Qegħdin iċ-Ċirkustanzi Tiegħek Jikkontrollawlek Ħajtek?
Qegħdin iċ-Ċirkustanzi Tiegħek Jikkontrollawlek Ħajtek?
IĊ-ĊIRKUSTANZI diffiċli u l-problemi huma komuni f’dan iż-“żmien iebes.” (2 Timotju 3:1) Xi problemi jistgħu jkunu temporanji u maż-żmien jitilqu. Oħrajn jibqgħu għaddejjin xhur jew saħansitra snin sħaħ. Minħabba f’hekk, ħafna jħossuhom bħas-salmista David, li għajjat lil Jehovah: “Id-dwejjaq taʼ qalbi żdiedu: eħlisni min-niket tiegħi.”—Salm 25:17, KŻ.
Qiegħed int tissielet maʼ problemi kbar wisq għalik? Jekk inhu hekk, tistaʼ ssib l-għajnuna u l-inkuraġġiment fil-Bibbja. Ejja nikkunsidraw il-ħajjiet taʼ żewġ qaddejja leali taʼ Jehovah li rnexxielhom ikampaw mad-diffikultajiet: Ġużeppi u David. Billi neżaminaw kif irreaġixxew fl-inkwiet, nistgħu nitgħallmu lezzjonijiet prattiċi li se jgħinuna nkampaw maʼ sfidi simili llum.
Iffaċċjaw Sfidi Serji
Meta Ġużeppi kellu 17-il sena, hu kien diġà qed jiffaċċja problema serja fil-familja tiegħu. Ħutu l-kbar raw li Ġakobb, missierhom, lil Ġużeppi “kien iħobbu aktar minn ħutu kollha.” Għalhekk, “saru jobogħduh u ma kellhomx ħila jkellmuh bis-sliem.” (Ġenesi 37:4) Tistaʼ taħseb kemm din is-sitwazzjoni kkaġunatlu ansjetà u stress lil Ġużeppi. Maż-żmien, ħutu tant saru jobogħduh li bigħuh bħala lsir.—Ġenesi 37:26-33.
Waqt li kien ilsir fl-Eġittu, Ġużeppi kellu jirreżisti t-tentazzjonijiet immorali li kienet tagħmillu l-mara taʼ sidu. Meta Ġużeppi rrifjutaha, din tant irrabjat li akkużatu b’mod falz li pprova jistupraha. Intbagħat “il-ħabs,” u hemmhekk “rabtulu riġlejh bil-ktajjen, dawwrulu l-ħadid maʼ għonqu.” (Ġenesi 39:7-20; Salm 105:17, 18) Min jaf kemm kien diffiċli dan għalih! Ġużeppi qattaʼ madwar 13-il sena bħala lsir jew ħabsi minħabba l-inġustizzji li għamlulu oħrajn, fosthom membri tal-familja tiegħu stess.—Ġenesi 37:2; 41:46.
David taʼ Iżrael tal-qedem ukoll iffaċċja l-provi bħala 1 Samwel 21:2-8 [21:1-7, NW]) Meta sar jaf li Aħimelek kien għen lil David, Sawl ordna li jinqatel Aħimelek u mhux hekk biss, imma wkoll il-qassisin kollha u l-familji tagħhom. (1 Samwel 22:12-19) Tistaʼ timmaġina d-diqa kbira li ħass David? Hu kien ikkaġuna b’mod indirett din it-traġedja.
żagħżugħ. Għal ħafna snin kellu bilfors jgħix bħala maħrub, ikkaċċjat qisu annimal mis-Sultan Sawl. Ħajjet David kienet dejjem fil-periklu. Darba minnhom, hu mar għal xi ikel għand Aħimelek il-qassis. (Aħseb dwar is-snin taʼ inkwiet u maltrattament li ssaportew Ġużeppi u David. Billi neżaminaw x’għamlu biex għelbu s-sitwazzjonijiet diffiċli tagħhom, nistgħu nitgħallmu affarijiet siewja ħafna. Ejja nikkunsidraw tliet modi fiex dawn l-irġiel jistħoqqilhom jiġu imitati.
Tibqax Irrabjat u Żżomm f’Qalbek
L-ewwelnett, dawn l-irġiel leali rrifjutaw li jinqabdu fin-nassa li jibqgħu rrabjati u jżommu f’qalbhom. Waqt li Ġużeppi kien il-ħabs, setaʼ faċilment joqgħod jaħseb b’mod negattiv dwar it-tradiment minn ħutu, billi forsi joqgħod jimmaġina l-vendetta li setaʼ jagħmel jekk qatt jerġaʼ jarahom. Kif nafu li Ġużeppi rreżista dawn il-ħsibijiet taʼ ħsara? Ikkunsidra kif irreaġixxa meta kellu l-opportunità li jivvendika ruħu minn ħutu meta ġew l-Eġittu biex jixtru l-qamħ. Ir-rakkont jgħid: “[Ġużeppi] tbiegħed minnhom u beka. . . . U Ġużeppi ordna [lill-qaddejja tiegħu] li [lill-ħutu] jimlewlhom l-ixkejjer tagħhom bil-qamħ u li jqiegħdu l-bċejjeċ tal-fidda taʼ kull wieħed fl-ixkora tiegħu, u li jagħtuhom ikel għat-triq.” Iktar tard, meta bagħat lil ħutu biex iġibu lil missierhom lejn l-Eġittu, Ġużeppi ħeġġiġhom: “Issa toqogħdux titlewwmu fit-triq.” Kemm bil-kliem kif ukoll bl-azzjonijiet, Ġużeppi wera li ma ħalliex ir-rabja u l-fatt li joqgħod iżomm f’qalbu jeqirdulu ħajtu.—Ġenesi 42:24, 25; 45:24.
B’mod simili, David ma qagħadx jaħseb fit-tul fuq dak li għamillu s-Sultan Sawl u jħalli r-rabja tiegħu tikber għalih. David darbtejn ġietu l-opportunità li joqtol lil Sawl. Madankollu, meta l-irġiel li kienu miegħu ħeġġewh jagħmel hekk, David qal: “Iħarisni l-Mulej! Ma jkun qatt li nagħmel dan lil sidi, il-midluk tal-Mulej, li mmidd idi fuqu, għax hu l-midluk tal-Mulej.” David ħalla kollox f’idejn Jehovah, u qal lill-irġiel: “Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, il-Mulej biss jilħqu, jew jasal il-jum tiegħu u jmut, jew jinżel għall-gwerra u jinqered.” Iktar tard, David saħansitra kkompona għanja taʼ niket meta mietu Sawl u bin Sawl, Ġonatan. Bħal Ġużeppi, David ma ħalliex lilu nnifsu jittiekel mir-rabja.—1 Samwel 24:4-7 (24:3-6, NW); 26:7-13; 2 Samwel 1:17-27.
Inżommu aħna f’qalbna u nibqgħu rrabjati meta Efesin 4:26, 27) Forsi veru li ftit jew xejn ikollna kontroll fuq dak li jagħmel ħaddieħor, imma r-reazzjoni tagħna nistgħu nikkontrollawha. Meta jkollna fidi li Jehovah se jieħu ħsieb l-affarijiet meta jkun wasal iż-żmien Tiegħu, se jkun iktar faċli li ma nibqgħux irrabjati u nżommu f’qalbna.—Rumani 12:17-19.
xi ħadd iweġġagħna b’xi inġustizzja? Faċli jiġrilna hekk. Jekk inħallu l-emozzjonijiet tagħna jaħkmuna, ir-riżultat jistaʼ jagħmlilna iktar ħsara mill-inġustizzja nfisha. (Agħmel l-Aħjar li Tistaʼ biex Taddatta Ruħek għas-Sitwazzjoni Tiegħek
It-tieni ħaġa li nistgħu nitgħallmu hi li ma nħallux iċ-ċirkustanzi tagħna jwaqqfuna milli naġixxu b’mod normali. Forsi tant inkunu inkwetati b’dak li ma nistgħux nagħmlu li ma narawx dak li nistgħu nagħmlu. Fil-fatt, iċ-ċirkustanzi tagħna jibdew jikkontrollawna. Dan setaʼ ġara lil Ġużeppi. Minflok, hu għażel li jagħmel l-aħjar li jistaʼ biex jaddatta ruħu għas-sitwazzjoni tiegħu. Waqt li kien qed jaqdi bħala lsir, Ġużeppi “sab grazzja f’għajnejn sidu, u kien iservih, u hu qiegħdu fuq daru kollha.” Ġużeppi aġixxa b’mod simili meta kien il-ħabs. Minħabba l-barka taʼ Jehovah u l-bżulija taʼ Ġużeppi, “il-kap tal-ħabs ħalla f’idejn Ġużeppi l-ħabsin kollha li kien hemm; u kull ma kien isir hemm ġew kien jagħmlu hu.”—Ġenesi 39:4, 21-23.
Matul is-snin li David għex bħala maħrub, hu wkoll għamel l-aħjar li setaʼ biex jaddatta ruħu għaċ-ċirkustanzi li kellu. Waqt li kien qed jgħix fid-deżert taʼ Faran, hu u l-irġiel li kienu miegħu pproteġew il-merħliet taʼ Nabal mill-qtajjaʼ tal-ħallelin. “Huma kienu sur għalina billejl u binhar,” qal wieħed mir-rgħajja taʼ Nabal. (1 Samwel 25:16) Iktar tard, meta kien qiegħed Siklag, David ħabat għall-bliet miżmuma mill-għedewwa taʼ Iżrael lejn in-nofsinhar tiegħu, u b’hekk ipproteġa l-fruntieri taʼ Ġuda.—1 Samwel 27:8; 1 Kronaki 12:21-23 (12:20-22, NW).
Għandna aħna bżonn nagħmlu iktar sforz sabiex nagħmlu l-aħjar li nistgħu ħalli naddattaw ruħna għaċ-ċirkustanzi li jkollna? Minkejja li forsi jkun diffiċli, jistaʼ jirnexxilna. Meta rrifletta ftit dwar ħajtu, l-appostlu Pawlu kiteb: “Jien issa tgħallimt ngħaddi b’dak li jkolli. . . . Kollox drajt u noqgħod għal kollox; ix-xabaʼ u l-ġuħ; il-ġid u l-għaks.” Pawlu kif żviluppa din il-ħarsa lejn il-ħajja? Billi dejjem straħ fuq Jehovah. Hu ammetta: “Għal kollox niflaħ bis-saħħa taʼ dak li jqawwini.”—Filippin 4:11-13.
Stenna lil Jehovah
It-tielet ħaġa li nitgħallmu hi li minflok ma nużaw mezzi mhux Skritturali biex nibdlu ċ-ċirkustanzi tagħna, għandna nistennew lil Jehovah biex jaġixxi. Id-dixxiplu Ġakbu kiteb: “Ħallu li s-sabar ikollu l-milja tiegħu fikom, biex tkunu perfetti u sħaħ, bla ma jkun jonqoskom xejn.” (Ġakbu 1:4) Is-sabar għandu jitħalla jkollu “l-milja tiegħu” fina billi nissaportu l-prova sa l-aħħar u ma nużawx mezzi mhux Skritturali biex intemmuha malajr. Imbagħad il-fidi tagħna se tiġi testjata u rfinuta, u se jidher ċar kemm hi qawwija u soda. Ġużeppi u David issaportew b’dan il-mod. Ma pprovawx isibu soluzzjoni li forsi ma kinitx se togħġob lil Jehovah. Minflok, huma għamlu l-aħjar li setgħu biex jaddattaw ruħhom għas-sitwazzjonijiet tagħhom. Huma stennew lil Jehovah, u kemm irċivew barkiet talli għamlu hekk! Jehovah użahom it-tnejn biex jeħles u jmexxi l-poplu tiegħu.—Ġenesi 41:39-41; 45:5; 2 Samwel 5:4, 5.
Aħna wkoll nistgħu niffaċċjaw sitwazzjonijiet li fihom tiġina t-tentazzjoni li nfittxu soluzzjonijiet mhux Skritturali. Per eżempju, tinsab int skuraġġit għax għadek ma sibtx lil xi ħadd xieraq għaż-żwieġ? Jekk inhu hekk, evita kwalunkwe tentazzjoni li tiġik biex tkun diżubbidjenti lejn il-kmand taʼ Jehovah li tiżżewweġ biss “fil-Mulej.” (1 Korintin 7:39) Għandek xi problemi fiż-żwieġ? Minflok ma ċċedi għall-ispirtu tad-dinja li jinkuraġġixxi s-separazzjoni u d-divorzju, aħdmu flimkien bħala koppja biex issolvu d-diffikultajiet li għaddejjin minnhom. (Malakija 2:16; Efesin 5:21-33) Qed issibha diffiċli biex tieħu ħsieb il-familja minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tiegħek? Waħda mill-affarijiet li trid tagħmel biex tistenna lil Jehovah hi li tevita li tagħmel xi ħaġa dubjuża jew illegali biex takkwista l-flus. (Salm 37:25; Lhud 13:18) Iva, ilkoll kemm aħna rridu nistinkaw biex nagħmlu l-aħjar li nistgħu ħalli naddattaw ruħna għaċ-ċirkustanzi tagħna u nagħmlu l-isforz ħalli Jehovah ikollu xi jbierek. Hekk kif nagħmlu dan, ejja nkunu determinati li nistennew lil Jehovah għas-soluzzjoni perfetta.—Mikea 7:7.
Jehovah Se Jgħinek
Il-fatt li nimmeditaw fuq kif persunaġġi Bibliċi bħal Ġużeppi u David irnexxielhom ikampaw mad-diżappunti u s-sitwazzjonijiet diffiċli jistaʼ jkollu effett pożittiv fuqna. Għalkemm l-istejjer tagħhom jieħdu biss ftit paġni mill-Bibbja, il-provi tagħhom damu sejrin bosta snin. Staqsi lilek innifsek: ‘Dawn il-qaddejja t’Alla kif tgħallmu jaċċettaw iċ-ċirkustanzi tagħhom? Kif baqgħu ferħanin? Liema kwalitajiet kellhom jiżviluppaw?’
Tajjeb ukoll li nikkunsidraw is-sabar tal-qaddejja taʼ Jehovah fi żmienna. (1 Pietru 5:9) Ir-rivisti Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! ikun fihom ħafna bijografiji kull sena. Taqrahom int u timmedita fuq l-eżempju taʼ dawn il-Kristjani leali? Barra minn hekk, fil-kongregazzjonijiet tagħna nsibu wħud li jissaportu bil-fedeltà ċirkustanzi ebsin. Tassoċja magħhom regolarment biex titgħallem minnhom fil-laqgħat tal-kongregazzjoni?—Lhud 10:24, 25.
Meta tiffaċċja ċirkustanzi diffiċli, kun ċert li Jehovah se jieħu ħsiebek u jgħinek. (1 Pietru 5:6-10) Stinka biex ma tħallix iċ-ċirkustanzi tiegħek jikkontrollawlek ħajtek. Imita l-eżempji taʼ Ġużeppi, David, u oħrajn billi ma tibqax iżżomm f’qalbek, billi tagħmel l-aħjar li tistaʼ biex taddatta ruħek għas-sitwazzjoni tiegħek, u billi tistenna lil Jehovah għas-soluzzjoni perfetta. Ersaq qrib lejh permezz tat-talb u l-attivitajiet spiritwali. Jekk tagħmel hekk, int ukoll se ssib li tistaʼ tkun kuntent u ferħan anki fi żminijiet diffiċli.—Salm 34:9 (34:8, NW).
[Stampa f’paġna 21]
Ġużeppi ħadem biex jagħmel l-aħjar li jistaʼ ħalli jaddatta għaċ-ċirkustanzi tiegħu
[Stampa f’paġna 23]
David stenna lil Jehovah għas-soluzzjoni tal-problemi tiegħu