IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU Awwissu 2014
Din il-ħarġa fiha l-artikli għall-istudju mid-29 ta’ Settembru sas-26 t’Ottubru 2014.
Qiegħed tirċievi “l-ikel fiż-żmien xieraq”?
Individwu għandu għalfejn ikollu aċċess għall-materjal kollu li jipprovdi l-ilsir leali sabiex jibqa’ b’saħħtu spiritwalment?
X’inhu l-irwol tan-nisa fl-iskop ta’ Ġeħova?
Sir af x’effett kellha r-ribelljoni kontra Alla. Ikkunsidra l-esperjenzi ta’ xi nisa leali tal-passat u sir af kif in-nisa Kristjani jgħinu fix-xogħol t’Alla llum.
Uża l-Kelma t’Alla—Hi ħajja!
Ix-Xhieda ta’ Ġeħova kollha jixtiequ jkunu effettivi fil-ministeru. Ikkunsidra xi suġġerimenti prattiċi dwar kif tuża l-kelma qawwija t’Alla flimkien mal-fuljetti tagħna biex ikollok konversazzjoni man-nies.
Kif Ġeħova jersaq qrib lejna
Jeħtieġ li jkollna relazzjoni mill-qrib ma’ Ġeħova. Sir af kif il-fidwa u l-Bibbja jagħtu prova li Ġeħova jressaqna qrib lejh.
Isma’ leħen Ġeħova kull fejn tkun
Sir af kemm hu importanti li tisma’ leħen Ġeħova u tikkomunika miegħu. Dan l-artiklu se jgħinna naraw kif nistgħu nevitaw li nħallu lil Satana u t-tendenzi midinba tagħna jfixkluna milli nisimgħu lil Ġeħova.
‘Erġa’ lura u saħħaħ lil ħutek’
Jekk ħu kien jaqdi bħala anzjan imma m’għadx għandu dan il-privileġġ, jista’ hu jerġa’ ‘jirsisti għal kariga ta’ indokratur’?
Mistoqsijiet mill-qarrejja
Meta Ġesù qal li dawk li jiġu rxoxtati “la jiżżewġu u lanqas jingħataw fiż-żwieġ,” kien hu qed jitkellem dwar l-irxoxt fuq l-art?
MILL-ARKIVJI TAGĦNA
L-“Eureka Drama” għenet lil ħafna jsibu l-verità tal-Bibbja
Din il-verżjoni mqassra tal-“Photo-Drama of Creation” setgħet tintwera fi nħawi remoti, saħansitra mingħajr elettriku.