Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Kif nibbenefikaw mill-mewt taʼ Ġesù?

Meta Alla ħalaq lill-bnedmin, l-iskop tiegħu kien li jgħixu fuq l-art għal dejjem mingħajr qatt isofru l-mard jew il-mewt. Madankollu, l-ewwel raġel, Adam, m’obdiex lill-Ħallieq u tilef il-prospett li jgħix għal dejjem. Bħala dixxendenti t’Adam, aħna writna l-mewt mingħandu. (Rumani 5:8, 12; 6:23) Ġeħova, l-Alla l-veru, bagħat lil Ibnu, Ġesù, fuq l-art biex imut u jifdi dak li Adam tilef.—Aqra Ġwanni 3:16.

Ġesù miet biex jagħmel il-ħajja taʼ dejjem possibbli għall-bnedmin. Int kif taħseb li se tkun il-ħajja bla tmiem fuq l-art?

Il-mewt taʼ Ġesù tagħmel possibbli għalina l-maħfra taʼ dnubietna u l-ħajja mingħajr tmiem. Il-Bibbja tagħtina stampa taʼ kif se tkun il-ħajja fuq l-art meta ma nkunux effettwati iktar mix-xjuħija, il-mard, u l-mewt.—Aqra Isaija 25:8; 33:24; Rivelazzjoni 21:4, 5.

Kif għandna niftakru fil-mewt taʼ Ġesù?

Fil-lejla qabel miet, Ġesù qal lis-segwaċi tiegħu biex jiftakru l-mewt tiegħu permezz taʼ ċerimonja sempliċi. Il-kommemorazzjoni taʼ kull sena tal-mewt taʼ Ġesù b’dan il-mod tippermettilna naħsbu kemm Ġesù u Ġeħova jħobbu lill-umanità.—Aqra Luqa 22:19, 20; 1 Ġwanni 4:9, 10.

Din is-sena, it-Tifkira tal-mewt taʼ Ġesù taħbat nhar it-Tnejn, 14 t’April, wara nżul ix-xemx. Int mistieden tattendi max-Xhieda taʼ Ġeħova fl-inħawi tiegħek.—Aqra Rumani 1:11, 12.