“Il-kelma t’Alla hi . . . qawwija”
“Il-kelma t’Alla hi ħajja u qawwija.”—EBREJ 4:12.
1. X’jikkonvinċik li l-Kelma t’Alla hi qawwija? (Ara l-ewwel stampa.)
IN-NIES taʼ Ġeħova huma konvinti li kelmtu, il-messaġġ tiegħu lill-bnedmin, “hi ħajja u qawwija.” (Ebrej 4:12) Aħna rajna l-qawwa tal-Bibbja f’ħajjitna u fil-ħajja t’oħrajn. Qabel ma saru Xhieda, xi nies kienu ħallelin, kellhom il-vizzju tad-droga, jew kienu involuti fl-immoralità sesswali. Oħrajn kienu popolari jew sinjuri imma xorta ħassew li kien hemm xi ħaġa nieqsa f’ħajjithom. (Ekkleżjasti 2:3-11) B’ferħ, ħafna li ħassewhom mitlufin u kienu bla tama issa għandhom direzzjoni u tama. Fit-Torri tal-Għassa, aħna qrajna u ħadna pjaċir b’ħafna esperjenzi bħal dawn fis-serje t’artikli “Il-Bibbja tbiddel il-ħajjiet.” U rajna li anki wara li jsiru Kristjani, in-nies għandhom ikomplu jsaħħu r-relazzjoni tagħhom maʼ Ġeħova bl-għajnuna tal-Bibbja.
2. Il-qawwa tal-Kelma t’Alla kif affettwat lin-nies fl-ewwel seklu?
2 Mhix taʼ sorpriża li ħafna nies jagħmlu bidliet kbar meta jitgħallmu l-verità. Ħutna fl-ewwel seklu li kellhom it-tama għas-sema għamlu bidliet bħal dawn. (Aqra l-1 Korintin 6:9-11.) Meta Pawlu tkellem dwar dawk li ma kinux se jirtu s-Saltna t’Alla, hu żied jgħid: “Hekk kienu xi wħud minnkom.” Il-Kelma t’Alla u l-ispirtu qaddis tiegħu għenu lil dawn in-nies jinbidlu. Imma anki wara li saru Kristjani, uħud minnhom għamlu żbalji serji li affettwaw ir-relazzjoni tagħhom maʼ Ġeħova. Pereżempju, il-Bibbja ssemmi ħu midluk li kellu jiġi maqtugħ mis-sħubija. Iktar tard, hu għamel bidliet biex b’hekk setaʼ jerġaʼ jkun parti mill-kongregazzjoni Kristjana. (1 Korintin 5:1-5; 2 Korintin 2:5-8) Huwa inkuraġġanti li ħutna setgħu jagħmlu dawn il-bidliet kollha permezz tal-qawwa tal-Kelma t’Alla.
3. X’se niddiskutu f’dan l-artiklu?
3 Il-Kelma t’Alla għandha qawwa kbira. Ladarba Ġeħova tahielna, aħna rridu nagħmlu ċert li nużawha sew. (2 Timotju 2:15) Dan l-artiklu se jiddiskuti x’nistgħu nagħmlu biex nużaw il-qawwa tal-Bibbja (1) fil-ħajja tagħna, (2) fil-ministeru tagħna, u (3) meta ngħallmu mill-platform. Dak li se nitgħallmu se jgħinna nuru l-imħabba u l-gratitudni tagħna għal Missierna tas-sema, li jgħallimna għall-ġid tagħna.—Isaija 48:17.
FIL-ĦAJJA TAGĦNA
4. (a) X’nistgħu nagħmlu sabiex il-Kelma t’Alla taffettwana? (b) Int kif tagħmel ħin għall-qari tiegħek tal-Bibbja?
4 Biex inħallu l-Kelma t’Alla taffettwana, hemm bżonn naqrawha regolarment. Aħna għandna nipprovaw naqrawha kuljum. (Ġożwè 1:8) Il-maġġoranza minna ngħixu ħajja mimlija ħafna, imma ma rridu nħallu xejn iwaqqafna milli naqraw il-Bibbja, inkluż ir-responsabbiltajiet tagħna. (Aqra Efesin 5:15, 16.) Forsi nsibu ħin kmieni filgħodu, matul il-ġurnata, jew iktar tard filgħaxija. Aħna naqblu mas-salmista li kiteb: “Kemm inħobbha l-liġi tiegħek! Il-jum kollu moħħni fiha.”—Salm 119:97.
Ma rridu nħallu xejn iwaqqafna milli naqraw il-Bibbja kuljum, inkluż ir-responsabbiltajiet tagħna
5, 6. (a) Għaliex għandna bżonn nimmeditaw? (b) Il-meditazzjoni tagħna kif tistaʼ tkun effettiva? (ċ) Il-qari tal-Bibbja u l-meditazzjoni fuqha kif għenuk?
5 Madankollu, li sempliċiment naqraw il-Bibbja mhux biżżejjed. Għandna bżonn nimmeditaw, jew naħsbu sew u fil-fond, dwar dak li naqraw. (Salm 1:1-3) Hu biss wara li nagħmlu dan li se nkunu nistgħu napplikaw l-għerf tal-Bibbja f’ħajjitna. Għalhekk, kemm jekk naqraw il-Bibbja f’forma pprintjata jew elettronika, il-mira tagħna għandha tkun li nħalluha tibdilna u timmotivana.
6 Il-meditazzjoni tagħna kif tistaʼ tkun effettiva? Meta naqraw il-Bibbja, għandna nieqfu ftit u nsaqsu lilna nfusna: ‘Dan x’jgħidli dwar Ġeħova? Kif diġà qed napplika dak li qrajt f’ħajti? Liema bidliet fadalli nagħmel?’ Meta nimmeditaw fuq il-Kelma t’Alla u nitolbu dwar dak li naqraw, aħna se nkunu rridu napplikawh. Imbagħad ħa nkunu nistgħu 2 Korintin 10:4, 5.
nesperjenzaw il-qawwa tal-Bibbja f’ħajjitna.—FIL-MINISTERU
7. Kif nistgħu nagħmlu użu tajjeb mill-Kelma t’Alla fil-ministeru tagħna?
7 Hu importanti li nużaw il-Kelma t’Alla taʼ spiss meta nippritkaw u ngħallmu. Wieħed ħu qal, “Kieku kont qed tipprietka minn dar għal dar maʼ Ġeħova, kont se titkellem int biss jew tħalli lilu wkoll jitkellem?” Meta naqraw mill-Bibbja lil xi ħadd, inkunu qed inħallu lil Ġeħova jkellmu. Skrittura magħżula bis-sens hi qawwija iktar minn kwalunkwe ħaġa li nistgħu ngħidu. (1 Tessalonikin 2:13) Meta tkun fil-ministeru, tipprova taqra mill-Bibbja spiss kemm jistaʼ jkun?
Meta naqraw mill-Bibbja lil xi ħadd, inkunu qed inħallu lil Ġeħova jkellmu
8. Għaliex għandna bżonn nagħmlu iktar milli sempliċiment naqraw l-iskritturi meta nippritkaw?
8 Madankollu, li naqraw vers mill-Bibbja lil dawk li nkunu qed inkellmu mhuwiex biżżejjed. Il-biċċa l-kbira tan-nies ma jifhmuhiex il-Bibbja. Dan kien minnu fl-ewwel seklu, u hu minnu llum ukoll. (Rumani 10:2) M’għandniex nassumu li l-inkwilin jifhem l-iskrittura li naqrawlu. Aħna nistgħu ngħinuh billi nirripetu l-kliem jew l-ideat prinċipali tal-vers u mbagħad nispjegaw xi jfissru. B’dal-mod, il-Kelma t’Alla tkun tistaʼ tilħaq qalb u moħħ in-nies.—Aqra Luqa 24:32.
9. Kif nistgħu ngħinu lin-nies jirrispettaw il-Bibbja b’dak li ngħidu qabel ma naqraw skrittura? Agħti eżempju.
9 Ukoll, dak li ngħidu qabel ma naqraw skrittura jistaʼ jgħin lill-inkwilin jirrispetta l-Bibbja. Pereżempju, nistgħu ngħidu, “Ejja naraw x’jgħid il-Ħallieq tagħna dwar dan is-suġġett.” Jew jekk qed nitkellmu maʼ xi ħadd li mhuwiex Kristjan, nistgħu ngħidu, “Ejja naraw x’tgħidilna l-Kitba Qaddisa.” Jekk niltaqgħu maʼ persuna li ma jimpurtahiex mir-reliġjon, nistgħu nistaqsu, “Qatt smajtu dan il-proverbju antik?” Jekk niftakru li kull persuna għandha l-background u t-twemmin tagħha, se nagħmlu kulma nistgħu biex l-introduzzjoni tagħna tkun waħda li tolqot lil dak li jkun.—1 Korintin 9:22, 23.
10. (a) X’esperjenza kellu wieħed ħu? (b) Int kif rajt il-qawwa tal-Kelma t’Alla fil-ministeru tiegħek?
10 Ħafna sabu li l-użu tal-Kelma t’Alla jistaʼ jkollu effett qawwi fuq in-nies li nitkellmu magħhom fil-ministeru. Pereżempju, wieħed ħu għamel żjara lura lil raġel xiħ li kien ilu jaqra r-rivisti tagħna għal ħafna snin. Darba, minflok ma sempliċiment tah l-aħħar rivista tat-Torri tal-Għassa, il-ħu ddeċieda li jaqralu skrittura. Hu qara t-2 Korintin 1:3, 4, li tgħid: “Il-Missier taʼ kull ħniena tenera u l-Alla taʼ kull faraġ . . . ifarraġna fit-tribulazzjoni [jew, tbatija] kollha tagħna.” Dal-kliem tant messlu qalbu lil dar-raġel li talab lill-ħu biex jerġaʼ jaqra l-versi. Imbagħad ir-raġel qal li hu u martu verament kellhom bżonn il-faraġ. Minħabba din l-iskrittura, hu ried ikun jaf iktar dwar il-Bibbja. L-użu tal-Kelma t’Alla fil-ministeru tagħna għandu qawwa kbira!—Atti 19:20.
META TGĦALLEM MILL-PLATFORM
11. L-aħwa rġiel li jgħallmu mill-platform liema responsabbiltà għandhom?
11 Aħna nieħdu pjaċir nattendu l-laqgħat, l-assembleat, u l-konvenzjonijiet tagħna. Ir-raġuni prinċipali għala nattendu hi biex inqimu lil Ġeħova. Ukoll, aħna nibbenefikaw minn dak li nitgħallmu. Għal dir-raġuni, l-aħwa rġiel li jgħallmu mill-platform għandhom privileġġ kbir u responsabbiltà serja. (Ġakbu 3:1) Huma għandhom jagħmlu ċert li t-tagħlim tagħhom ikun ibbażat fuq il-Kelma t’Alla. Jekk int għandek dan il-privileġġ, kif tistaʼ tuża l-qawwa tal-Bibbja biex tilħaq qalb l-udjenza tiegħek?
12. Wieħed li jagħti taħdita kif jistaʼ jagħmel ċert li din tkun ibbażata fuq l-Iskrittura?
12 L-Iskrittura trid tkun l-iktar parti importanti taʼ kull taħdita. (Ġwanni 7:16) Allura oqgħod attent ħafna li l-mod kif tagħti t-taħdita u l-esperjenzi jew l-eżempji li tuża ma jnaqqsux mill-attenzjoni li għandha tingħata lill-Bibbja. Ukoll, ftakar illi li taqra mill-Bibbja mhuwiex l-istess bħal li tgħallem mill-Bibbja. Fil-fatt, jekk taqra skoss skritturi, il-maġġoranza tan-nies mhumiex se jiftakruhom. Allura agħżel b’attenzjoni l-iskritturi li trid tuża. Imbagħad ħu l-ħin biex taqra, tispjega, tagħti eżempji li għandhom x’jaqsmu mal-vers, u tapplikahom sew fit-taħdita. (Neħemija 8:8) Meta taħdita tkun ibbażata fuq outline, agħmel ċert li tistudja l-outline u l-iskritturi li fih. Ipprova ifhem x’konnessjoni hemm bejn l-outline u l-iskritturi. Imbagħad uża xi ftit minn dawn l-iskritturi biex tgħallem il-punti tal-outline. (Tistaʼ ssib suġġerimenti tajbin fi studji 21 sa 23 tal-ktieb Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku.) U l-iktar importanti, itlob lil Ġeħova jgħinek biex taqsam il-ħsibijiet prezzjużi tiegħu mill-Bibbja m’oħrajn.—Aqra Esdra 7:10; Proverbji 3:13, 14.
13. (a) Waħda oħt kif ġiet affettwata minn skrittura li semgħet waqt laqgħa? (b) Il-mod kif il-Bibbja tintuża waqt il-laqgħat tagħna kif affettwak?
13 Meta oħt fl-Awstralja kienet għadha żgħira, ġrawlha ħafna affarijiet tal-biżaʼ, u għalkemm iktar tard saret taf lil Ġeħova, hi xorta ma setgħetx temmen għalkollox li Ġeħova kien iħobbha. Waqt laqgħa, din l-oħt semgħet skrittura li ħalliet effett kbir fuqha. Hi mmeditat fuq din l-iskrittura u għamlet riċerka. Dan wassalha biex taqra * (Ara n-nota taʼ taħt.) Int qatt smajt xi skrittura waqt laqgħa, assemblea, jew konvenzjoni li affettwatek b’dal-mod?—Neħemija 8:12.
versi oħra mill-Bibbja. B’hekk ikkonvinċiet ruħha li Ġeħova kien iħobbha.14. Kif nistgħu nuru li napprezzaw u nħobbu l-Kelma taʼ Ġeħova?
14 Ma nħossuniex grati lejn Ġeħova għall-Kelma miktuba tiegħu, il-Bibbja? Hu wiegħed li din se tibqaʼ teżisti, u hu żamm il-wegħda tiegħu. (1 Pietru 1:24, 25) Għalhekk irridu nagħmlu ċert li naqraw il-Bibbja regolarment, napplikawha f’ħajjitna, u nużawha biex ngħinu lil oħrajn. Meta nagħmlu dan, aħna nuru li verament inħobbu u napprezzaw dan it-teżor u, l-iktar importanti, l-Awtur tagħha, Alla Ġeħova.
^ par. 13 Ara l-kaxxa “Bidla fil-ħsieb tiegħi.”