X’għamel Alla?
Jekk tixtieq issir taf lil xi ħadd sew, ikun t’għajnuna jekk issir taf dak li wettaq u l-isfidi li għeleb. B’mod simili, jekk trid issir taf lil Alla sew, għandek bżonn issir taf dak li għamel. Int u tagħmel dan, taf tibqaʼ sorpriż li ssir taf kemm ħafna minn dak li għamel fil-passat hu taʼ benefiċċju għalina issa u jinvolvi l-futur tagħna.
ALLA ĦALAQ KOLLOX GĦALL-BENEFIĊĊJU TAGĦNA
Alla Ġeħova hu l-Ħallieq Grandjuż, u “l-kwalitajiet inviżibbli tiegħu, . . . kienu jidhru ċar mill-ħolqien tad-dinja ’l quddiem, għax jintgħarfu mill-affarijiet li nħolqu.” (Rumani 1:20) “Hu Dak li għamel l-art bil-qawwa tiegħu, li b’għerfu waqqaf l-art produttiva fis-sod, u li bl-intelliġenza tiegħu firex is-smewwiet.” (Ġeremija 10:12) Anke l-għeġubijiet tal-ħolqien juru kemm Alla għandu interess fina.
Ikkunsidra kif Ġeħova sebbaħ il-ħajja tagħna billi ħalaq lill-bnedmin “fix-xbieha tiegħu.” (Ġenesi 1:27) Dan ifisser li hu għamilha possibbli għalina, għalkemm bi ftit, li nirriflettu l-kwalitajiet superjuri tiegħu. Hu ħalaqna b’kapaċità spiritwali, jiġifieri l-abbiltà li nifhmu l-valuri u l-ħarsa tiegħu dwar l-affarijiet. Hekk kif nistinkaw biex ngħixu fi qbil maʼ dawn, se jkollna iktar ferħ u skop f’ħajjitna. Iktar minn hekk, hu tana l-possibbiltà li niżviluppaw ħbiberija miegħu.
L-art turi kif Alla jħossu dwarna. Fi kliem l-appostlu Pawlu, Alla ‘ma ħalliex lilu nnifsu mingħajr xiehda billi għamel it-tajjeb u tana x-xita mis-sema u l-istaġuni tal-frott u mlielna qlubna għalkollox bl-ikel u bil-ferħ.’ (Atti 14:17) Alla tana bil-wisq iktar milli għandna bżonn biex nibqgħu ħajjin. Hu tana b’abbundanza kemm f’dik li hi kwantità u kemm f’dik li hi varjetà biex inkunu nistgħu ngawdu l-ħajja. Dan hu biss ftit minn dak li hu jrid għalina.
Salm 115:16; Isaija 45:18) Abitata minn min u għal kemm żmien? “Il-ġusti se jirtu l-art, u jgħammru fiha għal dejjem.”—Salm 37:29.
Ġeħova ħalaq l-art sabiex il-bnedmin ikunu jistgħu jgħixu fuqha għal dejjem. Il-Bibbja tgħid: “L-art taha lil ulied il-bnedmin” u li hu ‘ma ħalaqhiex sempliċement għalxejn, [imma] sawwarha biex tkun abitata.’ (Fi qbil maʼ dan, Ġeħova ħalaq l-ewwel raġel u mara, Adam u Eva, u qegħedhom fi ġnien fuq l-art ‘biex jikkultivawh u jieħdu ħsiebu.’ (Ġenesi 2:8, 15) Alla tahom dawn l-inkarigi eċċitanti: “Nisslu u oktru u imlew l-art u rażżnuha.” (Ġenesi 1:28) B’hekk, Adam u Eva kellhom quddiemhom it-tama li jgawdu ħajja bla tmiem fuq l-art. B’dispjaċir, huma għażlu li ma jobdux lil Alla u minħabba f’hekk tilfu l-opportunità li jkunu fost “il-ġusti” li “se jirtu l-art.” Madankollu, bħalma se naraw, l-azzjonijiet tagħhom ma bidlux l-iskop taʼ Ġeħova għalina jew għall-art. Imma l-ewwel ejja nikkunsidraw xi ħaġa oħra li Alla għamel.
ALLA TA L-KELMA TIEGĦU BIL-MIKTUB
Il-Bibbja hi magħrufa wkoll bħala l-Kelma t’Alla. Ġeħova għala tana l-Bibbja? B’mod primarju, biex inkunu nistgħu nitgħallmu dwaru. (Proverbji 2:1-5) Hu minnu li l-Bibbja ma twiġibx kull mistoqsija li jistaʼ jkollna dwar Alla—l-ebda ktieb ma jistaʼ jagħmel dan. (Ekkleżjasti 3:11) Imma dak kollu li fiha l-Bibbja jgħinna nsiru nafu lil Alla. Insiru nafu min hu bil-mod kif jittratta l-poplu tiegħu. Nistgħu ninnotaw x’tip taʼ nies iħobb u ma jħobbx. (Salm 15:1-5) Insiru nafu x’inhi l-ħarsa tiegħu dwar il-qima, l-immoralità, u l-affarijiet materjali. U l-Bibbja tagħtina l-iktar deskrizzjoni ċara tal-personalità taʼ Ġeħova permezz taʼ dak li qal u għamel Ibnu, Ġesù Kristu.—Ġwanni 14:9.
Raġuni oħra għala Ġeħova tana Kelmtu, il-Bibbja, hi sabiex aħna nkunu nafu kif ngħixu ħajja ferħana u bi skop. Permezz tal-Bibbja, Ġeħova jgħidilna kif ikollna ħajja tal-familja ferħana, kif inkunu kuntenti, u kif inkampaw mal-ansjetà. U bħalma se tispjega iktar tard din ir-rivista, il-Bibbja fiha t-tweġibiet għall-iktar mistoqsijiet importanti tal-ħajja bħal: Għala hawn daqstant tbatija? X’hemm jistenniena fil-futur? Tispjega wkoll x’għamel Alla biex ikun ċert li l-iskop oriġinali tiegħu jitwettaq.
Hemm modi oħra li juru li l-Bibbja hi ktieb speċjali ħafna u li l-awtur tagħha jistaʼ jkun biss Alla. Din inkitbet fuq perjodu taʼ madwar 1,600 sena minn xi 40 raġel, imma fiha tema prinċipali waħda għax l-Awtur veru tagħha hu Alla. (2 Timotju 3:16) Għall-kuntrarju taʼ xogħlijiet oħra tal-qedem, din ġiet preservata b’eżattezza matul is-snin, bħalma juru eluf taʼ manuskritti tal-qedem tal-Bibbja. Iktar minn hekk, il-Bibbja baqgħet teżisti minkejja li saru sforzi biex ma tiġix tradotta, biex ma titqassamx, u biex ma tinqarax. Illum hi l-iktar ktieb li ġie mqassam u tradott. Il-fatt li l-Bibbja għadha teżisti hi prova li “l-kelma t’Alla tagħna, din tibqaʼ għal dejjem.”—Isaija 40:8.
ALLA TA GARANZIJA TAL-ISKOP TIEGĦU
Xi ħaġ’oħra li Alla ta hu l-provvediment speċjali li għamel biex jiggarantixxi li l-iskop tiegħu għalina jitwettaq. Bħalma ssemma qabel, l-iskop t’Alla għall-bnedmin kien li jgħixu għal dejjem fuq l-art. Madankollu, meta Adam għażel li ma jobdix lil Alla u għaldaqstant dineb, hu mhux biss tilef l-opportunità għalih innifsu li jgħix għal dejjem imma wkoll għat-tfal li kien se jkollu fil-futur. “Permezz taʼ bniedem wieħed id-dnub daħal fid-dinja, u permezz tad-dnub il-mewt, u b’hekk il-mewt infirxet fuq il-bnedmin kollha għax kollha dinbu.” (Rumani 5:12) Minħabba din id-diżubbidjenza, kien donnu jidher li l-iskop t’Alla għall-art ma kienx se jitwettaq. Ġeħova kif irreaġixxa?
L-azzjonijiet taʼ Ġeħova kienu fi qbil mal-kwalitajiet tiegħu. Hu b’mod ġust żamm lil Adam u Eva responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom, imma bi mħabba għamel provvedimenti għan-nisel tagħhom li kien se jkollhom fil-futur. Fl-għerf tiegħu, Ġeħova ddeċieda kif se jittratta s-sitwazzjoni u Ġenesi 3:15) Il-ħelsien mid-dnub u l-mewt kien se jiġi provdut permezz tal-Iben t’Alla, Ġesù Kristu. Dan x’kien jinvolvi?
mill-ewwel bassar soluzzjoni. (Biex jifdi lill-bnedmin mill-effetti tar-ribelljoni t’Adam, Ġeħova bagħat lil Ġesù fuq l-art biex jgħallem lin-nies it-triq għall-ħajja u biex “jagħti ruħu b’fidwa għal ħafna.” a (Mattew 20:28; Ġwanni 14:6) Ġesù setaʼ jagħti l-fidwa għax hu kien raġel perfett bħal Adam. Imma b’differenza għal Adam, Ġesù baqaʼ jobdi b’mod perfett, saħansitra sal-mewt. Ladarba Ġesù ma kienx jistħoqqlu li jmut, Ġeħova rxoxtah lura għall-ħajja fis-sema. Ġesù issa setaʼ jagħmel dak li Adam naqas milli jagħmel—jagħti lill-bnedmin ubbidjenti t-tama li jgħixu għal dejjem. “Għax bħalma bid-diżubbidjenza taʼ bniedem wieħed ħafna saru midinbin, hekk ukoll bl-ubbidjenza taʼ persuna waħda ħafna se jsiru ġusti.” (Rumani 5:19) Permezz tas-sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala fidwa, Alla se jwettaq il-wegħda tiegħu li l-bnedmin jgħixu għal dejjem fuq l-art.
Nistgħu nitgħallmu ħafna dwar Ġeħova mill-mod kif tratta mal-problemi li ġew minħabba d-diżubbidjenza t’Adam. Naraw li xejn ma jistaʼ jżomm lura lil Ġeħova milli jispiċċa dak li beda; kelmtu “żgur tirnexxi.” (Isaija 55:11) Nitgħallmu wkoll kemm Ġeħova jħobbna. “B’dan intweriet l-imħabba t’Alla għalina, għax Alla bagħat lill-Iben uniġenitu tiegħu fid-dinja biex niksbu l-ħajja permezz tiegħu. L-imħabba qiegħda f’dan: li mhux aħna ħabbejna lil Alla, imma hu ħabbna u bagħat lil Ibnu bħala sagrifiċċju propizjatorju għal dnubietna.”—1 Ġwanni 4:9, 10.
Alla “lanqas lil Ibnu stess ma ħelisha imma tah għalina lkoll.” Għalhekk, aħna ċerti li Alla se jagħtina “b’qalb tajba l-affarijiet l-oħra kollha” li wegħedna. (Rumani 8:32) Alla x’wiegħed li se jagħmel għalina? Jekk jogħġbok, kompli aqra.
X’GĦAMEL ALLA? Ġeħova ħalaq lill-bnedmin biex jgħixu għal dejjem fuq l-art. Hu tana l-Bibbja sabiex inkunu nistgħu nitgħallmu dwaru. Permezz taʼ Ġesù Kristu, Ġeħova pprovda l-fidwa, u b’hekk aċċertana li l-iskop tiegħu se jseħħ żgur
a Għal iktar informazzjoni dwar il-fidwa, ara lezzjoni 27 tal-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!, ippubblikat mix-Xhieda taʼ Ġeħova u disponibbli onlajn fuq www.dan124.com/mt.