ngawdu wkoll relazzjonijiet tajbin maʼ dawk li nħobbu.