ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 21
Titqarrqux bl-“għerf taʼ din id-dinja”
“L-għerf taʼ din id-dinja hu bluha għal Alla.”—1 KOR. 3:19.
GĦANJA 98 L-Iskrittura—Imnebbħa minn Alla
ĦARSA BIL-QUDDIEM *
1. Il-Kelma t’Alla x’tgħallimna?
BIS-saħħa tal-Istruttur Grandjuż tagħna, Ġeħova, aħna nistgħu niffaċċjaw kwalunkwe sfida. (Is. 30:20, 21) Kelmtu tgħallimna dak kollu li għandna bżonn biex inkunu “kapaċi għalkollox” u ‘armati bis-sħiħ għal kull għemil tajjeb.’ (2 Tim. 3:17) Meta ngħixu skont it-tagħlim tal-Bibbja, aħna nsiru iktar għorrief minn dawk li jippromwovu “l-għerf taʼ din id-dinja.”—1 Kor. 3:19; Salm 119:97-100.
2. X’se neżaminaw f’dan l-artiklu?
2 Kif se naraw, l-għerf tad-dinja spiss jingħoġob mix-xewqat egoistiċi tagħna. Allura jistaʼ jkun li nsibuha diffiċli li ma naħsbux u ma naġixxux bħal uħud li huma parti mid-dinja. Mhux taʼ b’xejn li l-Bibbja tgħid: “Oqogħdu attenti li ma jkunx hemm xi ħadd li jaħtafkom taħt difrejh b’filosofija u qerq fieragħ skond it-tradizzjoni tal-bnedmin.” (Kol. 2:8) F’dan l-artiklu, se neżaminaw l-istorja taʼ kif saru popolari żewġ gidbiet li jgħallem Satana. F’kull aspett, se naraw kif l-għerf tad-dinja hu bluha u kif l-għerf tal-Kelma t’Alla hu bil-wisq superjuri minn kwalunkwe ħaġa li d-dinja toffri.
BIDLIET FIL-ĦARSA LEJN IL-MORALITÀ SESSWALI
3-4. Bejn l-1900 u l-1930, x’bidliet kien hemm fil-ħarsa lejn il-moralità sesswali fl-Istati Uniti?
3 Fl-Istati Uniti, bejn l-1900 u l-1930 kien hemm bidla kbira fil-ħarsa lejn il-moralità sesswali. Qabel, ħafna kienu jemmnu li s-sess kellu jsir biss fiż-żwieġ u ma kienx suġġett li titkellem dwaru fil-pubbliku. Imma dawn il-livelli ħadu tisbita kbira, u bdiet tinfirex ħarsa iktar tolleranti.
4 Iż-żmien bejn l-1920 u l-1929 sar magħruf bħala r-Roaring Twenties, għax il-mod taʼ kif in-nies aġixxew u l-attitudni tagħhom lejn is-sess inbidlu ħafna. “Il-films, ir-reċti, id-diski, il-kotba, u r-reklamar bdew juru ħafna affarijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sess,” tgħid riċerkatriċi. Matul dawk is-snin, l-istil taż-żfin ġiegħel lin-nies jaħsbu fis-sess u l-istil tal-ilbies sar inqas modest. Kif bassret il-Bibbja dwar l-aħħar jiem, in-nies kienu se jsiru “jħobbu l-pjaċiri.”—5. Mill-1960 ’il quddiem, id-dinja kif bdiet tqis il-livelli morali?
5 Wara l-1960, iktar u iktar nies bdew jgħixu flimkien mingħajr ma jiżżewġu u l-omosesswalità u d-divorzju saru iktar komuni. Ħafna tipi taʼ divertiment bdew juru s-sess iktar bil-miftuħ. X’kien ir-riżultat taʼ dan kollu? Awtriċi kitbet li l-kawża taʼ familji mkissrin, familji b’ġenitur wieħed, ġrieħi emozzjonali, nies li jiddependu mill-pornografija, u affarijiet taʼ niket bħal dawn għandha x’taqsam mal-fatt li n-nies waqfu jagħtu kas il-livelli morali. Iż-żieda taʼ mard trasmess sesswalment, bħall-AIDS, hu biss sinjal wieħed li l-għerf tad-dinja hu bluha.—2 Pt. 2:19.
6. Il-mod kif id-dinja tqis is-sess kif inhu eżatt dak li jrid Satana?
6 Il-mod kif id-dinja tqis is-sess hu eżatt dak li jrid Satana. Bla dubju, hu jitgħaxxaq jara n-nies jużaw is-sess b’mod li Alla ma jridx, u b’hekk ma jurux rispett lejn ir-rigal taż-żwieġ li Alla ta lill-bnedmin. (Efes. 2:2) Din l-immoralità sesswali mhux biss tnaqqas il-valur tar-rigal mill-isbaħ taʼ Ġeħova biex in-nies ikollhom it-tfal, imma wkoll tistaʼ ma tħallix lil dawk li jieħdu sehem fiha jirtu l-ħajja taʼ dejjem.—1 Kor. 6:9, 10.
IL-ĦARSA TAL-BIBBJA LEJN IL-MORALITÀ SESSWALI
7-8. Il-ħarsa tal-Bibbja dwar l-imġiba sesswali għala hi bil-wisq aħjar minn dik tad-dinja?
7 In-nies li jaċċettaw l-għerf taʼ din id-dinja jwaqqgħu għaċ-ċajt il-livelli morali tal-Bibbja, billi jgħidu li mhumiex realistiċi. Xi wħud forsi jistaqsu, ‘Alla għala ħalaqna b’xewqat sesswali u mbagħad jgħidilna biex inrażżnuhom?’ Huma jistaqsu dil-mistoqsija għax b’mod żbaljat jaħsbu li jekk xi ħadd jixtieq jagħmel xi ħaġa, għandu jagħmilha. Imma Kol. 3:5) Ukoll, Ġeħova tana r-rigal taż-żwieġ, arranġament fejn xewqat sesswali xierqa jistgħu jkunu sodisfati kif suppost. (1 Kor. 7:8, 9) Fiż-żwieġ, raġel u mara jistgħu jgawdu s-sess mingħajr id-dispjaċir u l-inkwiet li spiss jirriżultaw mill-immoralità.
l-Bibbja ma tgħidx hekk. Din tagħtina dinjità billi tgħallem li aħna nistgħu nagħżlu li nikkontrollaw xewqat mhux xierqa. (8 B’kuntrast mal-għerf tad-dinja, il-Bibbja tgħallimna l-ħarsa xierqa lejn is-sess. Din tgħid li s-sess jistaʼ jkun taʼ pjaċir. (Prov. 5:18, 19) Madankollu, tgħid: “Kull wieħed minnkom [“għandu”] jkun jaf kif jikkontrolla ġismu bil-qdusija u bl-unur, mhux b’aptit sesswali mimli xenqa bħalma għandhom ukoll dawk il-ġnus li ma jafux lil Alla.”—1 Tess. 4:4, 5.
9. (a) Il-poplu taʼ Ġeħova bejn l-1900 u l-1930, kif ġie inkuraġġit isegwi l-għerf superjuri tal-Kelma t’Alla? (b) X’parir għaqli hemm fl-1 Ġwanni 2:15, 16? (ċ) Skont Rumani 1:24-27, kontra liema prattiki immorali għandna niġġieldu?
9 Bejn l-1900 u l-1930, il-poplu taʼ Ġeħova ma ġiex imqarraq mill-ħarsa taʼ dawk li “tilfu kull sens morali.” (Efes. 4:19) Huma pprovaw iżommu qrib mal-livelli taʼ Ġeħova. It-Torri tal-Għassa bl-Ingliż tal-15 taʼ Mejju 1926 qal li “l-irġiel u n-nisa għandhom ikunu nodfa moralment u bla ebda tebgħa fil-ħsibijiet u l-azzjonijiet tagħhom, speċjalment maʼ dawk tas-sess oppost.” Minkejja dak li kien qed jiġri fid-dinja, il-poplu taʼ Ġeħova segwa l-għerf superjuri tal-Kelma t’Alla. (Aqra l-1 Ġwanni 2:15, 16.) Kemm aħna grati li għandna l-Kelma t’Alla! Aħna grati wkoll li Ġeħova jipprovdi ikel spiritwali fil-ħin u fil-waqt biex jgħinna niġġieldu kontra l-ħarsa tad-dinja dwar il-moralità sesswali. *—Aqra Rumani 1:24-27.
BIDLIET F’KEMM WIEĦED IĦOBB LILU NNIFSU
10-11. Il-Bibbja x’wissiet li se jiġri matul l-aħħar jiem?
10 Il-Bibbja wissiet li matul l-aħħar jiem, in-nies kienu se jsiru “jħobbu lilhom infushom.” (2 Tim. 3:1, 2) Mhix taʼ sorpriża li d-dinja tinkuraġġixxi din l-attitudni egoista. Enċiklopedija tgħid li matul is-snin sebgħin “kotba li jagħtu pariri kif ikollok ħajja taʼ suċċess kienu popolari ħafna.” Xi kotba “ħeġġew lill-qarrejja tagħhom biex isiru jafu u jaċċettaw lilhom infushom u biex ma jinbidlux.” Pereżempju, ikkunsidra dak li qal wieħed mill-kotba: “Ħobb lilek innifsek għax int l-iktar persuna sabiħa u eċċitanti li qatt eżistiet.” Il-ktieb jgħid li persuna għandha tiddeċiedi għaliha nfisha kif taġixxi, u tagħmel dak li hi tħoss li hu tajjeb u konvenjenti għaliha.
11 Familjari għalik din l-idea? Satana inkuraġġixxa lil Eva biex tagħmel xi ħaġa simili. Hu qal li hi setgħet ‘tkun bħal Alla, tagħraf it-tajjeb u l-ħażin.’ (Ġen. 3:5) Illum, ħafna tant huma kburin li jaħsbu li ħadd ma jistaʼ jgħidilhom x’inhu tajjeb u ħażin, lanqas Alla. Pereżempju, din l-attitudni saret evidenti b’mod speċjali fil-mod kif in-nies iqisu ż-żwieġ.
12. Id-dinja liema ħarsa lejn iż-żwieġ tinkuraġġixxi?
12 Il-Bibbja tgħallem lill-miżżewġin biex juru rispett lejn xulxin u jżommu Ġen. 2:24) B’kuntrast, dawk influwenzati mill-għerf tad-dinja jinkuraġġixxu ħarsa differenti, billi jgħidu li kull persuna miżżewġa għandha tiffoka fuq il-bżonnijiet tagħha stess. “F’xi ċerimonji,” jgħid ktieb dwar id-divorzju, “il-wegħda tradizzjonali li jibqgħu miżżewġin ‘sakemm it-tnejn li huma jgħixu’ ġiet mibdula bil-wegħda iktar limitata, dik li jibqgħu miżżewġin ‘sakemm it-tnejn li huma jħobbu lil xulxin.’” Peress li n-nies iqisu ż-żwieġ bħala li mhux permanenti, hawn ħafna u ħafna familji mkissrin u wġigħ emozzjonali kbir. Bla dubju, il-ħarsa tad-dinja lejn iż-żwieġ hi bluha.
l-wegħdi li għamlu meta żżewġu. Din tinkuraġġihom ikunu determinati li jibqgħu flimkien billi tgħid: “Raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jrid jingħaqad maʼ martu u huma jsiru ġisem wieħed.” (13. Semmi raġuni waħda għala Ġeħova jobgħod lin-nies kburin.
13 Il-Bibbja tgħid: “Kulmin hu kburi f’qalbu hu xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova.” (Prov. 16:5) Ġeħova għala jistkerrah, jew jobgħod, lin-nies kburin? Raġuni waħda hi li dawk li jiżviluppaw u jinkuraġġixxu mħabba kburija lejhom infushom isiru arroganti bħal Satana. Immaġina naqra kemm kien arroganti Satana meta ħaseb li Ġesù, il-wieħed li Alla uża biex joħloq l-affarijiet kollha, kellu jqim lilu! (Mt. 4:8, 9; Kol. 1:15, 16) Dawk li għandhom din il-ħarsa kburija lejhom infushom jikkonfermaw li l-għerf tad-dinja hu bluha għal Alla.
IL-ĦARSA TAL-BIBBJA LEJN KEMM WIEĦED IĦOBB LILU NNIFSU
14. Rumani 12:3 kif jgħinna jkollna ħarsa bilanċjata tagħna nfusna?
14 Il-Bibbja tgħinna jkollna ħarsa bilanċjata tagħna nfusna. Din tgħid li huwa xieraq li jkollna xi ftit imħabba lejna nfusna. Ġesù qal: “Ħobb lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.” Dan juri li għandna nagħtu ammont raġonevoli Mt. 19:19) Madankollu, il-Bibbja ma tgħallimx li għandna naħsbu li aħna iktar importanti minn oħrajn. Pjuttost tgħid: “Tagħmlu xejn bi ġlied jew bi kburija, imma b’umiltà tqisu lill-oħrajn superjuri għalikom.”—Flp. 2:3; aqra Rumani 12:3.
t’attenzjoni għall-bżonnijiet tagħna. (15. Int għala tħoss li l-pariri tal-Bibbja dwar l-imħabba lejna nfusna huma tajbin?
15 Illum, ħafna nies li huma meqjusin għorrief iwaqqgħu għaċ-ċajt il-pariri tal-Bibbja dwar l-imħabba lejna nfusna. Huma jgħidu li jekk taħseb li oħrajn huma superjuri għalik, dan jagħmlek vulnerabbli, u oħrajn se jieħdu vantaġġ minnek. Imma x’kien verament ir-riżultat tal-attitudni inkuraġġita mid-dinja taʼ Satana? Xi nnotajt int? Huma ferħanin in-nies egoisti? Għandhom familji ferħanin? Għandhom ħbieb veri? Għandhom ħbiberija mill-qrib m’Alla? Minn dak li rajt, liema għerf għandu l-aħjar riżultati—dak tad-dinja jew dak li nsibu fil-Kelma t’Alla?
16-17. Għal xiex għandna nkunu grati, u għala?
16 In-nies li jimxu fuq il-pariri taʼ dawk li d-dinja tqishom għorrief huma bħal turist li jitlob lil turist ieħor biex jgħidlu fejn irid imur, meta t-tnejn huma mitlufin. Dwar l-irġiel “għorrief” taʼ żmienu, Ġesù qal: “Dawk gwidi għomja. Għalhekk, jekk agħma jmexxi lil agħma, it-tnejn jaqgħu f’ħofra.” (Mt. 15:14) Verament, l-għerf taʼ did-dinja hu bluha għal Alla.
17 Il-pariri għaqlin tal-Bibbja dejjem urew li ‘jiswew biex jgħallmu, iwiddbu, jikkoreġu, jiddixxiplinaw fis-sewwa.’ (2 Tim. 3:16) Kemm għandna nkunu grati li Ġeħova, permezz tal-organizzazzjoni tiegħu, ipproteġiena mill-għerf taʼ din id-dinja! (Efes. 4:14) L-ikel spiritwali li provda hu jagħtina s-saħħa li neħtieġu biex insegwu l-livelli taʼ Kelmtu. Xi privileġġ għandna li niġu gwidati mill-għerf infallibbli li hemm fil-Bibbja!
GĦANJA 54 “Din hi t-triq”
^ par. 5 Dan l-artiklu se jgħinna nsaħħu l-konvinzjoni tagħna li Ġeħova hu l-uniku Sors taʼ gwida taʼ min jafdah. Ukoll, se jurina li jekk nimxu mal-għerf tad-dinja se jkollna konsegwenzi traġiċi, filwaqt li jekk napplikaw l-għerf tal-Kelma t’Alla se jkun taʼ benefiċċju.
^ par. 50 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Hawn naraw xi mumenti matul il-ħajja taʼ koppja li huma Xhieda. Il-ħu u l-oħt jippritkaw lejn l-aħħar tas-snin sittin.
^ par. 52 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA: Fis-snin tmenin, ir-raġel jieħu ħsieb martu li hi marida filwaqt li binthom qed tħares.
^ par. 54 X’TGĦIDILNA L-ISTAMPA Illum, il-koppja tħares lura b’ferħ meta tiftakar il-ħajja li kellha fis-servizz taʼ Ġeħova. Binthom, li issa kibret, u familtha qed jifirħu magħhom.