Paċi u Sigurtà Veri—Meta?
Taħdita Pubblika Speċjali
Paċi u Sigurtà Veri—Meta?
Il-bnedmin ilhom eluf taʼ snin ifittxu l-paċi u s-sigurtà. Iżda ma rnexxilhomx jiksbu l-paċi vera. Għala? Il-Bibbja tagħti żewġ raġunijiet bażiċi għala huwa daqshekk diffiċli li tinkiseb il-paċi. Il-Bibbja tinkludi wkoll din l-assiguranza li tqawwi l-qalb: Alla wiegħed lill-umanità li madwar id-dinja kollha se jkun hawn paċi u sigurtà veri u dejjiema.
Il-paċi u s-sigurtà veri kif u meta se jsiru realtà? X’għandek bżonn tagħmel biex tgawdi dawn il-barkiet? Dawn il-mistoqsijiet se jiġu mweġbin fit-taħdita pubblika “Paċi u Sigurtà Veri—Meta?” Din it-taħdita bbażata fuq il-Bibbja se tingħata mad-dinja kollha f’iktar minn 230 pajjiż. F’ħafna mill-postijiet, din se tingħata fis-Sala tas-Saltna lokali tax-Xhieda taʼ Ġeħova nhar il-Ħadd, 18 taʼ April, 2010. Ix-Xhieda fl-inħawi tiegħek se jkunu ferħanin jgħidulek il-ħin u l-indirizz. Int mistieden kordjalment li tattendi.