Tiżdied il-Problema taʼ Nies li Jħossuhom Waħedhom—Dak li Tgħid il-Bibbja
Skont rapport riċenti li sar madwar id-dinja, a madwar persuna minn kull erbaʼ tħossha waħedha.
“Kulħadd jistaʼ jħossu waħdu, minkejja l-età tiegħu jew fejn jgħix.”—Chido Mpemba, cochair of the World Health Organization’s Commission on Social Connection.
Ħafna ma jirrealizzawx li mhux dawk li huma kbar fl-età jew iżolati biss iħossuhom waħedhom, imma anki dawk li huma żgħar, b’saħħithom, miżżewġin, u li għandhom suċċess f’ħajjithom. Meta xi ħadd iħossu iżolat min-nies u waħdu, dan jistaʼ jeffettwa serjament is-saħħa fiżika u emozzjonali tiegħu.
“Li tħossok waħdek mhuwiex sempliċement dwejjaq taʼ dak il-ħin,” jgħid Dr. Vivek Murthy, kirurgu ġenerali tal-Istati Uniti. Hu jżid: “Ir-riskju li tmut minħabba li tkun waħdek u iżolat minn ħaddieħor, huwa simili għar-riskju li tmut jekk tpejjep 15-il sigarett kuljum.”
X’tgħid il-Bibbja
Il-Ħallieq tagħna ma jridniex inkunu iżolati minn oħrajn. L-iskop t’Alla dejjem kien li ngawdu ħbiberiji tajbin u sodisfaċenti.
Prinċipju mill-Bibbja: “Alla Ġeħova qal: ‘Mhux tajjeb li r-raġel jibqaʼ waħdu.’”—Ġenesi 2:18.
Alla jrid li nsiru ħbieb tiegħu. Hu jwegħedna li jekk aħna nagħmlu sforz biex insiru nafuh hu se jersaq qrib tagħna.—Ġakbu 4:8.
Prinċipju mill-Bibbja: “Ferħanin huma dawk li jafu li għandhom bżonn lil Alla, għax is-Saltna t’Alla se tkun tagħhom.”—Mattew 5:3.
Alla jridna naqduh m’oħrajn. Meta nagħmlu hekk, se nħossuna iżjed ferħanin.
Prinċipju mill-Bibbja: “Ħa nagħtu kas xulxin biex nitqanqlu għall-imħabba u l-għemejjel tajbin, u ma nabbandunawx il-laqgħat tagħna flimkien, . . . imma ninkuraġġixxu lil xulxin.”—Ebrej 10:24, 25.
Għal iktar informazzjoni dwar għala hu importanti li tipprova tevita li tkun waħdek, aqra l-artiklu “Loneliness in a World of Mass Connection.”
a The Global State of Social Connections, by Meta and Gallup, 2023.