Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Tiftakar?

X’Tiftakar?

Ħadt gost taqra l-​ħarġiet reċenti tat-​Torri tal-​Għassa? Ara jekk tistax twieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

• Liema lezzjoni nistgħu nitgħallmu mir-​rakkont li fih Ġesù salva lil Pietru hekk kif kien qed jegħreq? (Mt. 14:28-​31)

Jekk naraw dak li jidher li hu nuqqas taʼ fidi minn xi ħadd minn ħutna, aħna nistgħu b’mod figurattiv noħorġu idna u ngħinuh jikseb iktar fidi.—9/15, paġna 8.

•Il-​ħelsien tagħna xi swielu lil Ġeħova?

Ġeħova kellu jara lil Ibnu jiġi turmentat u mwaqqaʼ għaċ-​ċajt. U, bħalma ffigura bil-​quddiem il-​fatt li Abraham kien lest li joffri lil ibnu, Ġeħova kellu jissaporti l-​qtil t’Ibnu bħala kriminal.—9/15, paġni 28-​29.

Proverbji 24:27 jgħallimna liema lezzjoni dwar li ‘tibni darek’?

Raġel li jrid jiżżewweġ jeħtieġ li jipprepara għal din ir-​responsabbiltà. Din tinkludi li jkun lest jipprovdi materjalment għal familja u li bħala kap imexxi familja spiritwalment.—10/15, paġna 12.

• Ġeħova u Ġesù kif ħallewlna eżempju fil-​manjieri tajbin?

Minkejja l-​pożizzjoni għolja taʼ Ġeħova, hu jittratta lill-​bnedmin b’qalb tajba u b’rispett. Hu indirizza lil Abraham u lil Mosè b’terminu Ebrajk li spiss jiġi tradott “jekk jogħġbok.” (Ġen. 13:14; Eżo. 4:6) Alla wkoll jagħti widen lill-​bnedmin. (Ġen. 18:23-​32) Ġesù għamel l-​istess, kien lest li jgħin lil dawk taʼ madwaru, u spiss saħansitra sejħilhom b’isimhom.—11/15, paġna 25.

• Il-​Qima tal-​Familja b’mod regulari għala hi taʼ benefiċċju għat-​tfal?

Din se tkabbar l-​apprezzament tagħhom għal dak kollu li għamel Ġeħova, u se tikkontribwixxi wkoll biex jibqgħu attivi u b’saħħithom spiritwalment.—10/15, paġni 30-​1.

• Huwa xieraq li oħt tgħatti rasha meta tkun qed tinterpreta taħditiet Bibliċi f’laqgħat, assembleat, jew konvenzjonijiet Kristjani?

Meta oħt tinterpreta taħditiet Bibliċi, l-​udjenza tistaʼ tiffoka iktar fuq il-​kelliemi filwaqt li xorta tismaʼ lill-​interpretu. Ukoll, aħwa nisa li jinterpretaw b’lingwi mitkellmin normalment ma jingħatawx l-​attenzjoni primarja. Għalhekk, oħt li qed tinterpreta b’lingwa mitkellma m’għandhiex għalfejn tgħatti rasha.—11/15, paġna 12.

• Kif nistgħu nwessgħu qalbna fl-​imħabba tagħna għal oħrajn?

Fis-​Sala tas-​Saltna, nistgħu nitkellmu maʼ wħud ġodda u nilqgħu kemm lill-​kbar u kemm liż-​żgħar. Għandna nqattgħu ftit minuti nitkellmu maʼ dawk li ilna ftit ma nkellmuhom. Tajjeb li nintroduċu lilna nfusna m’oħrajn meta nattendu assembleat u konvenzjonijiet.—11/15, paġni 20-​22.