Mur fil-kontenut

Hija Aċċettabbli l-Poligamija?

Hija Aċċettabbli l-Poligamija?

It-tweġiba tal-Bibbja

 Għal xi żmien, Alla ppermetta li raġel ikollu iktar minn mara waħda. (Ġenesi 4:19; 16:1-4; 29:18-29) Iżda ma kienx Alla li oriġina l-prattika tal-poligamija. Lil Adam mara waħda biss tah.

 Alla ta lil Ġesù Kristu l-awtorità li jerġaʼ jistabbilixxi l-livell oriġinali Tiegħu dwar il-monogamija. (Ġwanni 8:28) Meta ġie mistoqsi dwar iż-żwieġ, Ġesù qal: “Dak li ħalaqhom għamilhom raġel u mara u qal, ‘Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad maʼ martu, u t-tnejn ikunu ġisem wieħed.’”—Mattew 19:4, 5.

 Wieħed mid-dixxipli taʼ Ġesù iktar tard ġie ispirat minn Alla biex jikteb: “Ħa jkollu kull raġel lil martu u kull mara lil żewġha.” (1 Korintin 7:2) Il-Bibbja tgħid ukoll li kwalunkwe raġel miżżewweġ fil-kongregazzjoni Kristjana li jingħata responsabbiltajiet speċjali għandu jkun “raġel taʼ mara waħda.”—1 Timotju 3:2, 12.