Ġeħova jiggwida lin-nies tiegħu fit-triq tal-ħajja
“Din hi t-triq. Imxu fiha.”—ISAIJA 30:21.
1, 2. (a) Ħafna nies baqgħu ħajjin minħabba liema twissija? (Ara l-ewwel stampa.) (b) In-nies t’Alla għandhom liema gwida li tistaʼ ssalvalhom ħajjithom?
“IEQAF, ĦARES, ISMAʼ.” Dan il-kliem dam jidher iktar minn 100 sena fuq tabelli kbar f’postijiet fejn il-karozzi jaqsmu minn fuq il-linji tat-trejn fl-Amerika taʼ Fuq. Għala? Ħalli l-karozzi li jkunu se jaqsmu ma jintlaqtux mit-trejn li tkun għaddejja b’veloċità qawwija. Ħafna nies baqgħu ħajjin minħabba li taw kas għal dawn it-tabelli taʼ twissija.
2 Ġeħova jagħmel xi ħaġa aħjar milli jagħtina tabelli taʼ sigurtà. Hu jiggwida lin-nies tiegħu ħalli jkunu jistgħu jirċievu ħajja taʼ dejjem u jibqgħu ’l bogħod mill-periklu. Ġeħova hu bħal ragħaj kollu mħabba li jidderieġi u jwissi lin-nagħaġ tiegħu ħalli jkunu jistgħu jevitaw mogħdijiet perikolużi.—Aqra Isaija 30:20, 21.
ĠEĦOVA DEJJEM IGGWIDA LIN-NIES TIEGĦU
3. Il-familja umana kif kienet fi triq li twassal għall-mewt?
3 Mill-bidu tal-istorja tal-bniedem, Ġeħova ta lin-nies istruzzjonijiet jew direzzjonijiet speċifiċi. Pereżempju, fil-ġnien Ġenesi 2:15-17) Imma Adam u Eva rrifjutaw il-gwida taʼ Missierhom kollu mħabba. Eva semgħet mill-parir li kien jidher li ġej minn serp, u mbagħad Adam semaʼ minn martu. X’kien ir-riżultat? It-tnejn li huma sofrew, u mietu bla tama. Apparti minn hekk, minħabba d-diżubbidjenza tagħhom, il-familja umana kollha kienet fi triq li twassal għall-mewt.
tal-Għeden, Ġeħova ta istruzzjonijiet ċari li kienu se jiggwidaw lill-familja umana biex ikollhom ħajja taʼ dejjem u ferħ. (4. (a) Għala kien hemm bżonn direzzjonijiet oħra wara d-Dulluvju? (b) Ċirkustanzi ġodda kif urew x’inhu l-ħsieb t’Alla?
4 Alla lil Noè tah istruzzjonijiet li jsalvaw il-ħajjiet. Wara d-Dulluvju, Ġeħova kkmanda n-nies biex ma jixorbux jew jieklu d-demm. Għala? Ġeħova issa kien se jħalli lin-nies jieklu l-laħam. Minħabba dawn iċ-ċirkustanzi ġodda, huma kellhom bżonn direzzjonijiet ġodda: “Huwa biss il-laħam b’ruħu—demmu—li ma tistgħux tieklu.” (Ġenesi 9:1-4) Ir-ruħ taʼ individwu hi ħajtu. Minn dan il-kmand nitgħallmu x’inhu l-ħsieb t’Alla dwar il-ħajja, li tappartjeni lilu. Hu l-Ħallieq u hu jagħtina l-ħajja, u allura hu għandu d-dritt li jagħmel regoli dwar il-ħajja. Pereżempju, hu kkmanda li n-nies m’għandhomx joqtlu lil nies oħra. Alla jqis il-ħajja u d-demm bħala sagri, u hu jikkastiga lil kull min jużahom ħażin.—Ġenesi 9:5, 6.
5. Issa x’se nikkunsidraw, u għala?
5 Wara ż-żmien taʼ Noè, Alla kompla jiggwida n-nies tiegħu. F’dan l-artiklu, se naraw xi ftit eżempji taʼ kif iggwidahom. Din ir-reviżjoni se ssaħħaħ id-deċiżjoni tagħna biex insegwu d-direzzjoni taʼ Ġeħova li twassalna għal ġod-dinja l-ġdida.
ĠENS ĠDID, DIREZZJONIJIET ĠODDA
6. Għala kien neċessarju għan-nies t’Alla biex jobdu l-liġijiet mogħtijin permezz taʼ Mosè, u l-Iżraelin liema attitudni kellhom bżonn?
6 Fi żmien Mosè, Ġeħova ta lin-nies tiegħu direzzjonijiet ċari dwar il-kondotta u l-qima tagħhom. Għala? Għal darb’oħra, iċ-ċirkustanzi nbidlu. Għal iktar minn mitejn sena, l-Iżraelin għexu bħala lsiera fl-Eġittu u dawk kollha taʼ madwarhom kienu jqimu lill-mejtin, jużaw l-idoli, u jagħmlu ħafna affarijiet li kienu jiddiżonoraw lil Alla. Meta Alla ħeles lin-nies tiegħu mill-Eġittu, huma kellhom bżonn direzzjonijiet ġodda. Kienu se jsiru ġens li jsegwi l-Liġi taʼ Ġeħova biss. Xi kotba taʼ referenza jgħidu li l-kelma Ebrajka għal “liġi” għandha x’taqsam maʼ kelma li tfisser “idderieġi, iggwida, għallem.” Il-Liġi pproteġiet l-Iżraelin mill-immoralità u r-reliġjon falza tal-ġnus taʼ madwarhom. Meta l-Iżraelin semgħu minn Alla, huma rċivew il-barka tiegħu. Meta injorawh, huma sofrew konsegwenzi koroh.—Aqra Dewteronomju 28:1, 2, 15.
7. (a) Spjega għala Ġeħova ta direzzjonijiet lin-nies tiegħu. (b) Il-Liġi kif kienet taʼ gwida għall-Iżraelin?
7 Kien hemm bżonn taʼ direzzjonijiet ġodda għal raġuni oħra. Il-Liġi ppreparat l-Iżraelin għal ġrajja importanti fl-iskop taʼ Ġeħova, il-miġja tal-Messija, Ġesù Kristu. Il-Liġi fakkret lill-Iżraelin li kienu imperfetti. Barra minn hekk, għenithom jifhmu li kellhom bżonn Galatin 3:19; Ebrej 10:1-10) Iżjed minn hekk, il-Liġi pproteġiet il-linja li minnha ġie l-Messija u għenet l-Iżraelin biex jiġi identifikat meta deher. Iva, il-Liġi kienet bħal gwida jew ‘tmexxija’ temporanja li wasslithom lejn Kristu.—Galatin 3:23, 24.
fidwa, jiġifieri sagrifiċċju perfett li kien se jneħħi d-dnubiet tagħhom għalkollox. (8. Għala għandna niġu ggwidati mill-prinċipji tal-Liġi li Alla ta lil Mosè?
8 Bħala Kristjani, aħna wkoll nistgħu nibbenefikaw mill-gwida li Ġeħova ta fil-Liġi. B’liema mod? Aħna nistgħu nieqfu u nħarsu lejn il-prinċipji li l-Liġi hi bbażata fuqhom. Għalkemm m’għadniex iktar taħt dawk il-liġijiet, xorta nistgħu nistrieħu fuq ħafna minnhom biex jiggwidawna fil-ħajja taʼ kuljum tagħna u fil-qima tagħna lil Ġeħova. Hu ra li dawn il-liġijiet ikunu mniżżlin fil-Bibbja ħalli nkunu nistgħu nitgħallmu minnhom, niġu ggwidati mill-prinċipji tagħhom, u nkunu grati li Ġesù għallimna xi ħaġa akbar mil-Liġi. Ismaʼ sew dak li qal Ġesù: “Smajtu li ntqal, ‘Tagħmilx adulterju.’ Imma jien ngħidilkom li kulmin jibqaʼ jħares lejn mara biex jixtieqha jkun diġà għamel adulterju magħha f’qalbu.” Allura, mhux biss hemm bżonn li nevitaw li nagħmlu adulterju imma għandna wkoll nirrifjutaw ħsibijiet u xewqat immorali.—Mattew 5:27, 28.
9. X’ċirkustanzi ġodda kien hemm biex Alla ra l-bżonn li jagħti direzzjoni ġdida?
9 Wara li Ġesù ġie bħala l-Messija, Ġeħova ta istruzzjonijiet ġodda u rrivela iktar dettalji dwar l-iskop Tiegħu. Dan għala kien neċessarju? Fis-sena 33, Ġeħova ċaħad lill-ġens tal-Iżrael u għażel lill-membri tal-kongregazzjoni Kristjana biex ikunu n-nies tiegħu. Allura, iċ-ċirkustanzi tan-nies t’Alla għal darb’oħra reġgħu nbidlu.
GWIDA GĦALL-IŻRAEL SPIRITWALI
10. Għala ngħataw liġijiet ġodda lill-kongregazzjoni Kristjana, u dawn kif kienu differenti minn dawk li ngħataw lill-Iżraelin?
10 Ġeħova kien ta l-Liġi Mosajka lill-Iżraelin biex jgħallimhom kif għandhom jgħixu u jqimuh. Matul l-ewwel seklu, in-nies t’Alla ma baqgħux iktar minn ġens wieħed imma minn ħafna ġnus u trobbija differenti, u kienu bdew jissejħu l-Iżrael spiritwali. Huma fformaw il-kongregazzjoni Kristjana u kienu taħt patt ġdid. Ġeħova tahom istruzzjonijiet ġodda jew spjegahom iktar. Dawn l-istruzzjonijiet kienu dwar kif għandhom jgħixu u jqimuh. Tassew, “Alla mhux parzjali, imma f’kull ġens min jibżaʼ minnu u jagħmel is-sewwa hu aċċettat minnu.” (Atti 10:34, 35) Huma segwew “il-liġi tal-Kristu,” li kienet ibbażata l-iktar fuq prinċipji li kienu nkitbu, mhux fuq il-ġebel, imma f’qalbhom. Din il-liġi kienet se tiggwida u tkun taʼ ġid għall-Kristjani, jgħixu fejn jgħixu.—Galatin 6:2.
11. X’inhuma żewġ aspetti tal-ħajja Kristjana li jkunu effettwati mil-“liġi tal-Kristu”?
11 L-Iżrael spiritwali bbenefika bil-kbir mill-gwida taʼ Ġeħova permezz taʼ Ġesù. Eżatt qabel ma introduċa l-patt il-ġdid, Ġesù ta żewġ kmandi importanti. Wieħed kien dwar l-ippritkar. L-ieħor kien dwar kif il-Kristjani għandhom jaġixxu maʼ xulxin u kif jittrattaw lil xulxin. Dawn l-istruzzjonijiet kienu
għall-Kristjani kollha, u b’hekk japplikaw għalina lkoll illum, kemm jekk għandna t-tama li ngħixu għal dejjem fis-sema jew fuq l-art.12. X’kien hemm ġdid dwar l-ippritkar?
12 Fil-passat, in-nies tal-ġnus kellhom imorru l-Iżrael biex jaqdu lil Ġeħova. (1 Slaten 8:41-43) Imma mbagħad Ġesù ta l-kmand li nsibu f’Mattew 28:19, 20. (Aqra.) Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu biex ‘imorru’ għand kulħadd. F’Pentekoste fis-sena 33, Ġeħova wera li ried l-aħbar tajba tiġi ppritkata mad-dinja kollha. Dakinhar, madwar 120 membru tal-kongregazzjoni ġdida mtlew bl-ispirtu qaddis. Dawn bdew jitkellmu b’lingwi differenti mal-Lhud u l-proseliti. (Atti 2:4-11) Imbagħad, it-territorju żdied biex jinkludi lis-Samaritani. Imbagħad, fis-sena 36, it-territorju żdied saħansitra iktar biex jinkludi Ġentili mhux ċirkonċiżi. Dan kien ifisser li l-Kristjani kellhom jippritkaw lil kulħadd fid-dinja!
13, 14. (a) X’inhu involut fil-“kmandament ġdid” taʼ Ġesù? (b) X’nitgħallmu mill-eżempju li ħallielna Ġesù?
13 Ukoll, Ġesù ta “kmandament ġdid” dwar kif għandna nittrattaw lil ħutna rġiel u nisa. (Aqra Ġwanni 13:34, 35.) Għandna nuruhom l-imħabba tagħna kuljum, imma għandna wkoll inkunu lesti li mmutu għalihom. Din hi xi ħaġa li ma kinitx mitluba mil-Liġi.—Mattew 22:39; 1 Ġwanni 3:16.
14 Ġesù hu l-ikbar eżempju taʼ xi ħadd li wera mħabba mhux egoistika bħal din. Hu tant kemm ħabb lid-dixxipli tiegħu li minn qalbu miet għalihom. U hu jistenna li s-segwaċi kollha tiegħu jagħmlu l-istess. Allura, għandna nkunu lesti li nissaportu diffikultajiet u saħansitra mmutu għal ħutna rġiel u nisa.—1 Tessalonikin 2:8.
DIREZZJONIJIET GĦAL-LUM U GĦALL-FUTUR
15, 16. Liema ċirkustanzi ġodda għandna issa, u Alla kif jidderiġina?
15 Ġesù ħatar “l-ilsir leali u għaqli” biex jagħti lis-segwaċi tiegħu “ikel [spiritwali] fiż-żmien xieraq.” (Mattew 24:45-47) Dan l-ikel jinkludi direzzjonijiet importanti għan-nies t’Alla meta jinbidlu ċ-ċirkustanzi. Iċ-ċirkustanzi tagħna kif inhuma ġodda?
16 Aħna qed ngħixu “fl-aħħar jiem,” u dalwaqt se nesperjenzaw tribulazzjoni li qatt ma ġrat bħalha qabel. (2 Timotju 3:1; Marku 13:19) Barra minn hekk, Satana u d-demonji tiegħu tkeċċew mis-sema u twaddbu ’l isfel lejn l-art, u dan ġiegħel lill-umanità tbati ħafna. (Rivelazzjoni 12:9, 12) Iżjed minn hekk, qed nobdu l-kmand taʼ Ġesù billi nippritkaw mad-dinja kollha lil iktar nies u b’iktar lingwi minn qatt qabel!
17, 18. Kif għandna nwieġbu għad-direzzjonijiet li qed jingħataw?
17 L-organizzazzjoni t’Alla tagħtina ħafna għodod biex jgħinuna fl-ippritkar. Qed tużahom? Waqt il-laqgħat tagħna, aħna nirċievu direzzjonijiet dwar kif għandna nużaw l-għodod bl-aħjar mod. Tqis li dawn id-direzzjonijiet huma gwida mingħand Alla?
18 Sabiex nirċievu l-barka t’Alla, għandna bżonn noqogħdu attenti għad-direzzjonijiet kollha li jagħtina permezz tal-kongregazzjoni Kristjana. Jekk nobdu issa, se jkun eħfef biex insegwu Mattew 24:21) Wara dan, se jkollna bżonn direzzjonijiet ġodda għall-ħajja fid-dinja l-ġdida u ġusta li se tkun meħlusa għalkollox mill-influwenza taʼ Satana.
d-direzzjonijiet matul it-‘tribulazzjoni l-kbira,’ meta d-dinja kollha mill-agħar taʼ Satana se tkun meqruda. (19, 20. X’rombli se jinfetħu, u b’liema riżultat?
19 Fi żmien Mosè, il-ġens tal-Iżrael kellu bżonn direzzjonijiet ġodda, u allura Alla tahom il-Liġi. Iktar tard, il-kongregazzjoni Kristjana kellha ssegwi l-“liġi tal-Kristu.” B’mod simili, il-Bibbja tgħidilna li fid-dinja l-ġdida, se jkollna rombli b’direzzjonijiet ġodda. (Aqra Rivelazzjoni 20:12.) Aktarx, dawn ir-rombli se jispjegaw x’se jkun qed jitlob Ġeħova mill-umanità f’dak iż-żmien. Billi jistudjaw dawn ir-rombli, in-nies kollha, inkluż l-uħud irxoxtati, se jifhmu dak li Alla jrid għalihom. Ir-rombli se jgħinuna nitgħallmu iktar dwar il-mod kif jaħseb Ġeħova. Barra minn hekk, se nifhmu aħjar il-Bibbja, u allura fil-Ġenna tal-art se nittrattaw lil xulxin bi mħabba u b’rispett, u se nonoraw lil xulxin. (Isaija 26:9) Immaġina kemm se nitgħallmu u ngħallmu affarijiet lil oħrajn taħt id-direzzjoni tas-Sultan, Ġesù Kristu!
20 Jekk insegwu d-direzzjonijiet ‘miktubin fir-rombli’ u nibqgħu leali lejn Ġeħova matul l-aħħar test, hu se jikteb isimna fir-“romblu tal-ħajja” b’mod permanenti. Aħna nistgħu nirċievu l-ħajja taʼ dejjem! Allura, hemm bżonn li NIEQFU biex naqraw x’tgħid il-Bibbja, INĦARSU biex nifhmu xi trid tgħidilna l-Bibbja, u NISIMGĦU billi nobdu l-gwida t’Alla issa. Jekk nagħmlu dawn l-affarijiet, se nkunu nistgħu nsalvaw mit-tribulazzjoni l-kbira u nieħdu pjaċir nitgħallmu dwar Alla tagħna, Ġeħova, li hu mimli għerf u mħabba, għal dejjem.—Ekkleżjasti 3:11; Rumani 11:33.