Is-Saltna t’Alla X’Se Tagħmel Dwar il-Gwerer?
Madwar id-dinja, il-gwerer qed ikomplu jġibu ħafna wġigħ u tbatija. Ara x’jgħidu r-rapporti li ġejjin:
“Mill-1994 ’l hawn, is-sena l-oħra kienet l-iżjed sena li mietu nies minħabba l-gwerer, speċjalment fl-Etjopja u l-Ukrajna.”—Peace Research Institute Oslo, 7 taʼ Ġunju 2023.
“Il-gwerra fl-Ukrajna ma kinitx l-unika ġlieda li ggravat fl-2022. Is-sena l-oħra, il-vjolenza minħabba l-politika madwar id-dinja żdiedet b’27 fil-mija mis-sena taʼ qabel u din effettwat madwar 1.7 biljun persuna.”—The Armed Conflict Location & Event Data Project (ACLED), 8 taʼ Frar 2023.
Il-Bibbja tagħtina tama. Tgħidilna li “l-Alla tas-sema jwaqqaf saltna li qatt ma tinqered.” (Danjel 2:44) Permezz taʼ dik is-Saltna, jew gvern, Alla se “jwaqqaf il-gwerer tad-dinja kollha.”—Salm 46:9.