Huwa x-Xitan Reali?
Huwa x-Xitan Reali?
X’INHI l-opinjoni tiegħek dwar ix-Xitan? Timmaġinah int bħala persuna reali li jipprova jġiegħel lin-nies jagħmlu affarijiet ħżiena, jew sempliċement jirrappreżenta l-prinċipju tal-ħażen? Huwa x-Xitan xi ħadd li għandek tibżaʼ minnu, jew għandek tqisu bħallikieku m’huwa xejn ħlief idea superstizzjuża jew xi ħadd li nħoloq mil-leġġendi u l-istejjer? Tirreferi l-kelma “xitan” għal xi forza qerridija astratta fl-univers? Jistaʼ dan it-terminu sempliċement ikun kelma użata biex tiddeskrivi l-kwantità taʼ ħażen fil-bnedmin, bħalma jsostnu ħafna teoloġi moderni?
Mhux taʼ b’xejn li l-bnedmin għandhom opinjonijiet differenti fuq il-mistoqsija dwar min hu x-Xitan. Immaġina kemm jistaʼ jkun diffiċli li tiskopri l-identità vera taʼ xi ħadd li huwa espert taʼ kif jaħbi l-identità tiegħu! Dan huwa partikolarment minnu ladarba hu determinat li jibqaʼ moħbi wara maskra. Il-Bibbja tiddeskrivi lix-Xitan bħala persuna bħal din. Billi tirreferi għalih bħala Satana, din tgħid: “Satana nnifsu jibqaʼ jinbidel f’anġlu tad-dawl.” (2 Korintin 11:14) Għalkemm huwa ħażin, ix-Xitan jagħmilha taʼ tajjeb biex b’hekk jinganna lil oħrajn. U jekk iġiegħel lin-nies jemmnu li hu sempliċement ma jeżistix, dan se jgħinu jkompli jilħaq l-iskop tiegħu.
Għalhekk, mela, min hu x-Xitan? Meta u kif beda jeżisti? Kif jinfluwenza lill-umanità llum? Hemm xi ħaġa li nistgħu nagħmlu biex nirreżistu l-influwenza tiegħu? Fil-Bibbja nsibu r-rakkont veru dwar il-bidunett tax-Xitan u nsibu tweġibiet veri għal dawn il-mistoqsijiet.
[Stampa f’paġna 3]
Kemm jistaʼ jkun diffiċli li tidentifika lil xi ħadd li huwa determinat li jibqaʼ moħbi wara maskra!