Min qed jinfluwenza l-ħsibijiet tiegħek?
“Tibqgħux magħġunin skond din is-sistema.”—RUMANI 12:2.
1, 2. (a) Ġesù kif wieġeb meta Pietru qallu biex ikun ħanin miegħu nnifsu? (Ara l-ewwel stampa.) (b) Ġesù għala wieġeb b’dan il-mod?
ID-DIXXIPLI taʼ Ġesù kienu xxokkjati! Huma ħasbu li Ġesù kien se jerġaʼ jistabbilixxi s-saltna t’Iżrael, imma Ġesù qal li hu kien dalwaqt se jbati u jmut. L-ewwel li tkellem kien l-appostlu Pietru: “Kun ħanin miegħek innifsek, Mulej; żgur li mhux se jiġrilek dan.” Imma Ġesù wieġbu: “Itlaq minn quddiemi, Satana! Int tfixkil għalija, għax m’intix taħseb il-ħsibijiet t’Alla imma tal-bnedmin.”—Mattew 16:21-23; Atti 1:6.
2 B’dan il-kliem, Ġesù għamilha ċara li l-ħsibijiet taʼ Ġeħova huma differenti mill-ideat taʼ din id-dinja kkontrollata minn Satana. (1 Ġwanni 5:19) Pietru inkuraġġixxa lil Ġesù biex ikollu l-attitudni egoista li ħafna nies fid-dinja għandhom. Imma Ġesù kien jaf li Ġeħova riedu jipprepara lilu nnifsu għal dak li kien se jgħaddi minnu dalwaqt, tbatija u mewt. It-tweġiba taʼ Ġesù wriet biċ-ċar li hu aċċetta li jaħseb bħal Ġeħova u li rrifjuta kompletament il-ħsieb tad-dinja.
3. Għala hu diffiċli li naċċettaw il-ħsibijiet taʼ Ġeħova u nirrifjutaw dawk tad-dinja?
Efesin 2:2) Ukoll, in-nies tad-dinja spiss jiffokaw fuqhom infushom, u aħna jaf nitħajru naħsbu bħalhom. Iva, hu diffiċli li naħsbu bħal Ġeħova, imma hu veru faċli li naħsbu bħan-nies tad-dinja.
3 Xi ngħidu għalina? Naħsbu aħna bħal Ġeħova jew bħan-nies tad-dinja? Bħala Kristjani, aħna nagħmlu sforz biex naraw li dak li nagħmlu jogħġob lil Alla. Imma xi ngħidu għall-mod kif naħsbu? Qegħdin nagħmlu sforz biex naħsbu bħal Ġeħova, jiġifieri, biex naraw sitwazzjoni bil-mod kif jaraha hu? Dan jeħtieġ sforz kbir. Mill-banda l-oħra, biex naħsbu bħan-nies tad-dinja hu veru faċli. Dan għaliex l-ispirtu taʼ din id-dinja qiegħed kullimkien. (4. (a) X’jistaʼ jiġri jekk inħallu d-dinja tinfluwenza l-ħsibijiet tagħna? (b) X’se nitgħallmu f’dan l-artiklu?
4 Jekk inħallu d-dinja tinfluwenza l-ħsibijiet tagħna, hemm ċans li nsiru egoisti u nkunu rridu niddeċiedu aħna x’inhu tajjeb u ħażin għalina. (Marku 7:21, 22) Għalhekk, huwa importanti ħafna li nitgħallmu naħsbu “l-ħsibijiet t’Alla,” u mhux “tal-bnedmin.” Dan l-artiklu se jgħinna nagħmlu dan. Se nikkunsidraw raġunijiet għala li naraw sitwazzjoni bil-mod kif jaraha Ġeħova mhuwiex daqshekk taʼ sikkatura, imma hu taʼ ġid għalina. Se nikkunsidraw ukoll kif nistgħu nevitaw li niġu influwenzati, jew magħġunin, mill-ħsibijiet taʼ din id-dinja. Fl-artiklu li jmiss, se nitgħallmu kif jistaʼ jkollna l-ħarsa taʼ Ġeħova dwar ċerti sitwazzjonijiet u kif naħsbuha bħalu.
IL-ĦSIBIJIET TAʼ ĠEĦOVA HUMA TAʼ ĠID
5. Xi nies għala ma jridu lil ħadd jinfluwenzahom?
5 Xi nies ma jridu lil ħadd jinfluwenza l-mod kif jaħsbuha. Huma jgħidu, “Naħseb kif irrid.” Probabbilment, iridu jfissru li jridu jiddeċiedu huma x’jagħmlu u ma jagħmlux u li għandhom dritt jagħmlu dan. Huma ma jridu lil ħadd jikkontrollahom jew jisforzahom ikunu bħal ħaddieħor. * (Ara n-nota taʼ taħt.)
6. (a) Ġeħova liema libertà jagħtina? (b) Hija din il-libertà bla limitu?
6 Huwa tajjeb inżommu f’moħħna li jekk naċċettaw il-ħsibijiet taʼ Ġeħova, xorta jistaʼ jkollna l-opinjonijiet tagħna. It-2 Korintin 3:17 jgħid: “Fejn hemm l-ispirtu taʼ Ġeħova, hemm il-libertà.” Ġeħova jagħtina l-libertà li nagħżlu aħna x’tip taʼ persuna rridu nkunu. Jistaʼ jkollna l-preferenzi tagħna u nagħżlu affarijiet li jogħġbuna. Ġeħova ħalaqna b’dan il-mod. Imma dan ma jfissirx li għandna libertà bla limitu. (Aqra l-1 Pietru 2:16.) Meta jkollna bżonn inkunu nafu x’inhu tajjeb jew ħażin, Ġeħova jridna nużaw il-Kelma tiegħu bħala l-gwida tagħna. Huwa dan daqshekk taʼ sikkatura jew hu taʼ ġid għalina?
7, 8. Huwa daqshekk taʼ sikkatura li nqisu sitwazzjoni bil-mod kif iqisha Ġeħova? Agħti eżempju.
7 Ejja nieħdu eżempju. Il-ġenituri jipprovaw jgħallmu lit-tfal tagħhom valuri
tajbin. Huma għandhom mnejn jgħallmuhom ikunu onesti, jaħdmu iebes, u biex jimpurtahom minn oħrajn. Dan mhuwiex daqshekk taʼ sikkatura. Minflok, huma qed jippreparaw lit-tfal biex dawn jirnexxu fil-ħajja. Meta t-tfal jikbru u jitilqu mid-dar, huma se jkunu liberi li jagħmlu l-għażliet tagħhom. Jekk jagħżlu li jgħixu bil-valuri tajbin li għallmuhom il-ġenituri, huma għandhom iktar ċans li jieħdu deċiżjonijiet tajbin u jevitaw ħafna problemi, inkwiet, u dispjaċiri.Ġeħova jistidinna nitgħallmu nqisu sitwazzjoni bil-mod kif iqisha hu u biex ngħixu fi qbil mal-livelli tiegħu
8 Bħal ġenitur tajjeb, Ġeħova jrid li t-tfal tiegħu jkollhom l-aqwa ħajja possibbli. (Isaija 48:17, 18) Għalhekk, hu jgħallimna prinċipji bażiċi dwar l-imġiba morali u kif għandna nittrattaw lil oħrajn. Hu jistidinna nitgħallmu nqisu sitwazzjoni bil-mod kif iqisha hu u biex ngħixu fi qbil mal-livelli tiegħu. Dan mhuwiex daqshekk taʼ sikkatura. Minflok, dan jagħmilna iktar għaqlin u jgħinna nieħdu deċiżjonijiet aħjar. (Salm 92:5; Proverbji 2:1-5; Isaija 55:9) Xorta jistaʼ jkollna l-preferenzi personali tagħna, imma se nagħmlu għażliet li se jagħmluna ferħanin. (Salm 1:2, 3) Meta naħsbu bħal Ġeħova, se jkun taʼ ġid kbir għalina!
IL-ĦSIBIJIET TAʼ ĠEĦOVA HUMA SUPERJURI
9, 10. X’jagħti prova li l-ħsibijiet taʼ Ġeħova huma superjuri minn dawk tad-dinja?
9 Raġuni oħra għala rridu li jkollna l-ħsibijiet tagħna iktar jixbhu lil dawk taʼ Ġeħova hi għax il-ħsibijiet tiegħu huma ħafna iktar superjuri minn dawk tad-dinja. Id-dinja tagħti pariri dwar kondotta morali, kif ikollna familji ferħanin, u kif nirnexxu fil-karriera tagħna u aspetti oħra tal-ħajja. Imma fil-biċċa l-kbira dawn il-pariri ma jaqblux maʼ kif jaħseb Ġeħova. Pereżempju, id-dinja spiss tħeġġeġ lin-nies biex jiffokaw biss fuq dak li jogħġob lilhom u biex iqisu l-immoralità sesswali bħala aċċettabbli. U xi kultant tissuġġerixxi li koppja miżżewġa se jkunu iktar ferħanin jekk jisseparaw jew jiddivorzjaw għal raġunijiet żgħar. Dawn il-pariri jmorru kontra dak li tgħallem il-Bibbja. Imma huma llum il-pariri tad-dinja aħjar minn dawk tal-Bibbja?
10 Ġesù qal: “L-għerf jintwera li hu sewwa minn għemilu.” (Mattew 11:19) Għalkemm id-dinja għamlet progress kbir fit-teknoloġija, għadha ma rnexxilhiex issolvi l-problemi li ma jħalluniex inkunu ferħanin, bħalma huma l-gwerer, ir-razziżmu, u l-kriminalità. Ukoll, id-dinja tħares lejn l-immoralità sesswali bħala xi ħaġa aċċettata. Imma ħafna nies jammettu li din tkisser il-familji, toħloq problemi taʼ saħħa, u għandha konsegwenzi koroh oħra. Imma xi ngħidu għall-pariri taʼ Ġeħova? Kristjani li aċċettaw il-ħarsa taʼ Ġeħova għandhom familji iktar ferħanin, saħħa aħjar, u għandhom il-paċi maʼ ħuthom madwar id-dinja kollha. (Isaija 2:4; Atti 10:34, 35; 1 Korintin 6:9-11) Dan jagħti prova li l-ħsibijiet taʼ Ġeħova huma superjuri minn dawk tad-dinja.
11. Min influwenza l-ħsibijiet taʼ Mosè, u x’kien ir-riżultat?
11 Qaddejja leali taʼ Ġeħova fil-passat għarfu li l-ħsibijiet taʼ Ġeħova huma superjuri. Pereżempju, għalkemm Mosè kien mgħallem “fl-għerf kollu taʼ l-Eġizzjani,” hu kien jaf li l-għerf veru jiġi mingħand Ġeħova. (Atti 7:22; Salm 90:12) Għalhekk hu talab lil Ġeħova: “Ġegħelni nkun naf, jekk jogħġbok, il-mogħdijiet tiegħek.” (Eżodu 33:13) Minħabba li Mosè ħalla lil Ġeħova jinfluwenza l-ħsibijiet tiegħu, Ġeħova użah b’mod tal-għaġeb biex iwettaq l-iskop Tiegħu u onorah billi sejjaħlu raġel taʼ fidi kbira.—Ebrej 11:24-27.
12. Pawlu fuqiex ibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu?
12 L-appostlu Pawlu kien raġel intelliġenti, taʼ edukazzjoni kbira, u kien jitkellem minn tal-inqas b’żewġ lingwi. (Atti 5:34; 21:37, 39; 22:2, 3) Imma hu rrifjuta l-għerf tad-dinja u bbaża d-deċiżjonijiet tiegħu fuq il-Kelma t’Alla. (Aqra Atti 17:2; 1 Korintin 2:6, 7, 13.) B’hekk, hu kellu ministeru taʼ suċċess kbir u ħares ’il quddiem għal premju li kien se jibqaʼ għal dejjem.—2 Timotju 4:8.
13. Min hu responsabbli biex iġib il-ħsibijiet tiegħu fi qbil mal-mod kif Ġeħova jaħseb?
13 Biċ-ċar, il-ħsibijiet t’Alla huma ħafna iktar superjuri minn dawk tad-dinja. Jekk insegwu l-livelli t’Alla, aħna se nkunu verament ferħanin u nirnexxu. Imma Ġeħova mhux se jisforzana naħsbu bħalu. La “l-ilsir leali u għaqli” u lanqas l-anzjani ma jikkontrollaw il-ħsibijiet tagħna. (Mattew 24:45; 2 Korintin 1:24) Kull wieħed u waħda minna hu responsabbli biex iġib il-ħsibijiet tiegħu fi qbil mal-mod kif Ġeħova jaħseb. Kif nistgħu nagħmlu dan?
EVITA LI TIĠI INFLUWENZAT MINN DID-DINJA
14, 15. (a) Fuq xiex għandna nimmeditaw biex naħsbu bħal Ġeħova? (b) Għala m’għandniex inħallu ideat tad-dinja jidħlu f’moħħna? Agħti eżempju.
14 Rumani 12:2 jgħid: “Tibqgħux magħġunin skond din is-sistema, imma nbidlu billi ġġeddu moħħkom, biex tagħtu prova lilkom infuskom dwar x’inhi r-rieda tajba u aċċettabbli u perfetta t’Alla.” Din l-iskrittura tgħallimna li kien x’kien li influwenza l-ħsibijiet tagħna qabel ma tgħallimna l-verità, aħna nistgħu nbiddlu l-ħsibijiet tagħna u nġibuhom iktar bħal taʼ Alla. Għalkemm dak li nirtu mill-ġenituri u l-esperjenzi tal-ħajja influwenzaw xi ftit il-mod kif naħsbu, moħħna jistaʼ jkompli jinbidel. U dan se jinbidel l-iktar skont dak li nagħżlu li naħsbu dwaru. Jekk nimmeditaw fuq il-ħsibijiet taʼ Ġeħova, se nikkonvinċu lilna nfusna li l-ħsibijiet tiegħu huma dejjem tajbin. Imbagħad, se jkollna x-xewqa li naraw l-affarijiet bil-mod li jarahom hu.
15 Imma biex inġeddu moħħna ħalli naħsbu bħal Ġeħova, aħna m’għandniex ‘nibqgħu magħġunin skond din
is-sistema.’ Dan ifisser li għandna nieqfu naraw, naqraw, u nisimgħu dak kollu li jmur kontra l-ħsibijiet t’Alla. Biex nifhmu kemm dan hu importanti, ejja nieħdu l-eżempju tal-ikel. Jekk xi ħadd irid ikun iktar f’saħħtu għandu mnejn jiddeċiedi li jiekol ikel aħjar. Imma l-isforzi kollha tiegħu jkunu għalxejn jekk hu regolarment jiekol ikel ikkontaminat! Bl-istess mod, l-isforzi kollha tagħna biex nitgħallmu dwar il-ħsibijiet taʼ Ġeħova se jkunu għalxejn jekk inħallu l-ideat tad-dinja jidħlu f’moħħna.16. Minn xiex għandna nipproteġu lilna nfusna?
16 Nistgħu nevitaw kompletament l-ideat tad-dinja? Le, minħabba li ngħixu fiha xi ftit jew wisq se nkunu esposti għalihom. (1 Korintin 5:9, 10) Anki meta nippritkaw, se nisimgħu lin-nies jesprimu ideat ħżiena u twemmin falz. Imma għalkemm ma nistgħux nevitaw għalkollox ideat ħżiena, m’għandniex għalfejn nibqgħu naħsbu dwarhom jew naċċettawhom. Bħal Ġesù, għandna mill-ewwel nirrifjutaw ħsibijiet li Satana jixtieqna jkollna. Ukoll nistgħu nipproteġu lilna nfusna billi nevitaw li nkunu esposti bla bżonn għall-ideat tad-dinja.—Aqra Proverbji 4:23.
17. Kif nistgħu nevitaw li nkunu esposti bla bżonn għall-ideat tad-dinja?
17 Pereżempju, għandna noqogħdu attenti xi ħbieb nagħżlu. Il-Bibbja twissina li jekk insiru ħbieb maʼ nies li ma jaqdux lil Ġeħova, aħna se nibdew naħsbu bħalhom. (Proverbji 13:20; 1 Korintin 15:12, 32, 33) Għandna wkoll nagħżlu d-divertiment tagħna bil-għaqal. Meta nirrifjutaw divertiment li jippromwovi t-teorija tal-evoluzzjoni, il-vjolenza, jew l-immoralità, aħna nevitaw li nivvelenaw lil moħħna b’ideat li huma “kontra l-għarfien dwar Alla.”—2 Korintin 10:5.
18, 19. (a) Għala għandna noqogħdu attenti minn ideat tad-dinja li huma preżentati b’mod sottili? (b) Liema mistoqsijiet għandna nsaqsu lilna nfusna, u għala?
18 Għandna nagħrfu u nirrifjutaw Mattew 22:36-39) Ukoll, xi stejjer tat-tfal li nsibu fil-kotba, films, jew kartuns, għalkemm fil-biċċa l-kbira jistgħu jkunu aċċettabbli, jistgħu b’mod sottili jġiegħlu t-tfal jaċċettaw imġiba immorali.
ukoll ideat tad-dinja li jiġu preżentati b’modi sottili. Pereżempju, xi rapporti fuq l-aħbarijiet jintqalu b’mod li jxaqilbu lejn ċerti opinjonijiet politiċi. U xi stejjer tal-aħbarijiet jippromwovu miri u suċċessi li d-dinja tammira. Xi films u kotba jinkuraġġixxu l-ħsieb taʼ “l-ewwel jien” u “l-ewwel il-familja” u jagħmlu dan ir-raġunar jidher li hu ġust, jingħoġob, anki tajjeb. Però, dal-ħsieb jinjora l-Bibbja. Din tgħid li aħna u l-familji tagħna se nkunu verament ferħanin meta nħobbu lil Ġeħova qabel kollox. (19 Dan ma jfissirx li hu ħażin li ngawdu divertiment tajjeb. Imma għandna nsaqsu lilna nfusna: ‘Ninduna jien bl-ideat tad-dinja anki meta dawn ikunu preżentati b’mod sottili? Qiegħed jien nipproteġi lit-tfal tiegħi u lili nnifsi minn xi programmi tat-televixin u materjal li naqraw? Ngħin lit-tfal tiegħi jkollhom il-ħarsa taʼ Ġeħova dwar sitwazzjoni sabiex ma jiġux influwenzati mill-ideat tad-dinja li jaraw u jisimgħu?’ Jekk nagħrfu d-differenza li hemm bejn il-ħsieb t’Alla u tad-dinja, nistgħu nevitaw li niġu “magħġunin skond din is-sistema.”
MIN QED JINFLUWENZAK ISSA?
20. X’se jiddetermina jekk aħniex influwenzati mill-ħsibijiet t’Alla jew dawk tad-dinja?
20 Għandna niftakru li hemm biss żewġ sorsi minn fejn nieħdu l-informazzjoni. Wieħed hu Ġeħova u l-ieħor hu Satana u d-dinja tiegħu. Min qed jinfluwenzak? It-tweġiba hi, il-wieħed li tieħu l-informazzjoni minnu. Jekk naċċettaw l-ideat tad-dinja, id-dinja se tinfluwenza l-ħsibijiet tagħna u se naħsbu u naġixxu b’egoiżmu. Għalhekk huwa importanti ħafna li noqogħdu attenti x’nagħżlu li naraw, naqraw, nisimgħu, u dwar xiex naħsbu.
21. X’se niddiskutu fl-artiklu li jmiss?
21 F’dan l-artiklu tgħallimna li biex ikollna l-ħsibijiet taʼ Ġeħova għandna nevitaw l-ideat tad-dinja. Għandna wkoll nimmeditaw fuq il-ħsibijiet t’Alla ħalli naħsbu iktar bħalu. Fl-artiklu li jmiss, se nitgħallmu kif nagħmlu dan.
^ par. 5 Ir-realtà hi li anki l-iktar nies indipendenti huma influwenzati minn oħrajn. Pereżempju, kemm jekk naħsbu kif il-ħajja bdiet jew kemm jekk naħsbu x’se nilbsu, oħrajn xi ftit jew wisq jinfluwenzawna. Minkejja dan, aħna xorta nistgħu nagħżlu lil min se nħallu jinfluwenzana.