Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Libbsilhom iċ-Ċrieket mill-Ġdid

Libbsilhom iċ-Ċrieket mill-Ġdid

“ĦARES lejn subgħajja. Qed tara xi ħaġa differenti?” Wieħed raġel wera idu lil waħda mara li hija Xhud taʼ Jehovah. Din ħarset lejn idu u mill-​ewwel indunat li ma kienx liebes iċ-​ċurkett tat-​tieġ. Hu spjegalha li hu u martu ma setgħux ikampaw iżjed flimkien, u għalhekk kienu ddeċidew li jiddivorzjaw. “Le!” qaltlu x-​Xhud. “Ħu dan il-​ktieb u aqrah. Dan se jgħinek fiż-​żwieġ tiegħek.” Maʼ dan il-​kliem hi tatu kopja tal-​ktieb Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem a li hu bbażat fuq il-​Bibbja.

Xi ftit ġranet wara, ir-​raġel reġaʼ mar għand ix-​Xhud ferħan se jtir. Hu wrieha idu. Din id-​darba kellu ċ-​ċurkett tat-​tieġ f’sebgħu. Hu qalilha li hu u martu kienu qraw il-​ktieb Għarfien u li issa kienu ferħanin ħafna. Il-​ktieb letteralment kien libbsilhom iċ-​ċrieket mill-​ġdid.

Il-pariri tal-​Bibbja jistgħu jgħinu lil raġel u mara miżżewġin biex juru mħabba ġenwina lejn xulxin. Ir-​raġuni taʼ dan hija li l-​awtur tal-​Bibbja m’hu ħadd ħlief il-​Ħallieq tagħna, li jgħid: “Jien hu l-​Mulej, Alla tiegħek; jien ngħallmek għall-​ġid tiegħek, u nqabbdek it-​triq fejn għandek timxi.”—Isaija 48:17.

[Nota taʼ taħt]

a Pubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.