Hija l-Bibbja Ktieb li Fih l-Għerf Uman?
It-tweġiba tal-Bibbja
Il-Bibbja, magħrufa wkoll bħala l-Iskrittura Mqaddsa, fiha ħafna kliem t’għerf. Madankollu, innota x’tistqarr il-Bibbja stess dwarha nfisha: “L-Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla.” (2 Timotju 3:16) Hemm bosta evidenza li tappoġġa din l-istqarrija. Ikkunsidra dan li ġej:
Ħadd qatt ma rnexxielu jisfida l-eżattezza storika tal-Bibbja.
Il-kittieba tal-Bibbja kienu rġiel onesti li kitbu b’qalb sinċiera. L-onestà tagħhom turi li l-kitba tagħhom hi l-verità.
Il-Bibbja għandha tema ewlenija waħda: il-ġustifikazzjoni tad-dritt t’Alla li jaħkem fuq l-umanità u t-twettiq tal-iskop tiegħu permezz tas-Saltna li għandu fis-sema.
Għalkemm inkitbet eluf taʼ snin ilu, il-Bibbja hi ħielsa minn ideat xjentifiċi żbaljati li ġew aċċettati minn bosta wħud fiż-żminijiet tal-qedem.
L-evidenza storika li ġiet dokumentata tagħti prova li l-profeziji, jew it-tbassir, Bibliċi, seħħew.