Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IT-TORRI TAL-GĦASSA Nru. 3 2018 | Jimpurtah Alla minnek?

JIMPURTAH ALLA MINNEK?

Meta jseħħ xi diżastru jew xi nies ikunu qed ibatu u jmutu, aħna forsi nitħassbu jekk Alla hux qed jara dak li qed jiġri jew jekk jimpurtahx. Il-​Bibbja tgħid:

“Għax għajnejn Ġeħova huma fuq in-​nies sewwa, u widnejh miftuħin għat-​talb bil-​ħerqa tagħhom; imma Ġeħova jdawwar wiċċu lil hinn minn dawk li qed jagħmlu l-​ħażen.”—1 Pietru 3:12.

Din il-​ħarġa tat-​Torri tal-​Għassa turi kif Alla jgħinna u x’qed jagħmel biex ineħħi t-​tbatija kollha.

 

“Fejn kien Alla?”

Ġrat xi traġedja li ġegħlitek taħseb jekk Alla jimpurtahx minnek personalment?

Jinnotak Alla?

Liema evidenza hemm li turi li Alla jinteressah ħafna mill-benesseri tiegħek?

Jifhmek Alla lilek?

L-għarfien uniku li Alla għandu dwarna u dwar kif aħna magħmulin jaċċertana li hu verament jifhimna sal-iċken dettall.

Alla juri empatija?

Il-Bibbja taċċertana li Alla jinnotana, jifhimna, u jħoss għalina.

It-tbatija—Hi kastig mingħand Alla?

Qed juża Alla l-mard jew it-traġedji biex jikkastiga lin-nies għal dnubiethom?

Taʼ min hu t-tort?

Il-Bibbja tirrivela tliet raġunijiet prinċipali għala n-nies ibatu.

Alla dalwaqt se jtemm it-tbatija kollha

Kif nistgħu nkunu nafu li dalwaqt Alla se jtemm it-tbatija u l-inġustizzja kollha?

Kif tistaʼ tibbenefika mill-fatt li Alla jimpurtah minnek

L-Iskrittura tgħinna nsaħħu l-fidi fil-wegħdi t’Alla għall-futur mill-isbaħ.

Alla kif iħossu dwar it-tbatija tiegħek?

Dawn il-versi tal-Bibbja jistgħu jgħinuk tifhem kif Alla jħossu dwar it-tbatija.