Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Membru Ġdid tal-Ġemgħa li Tiggverna

Membru Ġdid tal-Ġemgħa li Tiggverna

Nhar l-Erbgħa filgħodu, 5 taʼ Settembru, 2012, ġie mħabbar lill-familji taʼ Betel tal-Istati Uniti u l-Kanada li żdied membru ġdid mal-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova. B’seħħ mill-1 taʼ Settembru, 2012, Mark Sanderson beda jaqdi f’din il-kariga.

Ħuna Sanderson trabba f’San Diego, Kalifornja, l-Istati Uniti tal-Amerika, mill-ġenituri Kristjani tiegħu u tgħammed fid-9 taʼ Frar, 1975. Beda jaqdi bħala pijunier f’Saskatchewan, il-Kanada, fl-1 taʼ Settembru, 1983. F’Diċembru 1990, hu ggradwa mis-sebaʼ klassi tal-Iskola tat-Taħriġ Ministerjali (issa msejħa l-Iskola tal-Bibbja Għal Aħwa Rġiel Mhux Miżżewġin) fl-Istati Uniti. Ħuna Sanderson inħatar biex jaqdi bħala pijunier speċjali fil-gżira taʼ Newfoundland, il-Kanada, f’April 1991. Wara li qeda bħala s-sostitut għall-indokratur tas-circuit, hu ġie mistieden biex isir membru tal-familja taʼ Betel fil-Kanada fi Frar 1997. F’Novembru 2000, intbagħat fil-fergħa tal-Istati Uniti fejn ħadem fis-Servizzi taʼ Informazzjoni għall-Isptarijiet u iktar tard fid-Dipartiment tas-Servizz.

F’Settembru 2008, Ħuna Sanderson attenda l-Iskola għall-Membri tal-Kumitati tal-Fergħa u wara nħatar bħala membru tal-Kumitat tal-Fergħa fil-Filippini. F’Settembru 2010, ġie mistieden imur lura l-Istati Uniti fejn kien jgħin lill-Kumitat tas-Servizz tal-Ġemgħa li Tiggverna.