L-Iktar Wirt Prezzjuż li Qatt Tistaʼ Tirċievi
L-Iktar Wirt Prezzjuż li Qatt Tistaʼ Tirċievi
FL-AĦĦAR snin taʼ ħajtu, l-appostlu xwejjaħ Ġwanni kiteb: “Ngħid għalija, ma nafx b’ferħ akbar minn dak li nħoss meta nismaʼ li wliedi mexjin fil-verità.”—3 Ġwanni 4.
L-appostlu leali kien qed jirreferi għal uliedu f’sens spiritwali. Madankollu, ħafna ġenituri jidwu l-istess kliem taʼ l-appostlu. Huma ħadmu iebes biex irabbu lil uliedhom “fid-dixxiplina u t-twiddib tal-Mulej,” u issa jifirħu meta jaraw lil uliedhom li issa kibru “mexjin fil-verità.” (Efesin 6:4) Fil-fatt, li tgħallem lil uliedek it-triq għall-ħajja eterna hu l-iktar wirt prezzjuż li tistaʼ tagħtihom. Dan hu għaliex id-devozzjoni lejn Alla, li tinkludi li ngħixu ħajja taʼ Kristjani kif irid Jehovah, “għandha l-wegħda tal-ħajja taʼ issa u taʼ dik li għad trid tiġi.”—1 Timotju 4:8.
Jehovah, il-Missier perfett, għandu stima kbira lejn il-ġenituri li għandhom il-biżaʼ t’Alla u li jagħmlu sforz kbir biex jgħallmu lil uliedhom spiritwalment. Meta t-tfal iwieġbu b’mod favorevoli, huma jkunu ferħanin meta jimxu fit-triq tal-verità flimkien mal-ġenituri tagħhom. Hekk kif dawn l-ulied jikbru u jimmaturaw, huma jkollhom memorji sbieħ taʼ dawn l-esperjenzi. Xi wħud b’ferħ jiftakru l-ewwel darba li pparteċipaw fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku. * Jew forsi jaħsbu dwar l-ewwel darba li qraw skrittura meta kienu fil-ministeru minn dar għal dar flimkien mal-ġenituri tagħhom. Kif jistgħu jinsew meta l-ġenituri tagħhom kienu joqogħdu jaqrawlhom mill-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja jew mill-ktieb Listening to the Great Teacher * (Nisimgħu mill-Għalliem il-Kbir)? Gabriel jiftakar xi ħaġa li tant kien sar iħobb: “Meta kelli biss erbaʼ snin, ommi kienet tkantali kuljum waqt li kienet tkun qed issajjar. Għadni niftakar b’għożża kbira għanja tas-Saltna partikulari. Iktar tard, din l-għanja għenitni nara l-importanza tas-servizz taʼ Jehovah.” Forsi int ukoll tiftakar l-għanja sabiħa li qed jirreferi għaliha Gabriel. Din hi numru 157 fil-ktieb taʼ l-għanjiet Għannu Tifħir lil Jehovah, u t-titlu tagħha hu “Qim lil Jehovah matul iż-Żgħożija.”
L-għanja tibda: “Minn fomm it-trabi ġab Alla tifħir;/Biex jilqgħu lil Ġesù għajtu bil-kbir.” Tabilħaqq, kien hemm tfal li kellhom il-privileġġ Mattew 18:3, 4) Għalhekk, it-tfal għandhom post xieraq fil-qima taʼ Jehovah. Fil-fatt, il-kliem taʼ l-għanja jkompli: “Iv’ anki trabi lil Alla jfaħħruh.”
li jassoċjaw maʼ Ġesù, u min jaf kemm ħa gost bl-imġiba rifreskanti u onesta tagħhom. Ġesù saħansitra uża l-ħerqa li t-tfal għandhom biex jitgħallmu bħala eżempju biex is-segwaċi tiegħu jimitawh. (Permezz tal-kondotta eżemplari tagħhom—fid-dar, fl-iskola, u f’postijiet oħra—ħafna tfal ġabu unur lil Alla u lill-familji tagħhom. X’barka kien għalihom li jkollhom ‘ġenituri li jħobbu l-verità.’ (Dewteronomju 6:7) Il-ġenituri li għandhom il-biżaʼ t’Alla jobduh, u hu bħala Missier kollu mħabba jgħallem lill-bnedmin li hu ħalaq biex jimxu fit-triq li għandhom jgħaddu minnha. U x’barka jirċievu meta jagħmlu dan! Hekk kif huma, imbagħad, jgħallmu liż-żgħar tagħhom fil-familja, kemm ikunu ferħanin li għandhom tfal li ‘jobduhom b’rispett’! (Isaija 48:17, 18) Angélica, li issa qed taqdi fl-uffiċċju tal-fergħa tax-Xhieda taʼ Jehovah fil-Messiku, tgħid: “Il-ġenituri tiegħi għamlu sforz biex jipprattikaw prinċipji Bibliċi. Dan għamel it-tfulija tiegħi waħda pjaċevoli. Kont ferħana.”
Kristjani bħal dawn jaqblu li verament hu taʼ ġid li tieħu ħsieb il-wirt spiritwali tiegħek. Forsi int żagħżugħ li qed titrabba f’familja li għandha valuri Kristjani veri. Jekk inhu hekk, l-istess għanja tħeġġek: “Żgħażagħ Kristjani ibqgħu imnaddfin.” Se jasal il-waqt li trid tieħu deċiżjonijiet persunali, u għalhekk issa ‘strieħ int fuq Jehovah f’kull ħin./Tfittixx int il-popolarità.’
Jekk int b’mod żbaljat tagħmel il-popolarità l-ewwel ħaġa f’ħajtek, it-taħriġ kollu li tirċievi jistaʼ jkun għalxejn u tistaʼ tħassar il-prospetti tiegħek għall-futur. Ix-xewqa li tkun popolari tistaʼ twasslek biex ma tibqax għassa. Xi wħud spiċċaw jassoċjaw maʼ dawk li, waqt li jidhru li huma nies mill-aħjar, saħansitra forsi jiġbduk, m’għandhom ebda interess fil-livelli Kristjani. Dan deher ċar minn Tara, wieħed mill-karattri prinċipali fil-vidjo Young People Ask—How Can I Make Real Friends? (Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Kif Jistaʼ Jkolli Ħbieb Veri?) Bħal Tara, kwalunkwe Kristjan żagħżugħ li jassoċja maʼ dawk li ma japprezzawx il-qima vera se jsir jaf li maż-żmien, kif tgħid l-għanja, “il-ħbieb ħżiena jtemmu ’ntegrità,” għaliex iħassru d-drawwiet tajba. Jirrikjedi snin sħaħ taʼ sforzi biex tiżviluppa drawwiet tajbin, imma jistgħu jitħassru f’ħakka t’għajn.
M’għandniex xi ngħidu, mhux faċli tgħix ħajja li turi li għandek il-biżaʼ t’Alla. Madankollu, kif tkompli tgħid l-għanja, jekk ‘tiftakar Proverbji 27:11.
int f’Alla f’żgħożitek kuljum,/Biex lil Jehovah int taqdi iddum,’ int se tibni pedament sod għal suċċess veru. U “hekk kif int tikber ferħ akbar issib.” Int se ssir tapprezza saħansitra iktar il-fatt li jekk ikollok lil Jehovah jieħu ħsiebek b’tant imħabba, xejn ma jistaʼ jwaqqfek milli tagħmel is-sewwa f’għajnejh. Dan hu l-mod taʼ kif issir adult matur li għandu l-biżaʼ t’Alla. Iżjed minn hekk, jekk tkun bil-għaqal u tieħu vantaġġ mit-trobbija Kristjana, int se jkollok l-opportunità biex “ferħ lil qalb Alla hekk dejjem iġġib.” Liema privileġġ akbar jistaʼ jkollu bniedem?—Għalhekk, żgħażagħ, dejjem ftakru kemm hu taʼ valur it-taħriġ li tieħdu mingħand Jehovah u mingħand il-ġenituri Kristjani tagħkom. Jalla l-imħabba kbira tagħhom lejk tqanqlek biex tagħmel is-sewwa f’għajnejn Jehovah. Bħal Ġesù Kristu u ż-żagħżugħ leali Timotju, int se tferraħ lil Missierek tas-sema u lill-ġenituri tiegħek. U jekk xi darba int stess issir ġenitur, x’aktarx li taqbel m’Angélica, li ssemmiet qabel, li tgħid: “Jekk xi darba jkolli t-tfal, se nagħmel l-aħjar tiegħi biex inpoġġilhom l-imħabba għal Jehovah fi qlubhom minn ċkunithom, biex imħabbtu tkun id-dawl li jiggwidahom.” Ċertament, it-triq tas-sewwa li twassal għall-ħajja eterna hija l-aqwa wirt li qatt tistaʼ tirċievi!
[Noti taʼ taħt]
^ par. 4 Din il-parti mill-programm t’edukazzjoni mill-Bibbja fil-kongregazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Jehovah hija miftuħa għaż-żgħar u l-kbar.
^ par. 4 Il-pubblikazzjonijiet imsemmijin huma pubblikati mix-Xhieda taʼ Jehovah.