Ideat kif tistaʼ taqra l-Bibbja
Il-Bibbja fiha l-aqwa tagħlim dwar il-ħajja. Jekk taqra u timmedita fuqha b’mod regolari u tgħix fi qbil maʼ dak li titgħallem, int “se tirnexxi” fil-ħajja. (Ġożwè 1:8; Salm 1:1-3) Barra minn hekk, dak li titgħallem se jgħinek issir taf lil Alla u lil Ibnu, Ġesù, u dan jistaʼ jwasslek biex tgħix għal dejjem.—Ġwanni 17:3.
Hemm iktar minn mod wieħed kif tistaʼ taqra l-kotba tal-Bibbja. Permezz tal-għajnuna taʼ din l-Iskeda tal-qari tal-Bibbja, int tistaʼ taqra l-kotba tal-Bibbja skont kif jidhru wara xulxin jew tagħżel kategorija. Pereżempju, tistaʼ tagħżel kapitli partikolari biex taqra dwar ir-relazzjoni taʼ Ġeħova mal-Iżraelin fi żmien il-qedem u dwar kif tratta magħhom matul is-snin. Jew tistaʼ taqra kapitli magħżulin oħra biex issir taf kif il-kongregazzjoni Kristjana tal-ewwel seklu ffurmat u kibret matul is-snin. Jekk taqra ftit kapitli kuljum, tkun tistaʼ taqra l-Bibbja f’sena.
Din l-iskeda tistaʼ tgħinek kemm jekk tixtieq li taqra l-Bibbja kuljum, taqraha f’sena, jew għadek se tibda taqraha. Niżżel din l-Iskeda tal-qari tal-Bibbja li tistaʼ tiġi pprintjata u ibda użaha mil-lum.