Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għaż-​Żgħażagħ

Alla Hu Imparzjali

Alla Hu Imparzjali

Istruzzjonijiet: Agħmel dan l-​istudju f’post kwiet. Hekk kif taqra l-​iskritturi, immaġina li int qiegħed f’nofs dik il-​ġrajja. Ġib ix-​xena quddiem għajnejk. Ismaʼ n-​nies jitkellmu. Ħoss l-​emozzjonijiet tal-​karattri. Aħseb dwar ir-​rakkont bħallikieku huwa reali.

Karattri Prinċipali: Kornelju, Pietru

Sommarju: Pietru jimita l-​imparzjalità t’Alla billi jipprietka lil Kornelju li kien wieħed mill-​Ġentili.

1 ANALIZZA X-​XENA.—AQRA  ATTI 10:1-​35, 44-​48.

Iddeskrivi kif timmaġina l-​apparenza taʼ Kornelju.

․․․․

Skont kif hemm miktub minn vers 3 sa vers 6, liema emozzjonijiet taħseb li ħass Kornelju waqt il-​konversazzjoni tiegħu mal-​anġlu?

․․․․․

Skont dak li hemm miktub f’vers 7 u f’vers 8, liema konversazzjoni taħseb li kien hemm bejn Kornelju u l-​qaddejja tiegħu?

․․․․․

2 ĦAFFER IKTAR FIL-​FOND.

It-​tixbiha li ngħatat lil Pietru, li nsibuha minn vers 10 sa vers 16, għala kienet effettiva? (Ħjiel: Ikkunsidra l-​isfond tal-​ħajja li kellu Pietru bħala Lhudi, bħalma jimplika vers 14.)

․․․․․

Skont vers 25, liema kwalità tara f’Kornelju? Kwalità bħal din għala hi xi ħaġa rari f’xi ħadd fil-​pożizzjoni tiegħu? (Ħjiel: Ara vers 1.)

․․․․․

Billi tuża materjal għar-​riċerka li għandek disponibbli, skopri kemm kienu jammontaw l-​irġiel li kienu jifformaw parti mill-​armata Taljana li Kornelju kellu awtorità fuqha.

․․․․․

Il-​konverżjoni taʼ Kornelju għala kienet taʼ interess partikulari?

․․․․․

3 APPLIKA DAK LI TGĦALLIMT. IKTEB X’TGĦALLIMT DWAR . . .

L-​użu effettiv tat-​tixbihat.

․․․․․

L-​imparzjalità t’Alla.

․․․․․

Kif tistaʼ turi li anki int imparzjali.

․․․․․

4 LIEMA ASPETT F’DAN IR-​RAKKONT HU L-​IKTAR SINIFIKANTI GĦALIK, U GĦALA?

․․․․․

JEKK M’GĦANDEKX BIBBJA,STAQSI LIX-​XHIEDA TAʼ ĠEĦOVA GĦAL WAĦDA, JEW AQRAHA MINN FUQ IL-​WEBSAJT www.watchtower.org