IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU
Għala jkun tajjeb li tmur għal-laqgħat fis-Sala tas-Saltna?
Darbtejn fil-ġimgħa, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jkollhom laqgħat fil-postijiet taʼ qima tagħhom, li jissejħu Swali tas-Saltna. X’jiġri hemm, u kif tistaʼ tibbenefika billi tmur?
X’jiġri f’Sala tas-Saltna?
Is-Sala tas-Saltna hi post fejn in-nies jitgħallmu kif jużaw il-Bibbja fil-ħajja taʼ kuljum. Il-laqgħat li jsiru hemm jistgħu jgħinuk:
titgħallem il-verità dwar Alla.
tifhem għala qed iseħħu ċerti affarijiet illum.
issir persuna aħjar.
issib l-aħjar tip taʼ ħbieb.
Kont taf? Il-post fejn niltaqgħu jissejjaħ Sala tas-Saltna għax hemmhekk niddiskutu ħafna suġġetti li għandhom x’jaqsmu mas-Saltna t’Alla.—Mattew 6:9, 10; 24:14; Luqa 4:43.
Għala għandek tattendi?
L-informazzjoni li tismaʼ hemm se tgħinek. Il-prinċipji tal-Bibbja li nitkellmu dwarhom fil-laqgħat se jgħinuk ‘tikseb l-għerf.ʼ (Proverbji 4:5) Dan ifisser li l-Bibbja tistaʼ tgħinek tieħu deċiżjonijiet tajbin fil-ħajja tiegħek. Tistaʼ tgħinek ukoll issib tweġiba għal mistoqsijiet importanti li ssaqsi fil-ħajja, bħal:
Dawn li ġejjin huma xi ftit mit-titli tat-taħditiet li jsiru fil-laqgħat tagħna fil-weekends:
Għala għandna nħallu l-Bibbja tiggwidana?
Fejn tistaʼ ssib l-għajnuna fi żminijiet taʼ inkwiet?
Dak li qed tagħmel is-Saltna t’Alla għalina llum.
“Ħabib tal-klassi ġie għal waħda mil-laqgħat. Hu poġġa fejn il-familja tiegħi u segwa minn fuq il-kotba tagħna. Wara, hu qalli li kien impressjonat bil-kummenti tan-nies meta l-udjenza kellha ċ-ċans tipparteċipa. Qal ukoll li fil-knisja fejn imur m’għandhomx materjal taʼ studju bħalma għandna aħna.”—Brenda.
Kont taf? M’hemmx għalfejn tħallas biex tidħol jew ikollok post fis-sala, u qatt ma jsir ġbir tal-flus.
In-nies t’hemm se jinkuraġġuk. Il-Bibbja tgħid li waħda mir-raġunijiet għala l-Kristjani għandhom jiltaqgħu flimkien hi biex ‘jinkuraġġixxu lil xulxin.’ (Ebrej 10:24, 25) Il-kumpanija tajba taʼ nies li jpoġġu lil Alla u lil oħrajn qabilhom infushom hi xi ħaġa li ġġiegħlek tħossok aħjar f’dinja fejn kulħadd moħħu fih innifsu.
“Wara ġurnata twila, kultant inħossni mdejqa u għajjiena mejta, imma n-nies fis-Sala tas-Saltna dejjem iġegħluni nħossni aħjar. Jien u sejra d-dar mil-laqgħa, inħossni ferħana u jkolli s-saħħa biex niffaċċja l-ġurnata taʼ wara.”—Elisa.
Kont taf? Madwar id-dinja, hemm iktar minn 120,000 kongregazzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova li jinsabu f’iktar minn 60,000 post differenti. Minħabba li l-attendenza għal-laqgħat dejjem tiżdied, kull sena jinbnew madwar 1,500 Sala tas-Saltna. a
a Biex issib lokalità fejn isiru l-laqgħat tagħna, mur fuq il-paġna “Il-laqgħat tal-kongregazzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova” u agħfas fuq “Sib Lokalità Qrib Tiegħek.”