Għandek Int Tinsisti fuq il-Preferenzi Persunali Tiegħek?
ŻEWĠT itfal żgħar qed jilagħbu flimkien. Wieħed minnhom jaħtaf il-ġugarell favorit tiegħu mingħand it-tifel l-ieħor u jgħajjat, “Dak tiegħi!” Sa minn ċkunitna, aħna l-bnedmin imperfetti nuru ċertu ammont t’egoiżmu. (Ġen. 8:21; Rum. 3:23) Iktar minn hekk, id-dinja in ġenerali tippromwovi l-attitudni taʼ l-ewwel jien. Jekk irridu li nevitaw dan l-ispirtu, jeħtieġ li niġġieldu b’saħħitna kollha kontra tendenzi egoistiċi. Jekk ma nagħmlux hekk, nistgħu faċilment infixklu lil oħrajn u ndgħajfu r-relazzjoni tagħna maʼ Ġeħova.—Rum. 7:21-23.
Biex jinkuraġġina nikkunsidraw l-effett li għandhom l-azzjonijiet tagħna fuq oħrajn, l-appostlu Pawlu kiteb: “Kollox hu permess; iżda mhux kollox hu vantaġġuż. Kollox hu permess; imma mhux kollox jibni.” Pawlu qal ukoll: “Tkunux taʼ tfixkil.” (1 Kor. 10:23, 32) Allura, fi kwistjonijiet li jinvolvu preferenzi persunali huwa għaqli li nistaqsu lilna nfusna: ‘Lest jien li nissagrifika ċerti drittijiet meta tkun mhedda l-paċi tal-kongregazzjoni? Lest jien li naġixxi fi qbil mal-prinċipji Bibliċi anki meta ma jkunx konvenjenti li nagħmel dan?’
Fl-Għażla taʼ l-Impjieg
Il-biċċa l-kbira min-nies iqisu l-għażla tagħhom taʼ l-impjieg bħala deċiżjoni persunali li 2 Kor. 7:1) Meta esprima x-xewqa tiegħu li jippriedka pubblikament flimkien mal-kongregazzjoni, anzjan bit-tattika inkuraġġieh biex jaħseb dwar it-tip taʼ xogħol sekulari li kellu. Għal xi żmien, fil-belt fejn kien jgħix, ir-raġel kien id-distributur prinċipali taʼ l-alkoħol pur magħmul mill-pjanta tal-qasab—prodott li setaʼ jintuża b’modi differenti, imma f’dak ir-reġjun kellhom id-drawwa li jħalltuh maʼ xarbiet mhux alkoħoliċi u l-uniku skop għala kienu jixorbuh kien biex jiskru.
ftit—jew xejn—ikollha effett fuq oħrajn. Imma kkunsidra l-esperjenza taʼ negozjant minn belt żgħira fl-Amerika t’Isfel. Hu kien magħruf bħala wieħed li jħobb jilgħab il-flus u sakranazz. Madankollu, minħabba li studja l-Bibbja max-Xhieda taʼ Ġeħova, hu għamel progress spiritwali u biddel ħajtu. (Dan ir-raġel induna li jekk hu kien se jippriedka pubblikament u jibqaʼ jbigħ dan il-prodott kien se jġib dell ikrah fuq il-kongregazzjoni u setaʼ jagħmel ħsara lir-relazzjoni tiegħu m’Alla. Għalkemm kellu familja kbira xi jmantni, hu waqaf ibigħ l-alkoħol. Issa qed imantni lill-familja tiegħu billi jbigħ prodotti magħmulin mill-karta. Dan ir-raġel, martu, u tnejn mill-ħamest itfal tagħhom issa huma mgħammdin. Qed jippridkaw l-aħbar tajba biż-żelu u bil-libertà tal-kelma.
Fl-Għażla tal-Ħbieb
Huwa l-fatt li nassoċjaw maʼ dawk li m’għandhomx l-istess twemmin tagħna sempliċement kwistjoni taʼ preferenza persunali, jew hemm xi prinċipji Bibliċi involuti? Waħda oħt riedet tmur party maʼ ġuvni li ma kienx Kristjan veru. Għalkemm ġiet imwissija dwar il-perikli, ħasset li kellha dritt tagħmel dan, u għalhekk marret il-party. Ftit wara li waslet hemmhekk, tawha xi ħaġa x’tixrob imħallta b’sedattiv qawwi. Hi qamet ftit sigħat wara u sabet li kienet ġiet stuprata minn dak li suppost kien il-ħabib tagħha.—Qabbel Ġenesi 34:2.
Filwaqt li mhux dejjem se tiġri traġedja bħal din meta nassoċjaw maʼ wħud li m’humiex taʼ l-istess twemmin, il-Bibbja twissina: “Min qed jimxi maʼ l-għorrief se jsir għaref, imma min qed jagħmilha maʼ l-istupidi se jaħbatlu ħażin.” (Prov. 13:20) M’hemm ebda dubju dwar dan—li nagħżlu ħbieb ħżiena hu taʼ periklu! “Min hu prudenti jara l-gwaj u jinħeba,” jgħid Proverbji 22:3, “imma dawk taʼ bla esperjenza jibqgħu sejrin u jkollhom iħallsu l-piena.” Dawk li nassoċjaw magħhom jistgħu jeffettwaw kemm lilna u kemm ir-relazzjoni tagħna m’Alla.—1 Kor. 15:33; Ġak. 4:4.
Fl-Ilbies u fid-Dehra
L-istili u l-moda jinbidlu kull staġun. Madankollu, il-prinċipji tal-Bibbja dwar l-ilbies u d-dehra jibqgħu l-istess. Pawlu ħeġġeġ lin-nisa Kristjani biex “jiżżejnu bi lbies adattat, bil-modestja u b’moħħ f’loku”—prinċipju li japplika bl-istess mod għall-irġiel. (1 Tim. 2:9) Pawlu ma kienx qed jirrikkmanda xi stil taʼ lbies li jkun sempliċi żżejjed, u lanqas ma kien qed jgħid li l-Kristjani kollha jrid ikollhom l-istess gosti. Imma xi ngħidu dwar il-modestja? Dizzjunarju wieħed jiddefinixxi l-modestja bħala “ħelsien mill-kburija jew vanità . . . lbies, diskors, jew kondotta li huma xierqa.”
Jeħtieġ li nistaqsu lilna nfusna: ‘Nistaʼ jien bl-onestà kollha ngħid li qed inkun modest jekk ninsisti fuq id-drittijiet tiegħi li nilbes b’mod li jiġbed attenzjoni żejda lejja? Qiegħed il-mod kif nilbes jagħti impressjoni ħażina dwar min jien jew il-morali li ngħix bihom?’ Nistgħu nevitaw li “noħolqu xi raġuni għal tfixkil” f’dan ir-rigward billi ma ‘nfittxux l-interessi persunali tagħna biss, imma wkoll l-interessi persunali taʼ l-oħrajn.’—2 Kor. 6:3; Flp. 2:4.
Fi Kwistjonijiet taʼ Negozju
Meta nqalgħu kwistjonijiet serji rigward ftehim żbaljat jew qarrieq fil-kongregazzjoni taʼ Korintu, Pawlu kiteb: “Minflok għax ma tħallux min jonqoskom? Għax ma tħallux min jimbroljakom?” Pawlu ta l-parir lill-Kristjani biex ikunu lesti li jċedu xi ħaġa minflok ma jtellgħu lil xi ħadd minn ħuthom il-qorti. (1 Kor. 6:1-7) Wieħed ħu mill-Istati Uniti ħa dan il-parir bis-serjetà. Hu kellu kwistjoni maʼ l-imgħallem tiegħu tax-xogħol li kien Kristjan, dwar il-paga li kellu jieħu mingħandu. Iż-żewġ aħwa mxew skond il-gwida Skritturali u ltaqgħu kemm-il darba, imma bla ma sabu ebda soluzzjoni għall-problema tagħhom. Fl-aħħar, marru bil-kwistjoni quddiem il-“kongregazzjoni,” li hija rappreżentata mill-anzjani Kristjani.—Mt. 18:15-17.
B’dispjaċir, il-kwistjoni xorta waħda ma setgħetx tissolva. Wara ħafna talb, l-impjegat iddeċieda li jitlef parti kbira mill-flus li ħass li kellu jieħu. Għala? Iktar tard hu qal, “Dan in-nuqqas taʼ qbil kien qed jisraqli l-ferħ u jiħodli ħafna ħin prezzjuż li stajt nużah f’attivitajiet spiritwali.” Wara li ħa din id-deċiżjoni, il-ħu reġaʼ beda jħoss il-ferħ li kellu qabel, u wkoll ħass il-barka taʼ Ġeħova fuq is-servizz tiegħu.
Anki f’Affarijiet Żgħar
Meta ma ninsistux fuq il-preferenzi persunali tagħna nkunu nistgħu wkoll ingawdu barkiet f’affarijiet żgħar. Fl-ewwel jum tal-konvenzjoni distrettwali, koppja taʼ pijunieri waslu kmieni u sabu l-postijiet li xtaqu huma. Malli beda l-programm, daħlet familja kbira, li kellhom diversi tfal, ilkoll jgħaġġlu fis-sala ffollata. Il-koppja taʼ pijunieri nnotaw li din il-familja kienet qed tfittex postijiet adattati fejn joqogħdu bil-qiegħda, u għalhekk huma ċedew iż-żewġ postijiet tagħhom. B’hekk, dan għamilha possibbli biex huma joqogħdu bil-qiegħda flimkien bħala familja. Ftit jiem wara l-konvenzjoni, il-pijunieri rċivew ittra taʼ ringrazzjament mingħand din il-familja. L-ittra spjegat kemm huma kienu skuraġġiti għax waslu tard għall-konvenzjoni. In-niket tagħhom malajr inbidel f’ferħ u gratitudni minħabba l-qalb tajba taʼ din il-koppja taʼ pijunieri.
Meta jkollna l-opportunità, ejja nkunu lesti li nissagrifikaw il-preferenzi tagħna għal oħrajn. Meta nuru mħabba li “ma tfittixx l-interessi tagħha,” aħna nkunu qed ngħinu biex tinżamm il-paċi fil-kongregazzjoni u mal-ġirien tagħna. (1 Kor. 13:5) Imma l-iktar ħaġa importanti minnhom kollha hi li aħna nippreservaw il-ħbiberija tagħna maʼ Ġeħova.
[Stampa f’paġna 20]
Lest int tissagrifika l-preferenzi persunali tiegħek fl-għażla tiegħek tal-ħwejjeġ?
[Stampa f’paġna 20, 21]
Lest int iċċedi postok għal ħutek?