Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

Il-ħajja għandha skop?

Jidhirlek kultant li l-ħajja hi qasira wisq?

Qatt ħsibt jekk hemmx iżjed fil-ħajja milli sempliċement tilgħab, taħdem, tiżżewweġ, trabbi familja, u tixjieħ? (Ġob 14:1, 2) Il-Bibbja turi li saħansitra nies għorrief ħafna ħasbu dwar dan.—Aqra Ekkleżjasti 2:11.

Il-ħajja għandha skop? L-ewwel, irridu nistaqsu, Kif bdiet il-ħajja? Wara li kkunsidraw id-disinn rimarkevoli taʼ moħħna u l-bqija taʼ ġisimna, ħafna kkonkludew li Ħallieq għaref ħalaqna. (Aqra Salm 139:14.) Jekk inhu hekk, bilfors li ħalaqna għal xi raġuni! Li nsiru nafu din ir-raġuni jistaʼ jagħmel lil ħajjitna iktar sinifikanti.

Għala nħalqu l-bnedmin?

Alla bierek lill-ewwel koppja umana u tahom inkarigu eċċitanti. L-iskop tiegħu għalihom kien li jimlew l-art, jagħmluha ġenna, u jgħixu għal dejjem.—Aqra Ġenesi 1:28, 31.

L-iskop t’Alla ġie pospost meta l-bnedmin irribellaw kontra t-tmexxija tiegħu. Imma Alla ma qatax qalbu minna—jew l-iskop tiegħu. Il-Bibbja tassigurana li Alla ilu jaħdem biex isalva nies leali u biex l-iskop tiegħu għall-art jitwettaq! Għalhekk, Alla jridek tesperjenza l-ħajja kif riedha li tkun! (Aqra Salm 37:29.) Tgħallem mill-Bibbja kif tistaʼ tkun parti mill-iskop t’Alla.