Ġenituri Joġġezzjonaw għal Preġudizzju taʼ Wieħed Għalliem
Għalliem fi skola elementari f’Cassano Murge, l-Italja, qassam xi stikers lill-istudenti tiegħu biex jiħduhom id-dar. Dawn l-istikers, magħmulin bil-ħsieb li jiġu mwaħħlin fuq il-bieb taʼ barra, kellhom dan il-messaġġ miktub fuqhom: “Aħna Kattoliċi. Ix-Xhieda taʼ Jehovah huma mitluba li ma jħabbtux dan il-bieb.”
Xi wħud mill-ġenituri taʼ l-istudenti, għalkemm m’humiex Xhieda taʼ Jehovah, oġġezzjonaw bil-kbir għall-azzjoni taʼ dan l-għalliem. Skond il-gazzetta Muoviti Muoviti, il-ġenituri pprotestaw ‘li l-għoti taʼ dan it-tip taʼ messaġġ lit-tfal kien se jwassal biex huma jwarrbu lil kulmin ma jkunx jaħsibha bħalhom, jew li jeskludu lil xi ħadd għax ikun taʼ reliġjon “differenti.”’ Waħda mill-ġenituri li kitbet lill-gazzetta, qalet li l-istiker hija bħal “żerriegħa taʼ ħaxixa ħażina, il-prodott taʼ l-injoranza u l-istupidaġni.”
Bħalma juri dan ir-rapport, ħafna nies li huma imparzjali jirrikonoxxu l-perikli taʼ li jiżirgħu żrieragħ taʼ preġudizzju. Huma jirrispettaw ukoll il-ministeru Kristjan li qed jagħmlu x-Xhieda taʼ Jehovah fl-Italja u fid-dinja kollha. Għax ma tistaqsix lix-Xhieda taʼ Jehovah ‘il-għala tat-tama li għandhom’? Huma se jkunu ħerqanin li jiddiskutu dan miegħek “bir-rispett” kollu.—1 Pietru 3:15, 16.