Iġġieled il-Ġlieda taʼ li Tħossok Waħdek Billi Tgħin lil Oħrajn—Dak li Tgħid il-Bibbja
Nies minn madwar id-dinja qed iħossuhom weħidhom u m’għandhomx ħbieb tal-qalb. Esperti tas-saħħa jemmnu li meta tgħin lil oħrajn se jgħinek tiġġieled sentimenti bħal dawn.
“Meta tgħin lil oħrajn jistaʼ jagħtik skop f’ħajtek u jgħinek ma tħossokx waħdek jew maqtugħ minn oħrajn.”—L-Istituti Nazzjonali tas-Saħħa tal-Istati Uniti.
Il-Bibbja tagħtina pariri t’għajnuna dwar kif nistgħu ngħinu lil oħrajn. Meta napplikawhom jistaʼ jgħinna niġġieldu l-ġlieda taʼ li nħossuna weħidna.
Dak li tistaʼ tagħmel
Kun ġeneruż. Sib opportunitajiet biex tqattaʼ l-ħin m’oħrajn, speċjalment b’mod fiżiku. Kun lest li taqsam m’oħrajn dak li għandek. Meta tagħmel hekk, x’aktarx huma se japprezzaw u dan jistaʼ jgħinek issir ħabib tagħhom.
Dak li tgħid il-Bibbja: “Idraw agħtu, u n-nies jagħtukom.”—Luqa 6:38.
Agħmel xi ħaġa biex tgħin lil oħrajn. Sib modi kif tistaʼ tgħin lin-nies li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli. Bħal pereżempju, tismagħhom bi mħabba jew issaqsihom jekk tistax tagħmel xi ħaġa li tagħmlilhom ħajjithom iktar faċli.
Dak li tgħid il-Bibbja: “Il-ħabib iħobbok kull ħin.”—Proverbji 17:17, Il-Bibbja, Għaqda Biblika Maltija.
Għal iktar informazzjoni dwar kif ikollok ħbiberiji aħjar m’oħrajn, aqra l-artiklu “Il-ħajja tal-familja u l-ħbiberiji.”