Kunu determinati li ‘tkomplu turu mħabbitkom lejn l-aħwa’!
“Komplu uru mħabbitkom lejn l-aħwa.”—EBREJ 13:1.
1, 2. Pawlu għala kiteb ittra lill-Kristjani Ebrej?
FIS-sena 61 wara Kristu (WK), il-kongregazzjonijiet fl-Iżrael kollu kienu qed igawdu ċerta paċi. Għalkemm l-appostlu Pawlu kien il-ħabs f’Ruma, hu ttama li jkun meħlus mingħajr dewmien. Timotju, li kien qed jivvjaġġa miegħu, kien għadu kif ġie meħlus mill-ħabs, u flimkien ittamaw li jżuru l-aħwa fil-Lhudija. (Ebrej 13:23) Madankollu, f’ħames snin biss, il-Kristjani fil-Lhudija, u speċjalment dawk li kienu qed jgħixu f’Ġerusalemm, kellhom jaġixxu minnufih. Għala? Iktar kmieni, Ġesù kien qal lis-segwaċi tiegħu li hekk kif jaraw lil Ġerusalemm imdawra bis-suldati, kien se jkollhom bżonn jaħarbu.—Luqa 21:20-24.
2 Kienu għaddew 28 sena minn mindu Ġesù ta din it-twissija lis-segwaċi tiegħu. Matul dak iż-żmien, il-Kristjani fl-Iżrael baqgħu leali minkejja li kellhom ħafna persekuzzjoni u għaddew minn ħafna provi. (Ebrej 10:32-34) Imma Pawlu ried jippreparahom għal dak li kien se jiġri fil-futur. Dalwaqt kienu se jesperjenzaw waħda mill-akbar provi tal-fidi tagħhom. (Mattew 24:20, 21; Ebrej 12:4) Kien se jkollhom bżonn jissaportu u jafdaw iktar minn qatt qabel biex jobdu l-kliem taʼ Ġesù taʼ li jaħarbu. Ħajjithom kienet se tiddependi minn kemm kellhom fidi. (Aqra Ebrej 10:36-39.) B’hekk, Ġeħova nebbaħ lil Pawlu biex jikteb lil dawn l-aħwa għeżież. Din l-ittra, li llum tiġi msejħa l-ktieb tal-Ebrej, inkitbet bl-iskop li ssaħħaħhom għal dak li kien se jiġri.
3. Għala għandna nkunu interessati fil-ktieb tal-Ebrej?
3 Bħala l-poplu t’Alla tal-lum, għandna nkunu interessati fil-ktieb tal-Ebrej. Għala? Għax is-sitwazzjoni tagħna hi simili għal dik tal-Kristjani fil-Lhudija. Aħna qed ngħixu fi “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom,” u ħafna qed jissaportu b’lealtà kull tip taʼ prova u persekuzzjoni. (2 Timotju 3:1, 12) Imma l-maġġorparti minna jgawdu ċirkustanzi paċifiċi u m’għandhomx persekuzzjoni diretta. Allura, bħall-Kristjani taʼ żmien Pawlu, hemm bżonn li noqogħdu attenti ħafna. Għala? Dalwaqt se nesperjenzaw l-akbar prova tal-fidi tagħna!—Aqra Luqa 21:34-36.
4. X’inhi l-iskrittura għas-sena 2016, u għala hi addattata?
4 X’se jgħinna nippreparaw għal din il-ġrajja fil-futur? Fil-ktieb tal-Ebrej, Pawlu semma ħafna affarijiet li jgħinu biex tissaħħaħ il-fidi tagħna. Tfakkira importanti ħafna għalina tinsab f’Ebrej 13:1. Din tinkuraġġina: “Komplu uru mħabbitkom lejn l-aħwa.” Dan il-vers intgħażel biex ikun l-iskrittura għas-sena 2016.
L-iskrittura għas-sena 2016: “Komplu uru mħabbitkom lejn l-aħwa.” —Ebrej 13:1
X’INHI L-IMĦABBA LEJN L-AĦWA?
5. X’inhi l-imħabba lejn l-aħwa?
5 X’inhi l-imħabba lejn l-aħwa? Imħabba lejn l-aħwa hu sentiment kbir t’affezzjoni bejn il-membri tal-familja jew ħbieb tal-qalb. (Ġwanni 11:36) Ma nagħmlux tabirruħna li aħna aħwa rġiel u nisa. Imma aħna aħwa rġiel u nisa fil-veru sens tal-kelma. (Mattew 23:18) Pawlu jgħid: “Ħa jkollkom affezzjoni tenera lejn xulxin bi mħabba lejn l-aħwa. Kunu minn taʼ quddiem biex tonoraw lil xulxin.” (Rumani 12:10) Dan il-kliem juri kemm hi b’saħħitha l-affezzjoni tagħna għall-ħutna. Din l-imħabba lejn l-aħwa, flimkien maʼ mħabba bbażata fuq prinċipji Kristjani, tgħin lin-nies t’Alla biex ikunu ħbieb tal-qalb maʼ xulxin u magħqudin.
6. Kristjani veri kif jifhmu l-espressjoni ‘mħabba lejn l-aħwa’?
6 L-espressjoni ‘mħabba lejn l-aħwa’ tinsab l-iktar fil-letteratura Kristjana. Għal-Lhud tal-imgħoddi, il-kelma “aħwa” normalment kienet tirreferi għal qarib tal-familja u kultant għal xi ħadd li ma jiġix minnhom. Imma qatt ma kienet tinkludi lil xi ħadd li ma kienx Lhudi. Madankollu, bħala Kristjani veri, l-“aħwa” tagħna huma l-Kristjani veri kollha, ġejjin minn fejn ġejjin. (Rumani 10:12) Ġeħova għallimna nħobbu lil xulxin bħal aħwa. (1 Tessalonikin 4:9) Imma għala hu importanti li nkomplu nuru mħabba lejn l-aħwa?
GĦALA HU TANT IMPORTANTI LI NKOMPLU NURU L-IMĦABBA LEJN L-AĦWA?
7. (a) X’inhi l-akbar raġuni importanti għala nuru mħabba lejn l-aħwa? (b) Agħti raġuni oħra għala hu importanti li nsaħħu l-affezzjoni tagħna għal xulxin.
7 L-akbar raġuni importanti għala nuru mħabba lejn l-aħwa hi li Ġeħova 1 Ġwanni 4:7, 20, 21) Raġuni oħra hi li għandna bżonn lil xulxin, speċjalment matul żminijiet diffiċli. Meta Pawlu kiteb l-ittra tiegħu lill-Kristjani Ebrej, kien jaf li xi wħud ma kienx fadlilhom ħafna żmien biex jitilqu d-djar tagħhom u l-affarijiet personali tagħhom. Ġesù kien iddeskriva kemm kien se jkun diffiċli dan iż-żmien. (Marku 13:14-18; Luqa 21:21-23) Allura, qabel ma wasal dak iż-żmien, dawk il-Kristjani kellhom bżonn isaħħu l-imħabba li kellhom għal xulxin.—Rumani 12:9.
stess jgħidilna biex nagħmlu dan. Ma nistgħux inħobbu verament lil Ġeħova jekk nirrifjutaw li nħobbu lil ħutna. (Hemm bżonn insaħħu l-imħabba li għandna lejn ħutna issa stess għax dan se jgħinna nissaportu kull prova li għandu mnejn niffaċċjaw fil-futur
8. X’hemm bżonn nagħmlu issa qabel tibda t-tribulazzjoni l-kbira?
8 L-akbar tribulazzjoni fl-istorja umana daqt tasal. (Marku 13:19; Rivelazzjoni 7:1-3) Hemm bżonn li nobdu l-parir: “Mur, poplu tiegħi, idħol fil-kmamar taʼ ġewwa tiegħek, u agħlaq il-bibien tiegħek warajk. Inħeba għal mument wieħed sakemm tgħaddi l-kundanna.” (Isaija 26:20) Dawn “il-kmamar taʼ ġewwa” jistgħu jirreferu għall-kongregazzjonijiet tagħna. Dan hu l-post fejn inqimu lil Ġeħova maʼ ħutna rġiel u nisa. Imma hemm bżonn iktar milli niltaqgħu flimkien b’mod regulari biss. Pawlu fakkar lill-Kristjani Ebrej li għandhom jinkuraġġixxu lil xulxin biex juru mħabba u biex jagħmlu l-ġid maʼ xulxin. (Ebrej 10:24, 25) Hemm bżonn insaħħu l-imħabba li għandna lejn ħutna issa stess għax dan se jgħinna nissaportu kull prova li għandu mnejn niffaċċjaw fil-futur.
9. (a) Illum liema opportunitajiet għandna biex nuru mħabba lejn ħutna? (b) Agħti eżempji taʼ kif in-nies taʼ Ġeħova wrew imħabba lejn l-aħwa.
9 Anki llum għandna ħafna opportunitajiet biex nuru mħabba lejn ħutna qabel tibda t-tribulazzjoni l-kbira. Ħafna minn ħutna jsofru minħabba terremoti, għargħar, uragani, jew diżastri naturali oħra. Xi aħwa jissaportu persekuzzjoni. (Mattew 24:6-9) U hemm diffikultajiet ekonomiċi taʼ kuljum minħabba li d-dinja li qed ngħixu fiha hi korrotta. (Rivelazzjoni 6:5, 6) Madankollu, iktar ma ħutna jkollhom problemi, iktar ikollna opportunitajiet biex nuru kemm inħobbuhom. Għalkemm din id-dinja ma turix imħabba, hemm bżonn li nkomplu nuru mħabba lejn l-aħwa. (Mattew 24:12) [1]—Ara n-nota fl-aħħar.
KIF NISTGĦU NKOMPLU NURU MĦABBA LEJN ĦUTNA?
10. X’se neżaminaw issa?
10 Minkejja l-problemi li għandna, kif nistgħu nagħmlu ċert li nkomplu nuru mħabba lejn l-aħwa? Kif nistgħu nagħtu prova li għandna din it-tip taʼ affezzjoni għal ħutna? Wara li jgħid “komplu uru
mħabbitkom lejn l-aħwa,” l-appostlu Pawlu semma ħafna modi taʼ kif Kristjan jistaʼ jagħmel dan. Issa ħalli neżaminaw sitta minnhom.11, 12. Xi jfisser li nuru ospitalità? (Ara l-ewwel stampa.)
11 “Tinsewx l-ospitalità.” (Aqra Ebrej 13:2.) Xi tfisser il-kelma “ospitalità”? Il-kelma li uża Pawlu letteralment tfisser “qalb tajba maʼ stranġieri.” Forsi din l-espressjoni tfakkarna f’Abraham u Lot. Dawn iż-żewġt irġiel urew qalb tajba mal-viżitaturi li ma kinux jafuhom. Maż-żmien, Abraham u Lot tgħallmu li dawn l-istranġieri fir-realtà kienu anġli. (Ġenesi 18:2-5; 19:1-3) Dawn l-eżempji inkuraġġew lill-Kristjani Ebrej biex juru mħabba lejn l-aħwa billi jkunu ospitabbli.
12 Kif nistgħu nuru ospitalità lejn oħrajn? Aħna nistgħu nistiednu lil ħutna rġiel u nisa d-dar tagħna għal ikla jew għal xi inkuraġġiment. Għalkemm forsi ma nafux sew l-indokratur li jżur il-kongregazzjonijiet tagħna u martu, nistgħu nistidnuhom meta jagħmlu ż-żjara tal-kongregazzjoni tagħna. (3 Ġwanni 5-8) M’hemmx għalfejn nagħmlu xi ikla kbira jew nonfqu ħafna flus. Il-mira tagħna hi li ninkuraġġixxu lil ħutna, u mhux li nimpressjonawhom b’dak li għandna. U m’għandniex nistiednu biss lil dawk li jistgħu jpattuhielna b’xi ħaġa tajba. (Luqa 10:42; 14:12-14) L-iktar importanti hu li qatt ma nkunu tant medhijin li ninsew nuru ospitalità!
13, 14. Kif nistgħu ‘nżommu f’moħħna lil dawk li qegħdin marbutin fil-ħabs’?
13 “Żommu f’moħħkom lil dawk li qegħdin marbutin fil-ħabs.” (Aqra Ebrej 13:3.) Meta Pawlu kiteb dan, kien qed jirreferi għall-aħwa fil-ħabs minħabba l-fidi tagħhom. Pawlu faħħar lill-aħwa fil-kongregazzjoni għax urew “simpatija lejn dawk fil-ħabs.” (Ebrej 10:34) Xi aħwa għenu lil Pawlu matul l-erbaʼ snin li kien il-ħabs, imma oħrajn kienu jgħixu ’l bogħod. Kif setgħu jgħinu lil Pawlu? Huma setgħu jkomplu jitolbu mill-qalb għalih.—Filippin 1:12-14; Ebrej 13:18, 19.
Nistgħu nitolbu għall-aħwa rġiel, nisa, u saħansitra tfal li huma l-ħabs fl-Eritrea
14 Illum, ħafna Xhieda jinsabu l-ħabs minħabba l-fidi tagħhom. Aħwa rġiel u nisa li jgħixu viċin tagħhom jistgħu jgħinuhom b’affarijiet prattiċi. Imma ħafna minna jgħixu ’l bogħod minn dawn li qegħdin il-ħabs. Kif nistgħu ngħinuhom u ma ninsewhomx? L-imħabba lejn l-aħwa se timmotivana nitolbu mill-qalb għalihom. Pereżempju, nistgħu nitolbu mill-qalb għall-aħwa rġiel, nisa, u saħansitra tfal li huma l-ħabs fl-Eritrea. Fosthom hemm ħutna rġiel Paulos Eyassu, Isaac Mogos, u Negede Teklemariam, li għadhom fil-ħabs wara 20 sena.
15. Kif nistgħu nonoraw iż-żwieġ tagħna?
15 “Ħa jkun iż-żwieġ onorabbli għal Ebrej 13:4.) Barra minn hekk, aħna nistgħu nuru mħabba lejn l-aħwa billi nkunu nodfa moralment. (1 Timotju 5:1, 2) Pereżempju, kieku kellna nikkommettu l-immoralità sesswali maʼ ħu jew oħt, inkunu qed inweġġgħu lil dik il-persuna u l-familja tagħha. Il-fiduċja li għandna fost ħutna titħassar. (1 Tessalonikin 4:3-8) Aħseb ukoll kif mara miżżewġa tħossha li kieku tiskopri li żewġha qed jara l-pornografija. Se tħoss li żewġha jħobbha u jirrispetta l-arranġament taż-żwieġ?—Mattew 5:28.
kulħadd.” (Aqra16. Il-kuntentizza kif tgħinna nuru mħabba lejn l-aħwa?
16 Kunu “kuntenti b’dak li għandkom fil-preżent.” (Aqra Ebrej 13:5.) Il-fiduċja f’Ġeħova se tgħinna nkunu kuntenti, jiġifieri, li nkunu sodisfatti b’dak li għandna. Dan kif jgħinna nuru mħabba lejn l-aħwa? Meta nkunu kuntenti, se niftakru li l-aħwa rġiel u nisa Kristjani huma ħafna iktar importanti mill-flus jew l-affarijiet. (1 Timotju 6:6-8) Aħna mhux se ngergru dwar ħutna jew dwar is-sitwazzjoni taʼ ħajjitna. U mhux se ngħiru għal oħrajn jew inkunu xħaħ. Minflok, meta nkunu kuntenti, se nkunu ġenerużi.—1 Timotju 6:17-19.
17. Il-fatt li nkunu “mimlijin kuraġġ,” kif jgħinna nuru mħabba lejn l-aħwa?
17 Kunu “mimlijin kuraġġ.” (Aqra Ebrej 13:6.) Il-fiduċja f’Ġeħova tagħtina l-kuraġġ biex nissaportu provi diffiċli. Dan il-kuraġġ jgħinna biex ikollna attitudni pożittiva. U meta nkunu pożittivi, inkunu nistgħu nuru mħabba lejn ħutna billi ninkuraġġixxu u nfarrġu lil ħutna rġiel u nisa. (1 Tessalonikin 5:14, 15) Anki wara t-tribulazzjoni l-kbira, nistgħu nkunu kuraġġużi, minħabba l-fatt li nafu li l-ħelsien tagħna hu qrib.—Luqa 21:25-28.
Nistgħu nkunu kuraġġużi, minħabba l-fatt li nafu li l-ħelsien tagħna hu qrib
18. Kif nistgħu nsaħħu l-imħabba lejn l-anzjani tagħna?
18 “Ftakru f’dawk li qed imexxu fostkom.” (Aqra Ebrej 13:7, 17.) L-anzjani fil-kongregazzjoni tagħna jużaw mill-ħin personali tagħhom biex jaħdmu iebes għalina. Meta naħsbu dwar dak kollu li jagħmlu, l-imħabba u l-apprezzament tagħna għalihom jikbru. Aħna qatt ma rriduhom jitilfu l-ferħ jew isiru frustrati minħabba xi ħaġa li nkunu għamilna. Minflok, irridu li nobdu mill-qalb. B’dan il-mod ‘nuruhom konsiderazzjoni kbira bl-imħabba għax-xogħol tagħhom.’—1 Tessalonikin 5:13.
‘IBQGĦU AGĦMLU DAN IKTAR BIS-SĦIĦ’
19, 20. Kif nistgħu nkomplu nuru iktar imħabba lejn l-aħwa?
19 In-nies taʼ Ġeħova huma magħrufa għall-imħabba li għandhom lejn l-aħwa. L-istess kien minnu fi żmien Pawlu. Imma Pawlu inkuraġġixxa l-aħwa biex juru saħansitra iktar imħabba. Fil-fatt hu qal: ‘Ibqgħu agħmlu dan iktar bis-sħiħ.’ (1 Tessalonikin 4:9, 10) B’mod ċar, dejjem hemm fejn nitjiebu!
20 Allura, hekk kif inħarsu lejn l-iskrittura għas-sena fis-Sala tas-Saltna matul l-2016, ejja ħalli nimmeditaw fuq dawn il-mistoqsijiet: Nistaʼ nkun iktar ospitabbli? Kif nistaʼ ngħin lil ħuti fil-ħabs? Nonora l-arranġament t’Alla taż-żwieġ? X’se jgħinni nkun verament kuntent? Kif nistaʼ nafda iktar f’Ġeħova? Jekk naħdmu biex nitjiebu f’dawn is-sitt affarijiet, l-iskrittura għas-sena ma tkunx sempliċiment tabella mal-ħajt; se tfakkarna biex nobdu l-kliem taʼ Pawlu: “Komplu uru mħabbitkom lejn l-aħwa.”—Ebrej 13:1.
^ [1] (paragrafu 9) Għal eżempji taʼ kif ix-Xhieda taʼ Ġeħova wrew imħabba lejn l-aħwa fi żminijiet taʼ diżastru, ara It-Torri tal-Għassa tal-15 taʼ Lulju 2002, paġni 8-9; u l-kaxxa f’paġni 218-219 tal-ktieb Is-Saltna t’Alla qed taħkem!