X’tgħid il-Bibbja?
Qatt se jkun hawn ġustizzja fuq l-art?
Int kieku x’tgħid?
Iva
Le
Forsi
Dak li tgħid il-Bibbja
“Jien naf tajjeb li Ġeħova se jaqbeż għad-dritt legali tal-magħkus u jwettaq il-ġudizzju għall-foqra.” (Salm 140:12) Is-Saltna t’Alla se ġġib ġustizzja vera fuq l-art.
X’nistgħu nitgħallmu iżjed mill-Bibbja?
Alla qed jara l-inġustizzji li qed isiru fid-dinja, u hu se jġib ġustizzja.—Ekkleżjasti 5:8.
Il-ġustizzja minn Alla se ġġib paċi u sigurtà fuq l-art.—Isaija 32:16-18.
Jippreferi Alla xi grupp taʼ nies minn ieħor?
Xi wħud jemmnu li Alla bierek jew seħet li xi gruppi partikulari taʼ nies, filwaqt li oħrajn jemmnu li Alla jittratta lil kulħadd l-istess. Int x’taħseb?
Dak li tgħid il-Bibbja
“Alla mhux parzjali, imma f’kull ġens min jibżaʼ minnu u jagħmel is-sewwa hu aċċettat minnu.” (Atti 10:34, 35) Fil-ħarsa t’Alla, in-nies kollha huma ndaqs.
X’nistgħu nitgħallmu iżjed mill-Bibbja?
Il-Bibbja fiha “aħbar tajba” għal “kull ġens u tribù u lsien u poplu.”—Rivelazzjoni 14:6.