Dwar Xiex Nistaʼ Nitlob?
It-tweġiba tal-Bibbja
Tistaʼ titlob dwar kwalunkwe ħaġa li hi fi qbil mal-ħtiġijiet t’Alla kif imniżżlin fil-Bibbja. “Kulma nitolbuh skond ir-rieda tiegħu [t’Alla], hu jismagħna.” (1 Ġwanni 5:14) Tistaʼ ssemmi dak li jinkwieta lilek personalment? Iva. Il-Bibbja tgħid: “Ferrgħu qalbkom quddiemu [quddiem Alla].”—Salm 62:8.
Eżempji dwar xiex tistaʼ titlob
Fidi f’Alla.—Luqa 17:5.
L-ispirtu qaddis, jew il-forza attiva t’Alla, biex jgħinek tagħmel dak li hu tajjeb.—Luqa 11:13.
Saħħa biex tkampa mal-għawġ u tirreżisti t-tentazzjoni.—Filippin 4:13.
Paċi ġewwinija, jew kalma.—Filippin 4:6, 7.
Għerf biex tieħu deċiżjonijiet tajbin.—Ġakbu 1:5.
Għajnuna bil-bżonnijiet taʼ kuljum.—Mattew 6:11.
Maħfra tad-dnubiet.—Mattew 6:12.