Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IBQA’ ATTENT!

Sparar fl-Iskejjel—X’Tgħid il-Bibbja?

Sparar fl-Iskejjel—X’Tgħid il-Bibbja?

 Fl-24 taʼ Mejju, 2022, seħħet traġedja kerha ħafna fir-raħal żgħir taʼ Uvalde, f’Texas, l-Istati Uniti. Skont The New York Times, “wieħed raġel spara u qatel 19-il tifel u tifla u żewġ għalliema . . . fl-Iskola Robb Elementary.”

 B’dispjaċir, ġrajjiet koroh bħal dawn qed isiru iktar u iktar komuni. Skont il-USA Today, fl-Istati Uniti biss, “is-sena li għaddiet kien hemm 249 każ taʼ sparar fl-iskejjel—iktar minn kwalunkwe sena oħra, għall-inqas mill-1970 ʼl hawn.”

 Dawn l-affarijiet koroh għala jiġru? Kif nistgħu nkampaw meta naraw affarijiet daqshekk mill-agħar? Hemm xi tama li din il-vjolenza tispiċċa? Il-Bibbja tipprovdi t-tweġiba.

Id-dinja għala qed issir iktar vjolenti?

  •    Il-Bibbja tiddeskrivi ż-żmien li qed ngħixu fih bħala “l-aħħar jiem” fejn ħafna nies kellhom ikunu “mingħajr imħabba naturali” u “feroċi,” jiġifieri kienu se jaġixxu b’mod kattiv u vjolenti. Nies li jagħmlu affarijiet bħal dawn kellhom “jibqgħu sejrin mill-ħażin għall-agħar.” (2 Timotju 3:1-5, 13) Biex issir taf iktar, aqra l-artiklu “Did the Bible Predict the Way People Think and Act Today?

 Ħafna nies jistaqsu, ‘Alla għala ma jwaqqafx traġedji koroh milli jiġru, bħall-isparar fl-iskejjel?’ Biex issib it-tweġiba mill-Bibbja, aqra l-artiklu “Affarijiet ħżiena jiġru lil nies tajbin—Għala?

Kif nistgħu nkampaw m’affarijiet koroh bħal dawn?

  •    “Kulma nkiteb minn qabel inkiteb għall-istruzzjoni tagħna, biex . . . permezz tal-faraġ mill-Iskrittura jkollna t-tama.”—Rumani 15:4.

 Prinċipji mill-Bibbja jistgħu jgħinuk tkampa maʼ din id-dinja vjolenti. Għal iktar informazzjoni, ara r-rivista Awake! bit-titlu “Will Violence Ever End?

 Għal suġġerimenti kif il-ġenituri jistgħu jgħinu lil uliedhom ikampaw meta jisimgħu jew jaraw affarijiet koroh fuq l-aħbarijiet, aqra l-artiklu “Disturbing News Reports and Your Children.”

Il-vjolenza qatt se tispiċċa?

  •    “Hu se jeħlishom mill-moħqrija u mill-vjolenza.”—Salm 72:14.

  •    “Ikollhom jaħdmu sjufhom f’sikek tal-moħriet u l-lanez tagħhom fi skieken taż-żabra. Ma jerfgħux is-sejf, ġens kontra ġens, u ma jitħarrġux iktar għall-gwerra.”—Mikea 4:3.

 Alla se jagħmel dak li l-bnedmin mhumiex kapaċi jagħmlu. Il-gvern tas-Saltna tiegħu fis-sema se jeqred l-armi kollha u jwaqqaf kull vjolenza. Biex issir taf iktar x’se tagħmel is-Saltna t’Alla, aqra l-artiklu “Taħt is-Saltna t’Alla se jkun hemm ‘sliem kotran.’”