KAMPANJA TAT-TIFKIRA
Ġesù Se Jneħħi l-Faqar
Meta kien fuq l-art, hu wera mħabba kbira għan-nies, speċjalment maʼ dawk li kienu foqra u qed ibatu. (Mattew 9:36) Hu anki ta ħajtu biex jgħin lil oħrajn. (Mattew 20:28; Ġwanni 15:13) Dalwaqt, hu se jerġaʼ juri kemm iħobb lin-nies billi juża l-awtorità u l-qawwa tiegħu bħala r-Re tas-Saltna t’Alla biex ineħħi l-faqar mad-dinja kollha.
Il-Bibbja tuża kliem sabiħ biex tiddeskrivi x’se jagħmel Ġesù:
“Ħa jaqbeż għall-batuti, ħa jsalva t-tfal tal-foqra.”—Salmi 72:4.
Kif nistgħu nuru li napprezzaw dak kollu li Ġesù għamel għalina u li se jagħmel dalwaqt? F’Luqa 22:19, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu biex jiftakru fil-mewt tiegħu. Hu għalhekk li kull sena, fl-anniversarju tal-mewt tiegħu, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jiltaqgħu flimkien għal din l-okkażjoni importanti. Aħna nistidnuk biex tkun magħna għat-Tifkira tal-mewt taʼ Ġesù li se tkun il-Ħadd, 24 taʼ Marzu 2024.