Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’tiftakar?

X’tiftakar?

Tistaʼ twieġeb dawn il-​mistoqsijiet ibbażati fuq It-​Torri tal-​Għassa tal-​2019?

Xi tfisser il-​wegħda t’Alla: “Kwalunkwe arma li tissawwar kontrik ma tirnexxix”? (Is. 54:17)

Aħna jistaʼ jkollna l-​fiduċja li Alla se jipproteġina mit-​taħbit tal-​għedewwa. (Is. 25:4, 5) L-​għedewwa tagħna qatt mhu se jirnexxilhom iġegħluna nsofru għal dejjem.—w19.01, pp. 6-7.

Alla x’għamlilhom lill-​Kangħanin u lill-​Iżraelin diżubbidjenti biex juri l-​ġustizzja tiegħu?

Alla ġab ġudizzju fuq dawk li ħadu sehem f’affarijiet moqżieża sesswalment jew trattaw ħażin lin-​nisa u t-​tfal. Hu bierek lin-​nies li obdewh u ttrattaw lil xulxin b’mod ġust.—w19.02, pp. 22-23.

X’għandna nagħmlu jekk inkunu preżenti meta xi ħadd li mhux Xhud jgħid talba?

Aħna nistgħu nibqgħu kwieti u nuru rispett imma ma ngħidux “ammen” jew inżommu id oħrajn. Nistgħu ngħidu t-​talba tagħna f’qalbna.—w19.03, p. 31.

Kemm hu serju l-​abbuż fuq it-​tfal?

L-​abbuż fuq it-​tfal hu dnub kontra l-​vittma, il-​kongregazzjoni, l-​awtoritajiet governattivi, u Alla. F’pajjiż fejn il-​liġi titlob li allegazzjonijiet t’abbuż jiġu rapportati, l-​anzjani jaġixxu fi qbil mal-​liġi.—w19.05, pp. 9-10.

Kif tistaʼ tbiddel jew ittejjeb dak li verament int minn ġewwa?

Il-​passi importanti huma: Tkellem maʼ Ġeħova fit-​talb. Immedita bil-​mira li tanalizza lilek innifsek. Agħżel il-​ħbieb tiegħek sew.—w19.06, p. 11.

X’nistgħu nagħmlu biex nippreparaw issa għall-​persekuzzjoni?

Irridu nsaħħu l-​ħbiberija tagħna maʼ Ġeħova. Inkunu konvinti li jħobbna u qatt mhu se jabbandunana. Naqraw il-​Bibbja kuljum, u nitolbu regolarment. Inkunu konvinti li l-​barkiet tas-​Saltna t’Alla se jitwettqu. Nitgħallmu bl-​amment l-​iskritturi favoriti u għanjiet li jfaħħru lil Ġeħova mill-​ktieb u l-​websajt tagħna.—w19.07, pp. 2-​4.

X’nistgħu nagħmlu biex ngħinu lil tal-​familja jsalvaw?

Hu importanti li nuru empatija, inħallu l-​kondotta mill-​aħjar tagħna tagħti xhieda tajba, u nkunu paċenzjużi u nużaw it-​tattika.—w19.08, pp. 15-17.

Bħalma wegħedna Ġesù f’​Mattew 11:28, aħna kif ningħataw serħan?

Permezz taʼ indokraturi Kristjani li jħobbuna, l-​aħjar ħbieb, u l-​aħjar xogħol.—w19.09, p. 23.

Alla kif jistaʼ jagħtina r-​rieda u l-​qawwa biex naġixxu? (Flp. 2:13)

Hekk kif naqraw il-​Kelma t’Alla u naħsbu fil-​fond fuqha, Alla jistaʼ jaħdem fina biex ikollna kemm ir-​rieda, jew xewqa, u kemm il-​qawwa biex naġixxu. L-​ispirtu tiegħu jistaʼ jtejjeb l-​abbiltajiet li diġà għandna.—w19.10, p. 21.

Liema passi għaqlin għandna nieħdu qabel deċiżjoni serja?

Ħames passi huma: Agħmel riċerka sew. Itlob għall-​għerf. Ara x’inhi r-​raġuni għad-​deċiżjoni. Ara li jkollok miri speċifiċi. Kun realistiku.—w19.11, pp. 27-29.

L-​idea tal-​immortalità tar-​ruħ bdiet mill-​kliem li Satana qal lil Eva?

Milli jidher le. Satana qal lil Eva li hi ma kinitx se tmut, u mhux li kienet biss se tidher li mietet. Kull idea reliġjuża falza ġiet meqruda fid-​Dulluvju. It-​twemmin tar-​ruħ immortali milli jidher beda qabel ma Alla xerred lin-​nies li kienu qed jibnu t-​torri taʼ Babel mal-​art kollha.—w19.12, p. 15.